Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU XXI - Kooperazzjoni Ekonomika, Finanzjarja u Teknika Ma' Pajjiżi Terzi - Artikolu 181 A
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0127 - 0127
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0111 - Consolidated version
Artikolu 181a 1. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan it-Trattat, u b’mod partikulari għal dawk tat-Titolu XX, il-Komunità għandha twettaq, fl-ambitu tal-kompetenza tagħha, miżuri ekonomiċi, finanzjarji u ta’ kooperazzjoni teknika ma’ pajjiżi terzi. Dawn il-miżuri għandhom ikunu komplimentari ma’ dawk imwettqa minn Stati Membri u koerenti mal-politika ta’ l-izvilupp tal-Komunità. Il-politika tal-Komunità f’dan il-qasam għandha tikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali li jiġu żviluppati u konsolidati d-demokrazija u l-istat tad-dritt, u għall-fini li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem, u l-libertajiet fundamentali. 2. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew, għandu jadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’mod unanimu dwar il-ftehim ta’ assoċjazzjoni msemmija fl-Artikolu 310 u dwar il-ftehim li għandhom jiġu konklużima’ l-Istati li huma kandidati għall-adeżjoni ma' l-Unjoni. 3. Fil-kwadru tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma’ pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti. Il-modalitajiet ta’ kooperazzjoni tal-Komunità jistgħu jkunu l-oġġett ta’ ftehim bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi involuti, u dawn għandhom jiġu negozjati u konklużi skond l-Artikolu 300. L-ewwel subparagrafu ma jippregudikax il-kompetenza ta’ l-Istati Membri li jinnegozjaw f’sedi internazzjonali u li jikkonkludu ftehim internazzjonali. --------------------------------------------------