|
25.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/684
tat-18 ta’ Mejju 2020
li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem imdaħħal fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Kaki Ribera del Xúquer” (DOP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru°1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta’ Spanja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tad-Denominazzjoni tal-Oriġini Protetta “Kaki Ribera del Xúquer” , irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2002 (2), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1133/2013 (3). |
|
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għal emenda, skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). |
|
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna l-isem “Kaki Ribera del Xúquer” (DOP), hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Mejju 2020.
Għall-Kummissjoni
f’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2002 tat-8 ta’ Frar 2002 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-Reġistru tad-Denominazzjonijiet Protetti ta’ Oriġini u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti pprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi u d-Denominazzjonijiet tal-Oriġini għall-prodotti u l-oġġetti tal-ikel agrikoli (ĠU L 39, 9.2.2002, p. 12).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1133/2013 tas-7 ta’ Novembru 2013 li japprova emenda minuri fl-Ispeċifikazzjoni ta’ Denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet Protetti tal-Oriġini u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti [Kaki Ribera del Xúquer (DPO)] (ĠU L 302, 13.11.2013, p. 22).