|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2816 |
18.12.2023 |
DEĊIŻJONI (UE) 2023/2816 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-7 ta’ Diċembru 2023
dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro u li tħassar id-DeċiżjonI (UE) 2020/136 (BĊE/2020/2) (BĊE/2023/36)
IL-KUNSILL ĠENERALI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 47 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 47 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”) jistipula illi l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri b’deroga (minn hawn ’il quddiem “BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro”) m’għandhomx għalfejn iħallsu l-kapital sottoskritt tagħhom sakemm il-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), b’maġġoranza li tirrappreżenta mill-inqas żewġ terzi mill-kapital sottoskritt tal-BĊE u mill-inqas nofs l-azzjonisti, jiddeċiedi li persentaġġ minimu għandu jitħallas bħala kontribut għall-ispejjeż operattivi tal-BĊE. |
|
(2) |
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/136 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/2) (1) jipprevedi li kull BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro għandu jħallas 3,75% tas-sehem tiegħu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE b’ effett mill-1 ta’ Frar 2020. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2023/2811 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2023/31) (2) tipprovdi għall-aġġustament tal-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-BĊE (iktar ’il quddiem l-“iskema tal-kapital”) skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-SEBĊ u tistabbilixxi b'effett mill-1 ta' Jannar 2024 il-ponderazzjonijiet il-ġodda allokati lil kull BĊN fl-iskema tal-kapital aġġustata (iktar ’il quddiem il-“ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital”). |
|
(4) |
L-aġġustament ta' kull ħames snin tal-iskema tal-kapital tal-BĊE jirrikjedi l-adozzjoni ta' deċiżjoni ġdida tal-BĊE li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2020/136 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/2) b'effett mill-1 ta' Jannar 2024 u d-determinazzjoni tal-perċentwal tal-kapital sottoskritt tal-BĊE li l-BĊNi li mhumiex fiż-żona tal-euro huma obbligati jħallsu b'effett mill-1 ta' Jannar 2024, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ammont u forma ta’ kapital sottoskritt u mħallas
Kull BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro għandu jħallas 3,75 % ta’ sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024. Meta jiġu kkunsidrati l-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital ġdid stipulat fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2023/2811 (BĊE/2023/31), kull BĊN mhux fiż-żona tal-euro għandu jkollu total tal-kapital sottoskritt u mħallas li huwa l-ammont muri ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:
|
BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro |
Kapital sottoskritt fl-1 ta' Jannar 2024 (f’EUR) |
Kapital imħallas fl-1 ta' Jannar 2024 (f’EUR) |
|
Българска народна банка (Bulgarian National Bank) |
105 901 044,16 |
3 971 289,16 |
|
Česká národní banka |
212 419 113,73 |
7 965 716,76 |
|
Danmarks Nationalbank |
192 652 650,82 |
7 224 474,41 |
|
Magyar Nemzeti Bank |
171 240 786,83 |
6 421 529,51 |
|
Narodowy Bank Polski |
659 979 031,02 |
24 749 213,66 |
|
Banca Naţională a României |
312 712 804,23 |
11 726 730,16 |
|
Sveriges Riksbank |
318 699 033,14 |
11 951 213,74 |
Artikolu 2
Aġġustament tal-kapital imħallas
1. Billi kull BĊN li mhuwiex fiż-żona tal-euro diġà ħallas 3,75% ta' sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli fil-31 ta' Diċembru 2023 skont id-Deċiżjoni (UE) 2020/136 (BĊE/2020/2), kull wieħed minnhom għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi ammont lura mingħand il-BĊE, skont il-każ, sabiex jasal għall-ammonti murija fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Artikolu 1.
2. Kull trasferiment bis-saħħa dan l-Artikolu għandu jsir skont id-Deċiżjoni (UE) 2023/2817 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2023/33) (3).
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u revoka
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-1 ta' Jannar 2024.
2. Id-Deċiżjoni (UE) 2020/136 (BĊE/2020/2) hija rrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024.
3. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni (UE) 2020/136 (BĊE/2020/2) għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Diċembru 2023.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Id-Deċiżjoni (UE) 2020/136 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2020 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro u li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/48 (BĊE/2020/2) (ĠU L 27I, 1.2.2020, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni (UE) 2023/2811 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Diċembru 2023 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tħassar id-Deċiżjoni (EU) 2020/137 (BĊE/2023/3) (BĊE/2023/31) (ĠU L, 2023/2811,18.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2811/oj).
(3) Id-Deċiżjoni (UE) 2023/2817 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Diċembru 2023 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għal trasferimenti ta’ ishma fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas u li tħassar id-Deċiżjoni (UE) 2020/139 (BĊE/2020/5) (BĊE/2023/33) (ĠU L, 2023/2817,18.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2817/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2816/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)