|
21.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 291/5 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10326 — Allianz Holding/Santander/Aviva Companies/Santander Aviva Companies)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 291/05)
1.
Fl-14 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Allianz Holding eins GmbH (“Allianz”, l-Awstrija), proprjetà ta’ Allianz Group ikkontrollata minn Allianz SE (il-Ġermanja), |
|
— |
Santander Bank Polska S.A. (“Santander”, il-Polonja), proprjetà ta’ Santander Group ikkontrollat minn Banco Santander, S.A (Spanja), |
|
— |
Aviva Towarzystwo Ubezpieczeń Na Życie S.A. (“Aviva Life”, il-Polonja), Aviva Towarzystwo Ubezpieczeń Ogólnych S.A. (“Aviva GI”, il-Polonja), u Aviva InvestorsPoland Towarzystwo Funduszy Inwestycyjnych S.A. (“Aviva Investors”, il-Polonja) (flimkien “il-Kumpaniji Aviva”), bħalissa kkontrollati għal kollox minn Aviva International Holdings Ltd (“Aviva”, ir-Renju Unit), |
|
— |
Santander Aviva Towarzystwo Ubezpieczeń Na Życie S.A. (“Santander Aviva Life”, il-Polonja) u Santander Aviva Towarzystwo Ubezpieczeń S.A. (“Santander Aviva GI”, il-Polonja) (flimkien “il-Kumpaniji Santander Aviva”), li bħalissa huma kkontrollati b’mod konġunt minn Aviva u Santander. |
Allianz takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-Kumpaniji Aviva, u Allianz u Santader jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-Kumpaniji Santander Aviva. Iż-żewġ tranżazzjonijiet huma interdipendenti u jikkostitwixxu konċentrazzjoni waħda li tikkostitwixxi l-akkwist tal-kontroll skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Allianz hija kumpannija holding inkorporata skont il-liġijiet tal-Awstrija. Allianz hija parti mill-Grupp Allianz, li jipprovdi servizzi finanzjarji prinċipalment fil-qasam tal-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja u servizzi ta’ ġestjoni tal-assi f’aktar minn 70 pajjiż, b’mod partikolari fl-Ewropa. |
|
— |
Santander tipprovdi l-firxa sħiħa tas-servizzi bankarji fil-Polonja lil klijenti personali, kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju u korporazzjonijiet kbar. Santander hija parti minn Santander Group, li huwa grupp internazzjonali ta’ kumpaniji bankarji u finanzjarji. |
|
— |
Il-Kumpaniji Aviva joffru assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja, ġestjoni tal-assi u pensjonijiet fil-Polonja kif ukoll assigurazzjoni tal-ħajja u pensjonijiet fil-Litwanja. |
|
— |
Il-Kumpaniji Santander Aviva joffru assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja fil-Polonja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:
M.10326 — Allianz Holding/Santander/Aviva Companies/Santander Aviva Companies
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 122964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).