li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam, tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati imħejjija minn laħam frisk ta' tjur domestiċi, inkluż laħam tal-għasafar selvaġġi u mrobbijin fl-irziezet
(notifikata bid-dokument C(2014) 1904)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2014/175/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tipprovdi għal rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f'regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, fid-Direttiva 90/425/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2)(c) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari l-fażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8(1), l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 9(2)(b) u l-Artikolu 9(4)(b) u (c) tagħha,
Billi:
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (3) tistabbilixxi regoli dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' konsenji ta' ċerti prodotti tal-laħam għall-konsum mill-bniedem u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati. Dik id-Deċiżjoni fiha lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet minnhom, minn fejn l-importazzjonijiet huma awtorizzati u l-Anness III tagħha jipprovdi l-mudell ta' ċertifikat tas-saħħa pubblika u tal-annimali għal dawk il-prodotti maħsuba għall-konsenja lejn l-Unjoni minn pajjiżi terzi.
(2)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (4) jistabbilixxi rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni jew għat-tranżitu fl-Unjoni ta' tjur u prodotti tat-tjur. Dak ir-Regolament jistipula li l-prodotti tat-tjur li jkopri għandhom biss jiġu importati lejn l-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni jew mill-kompartimenti li jissemmew fit-tabella tal-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. Dan jistipula wkoll li dawn l-importazzjonijiet għandu jkollhom magħhom ċertifikat veterinarju, kif jissemma f'dik it-tabella, għall-prodott tat-tjur konċernat, li jkun mimli skont in-noti u ċ-ċertifikati veterinarji mudell li hemm fil-Parti 2 ta' dak l-Anness.
(3)
Barra minn hekk, iċ-ċertifikati veterinarji mudell għal-laħam tat-tjur (POU), għal-laħam tal-għasafar li ma jtirux imkabbrin fl-irziezet għall-konsum mill-bniedem (RAT) u għal-laħam tal-għasafar selvaġġi (WGM) li hemm fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistipulaw li l-laħam frisk għandu jkun ġej minn tjur jew għasafar li ma jtirux li ġejjin minn stabbilimenti mingħajr restrizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali b'rabta ma' xi marda li t-tjur jew għasafar li ma jtirux huma suxxettibbli għaliha jew minn għasafar tal-kaċċa selvaġġi li nqatlu f'territorji b'raġġ ta' 10km, inkluż fejn xieraq it-territorju ta' pajjiż ġar, li fihom ma kien hemm ebda tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b'patoġenità għolja jew tal-marda ta' Newcastle għal mill-anqas 30 jum.
(4)
Il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-preparazzjoni ta' prodotti tal-laħam, tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati mil-laħam frisk tat-tjur domestiċi, inklużi għasafar selvaġġi u mrobbijin fl-irziezet, kif stabbiliti fil-Parti II. 1.3 taċ-ċertifikat mudell tas-saħħa tal-annimali u pubblika stabbiliti fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, jirreferu għall-influwenza tat-tjur u l-marda ta' Newcastle. Madankollu, iċ-ċertifikati veterinarji mudell (POU), (RAT) u (WGM) stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jirreferu biss għall-influwenza tat-tjur b'patoġenità għolja. Għalhekk hemm bżonn li jiġi emendat iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa tal-annimali u pubblika stabbilit fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/777/KE ħalli jallinja mar-rekwiżiti tal-laħam frisk kif stabbiliti fiċ-ċertifikati veterinarji mudell (POU), (FAR) u (WGM) stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.
(5)
Barra minn hekk, iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa tal-annimali u pubblika stabbilit fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/777/KE jirreferi għad-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE (5) li nbidlet bid-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE (6) u għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/696/KE (7) li nbidlet bir-Regolament (KE) Nru 798/2008. Għaldaqstant, dawk ir-referenzi jeħtieġ jiġu aġġornati.
(6)
U għalhekk l-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għandu jiġi emendat skont dan.
(7)
Sabiex ikun evitat kull tip ta' tħarbit fil-kummerċ, l-użu taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u pubblika għal ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati li huma maħsuba għall-konsenja lejn l-Unjoni minn pajjiżi terzi, li mtela skont iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa tal-annimali u pubblika stabbilit fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, qabel l-emendi li daħħlet din id-Deċiżjoni, għandu jibqa' jkun awtorizzat matul perjodu tranżitorju.
(8)
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda fid-Deċiżjoni 2007/777/KE
L-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/777/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Dispożizzjoni tranżizzjonali
Għal perjodu tranżitorju sat-30 ta’ Settembru 2014, l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' konsenji ta' prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati, akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u pubblika mimli skont il-mudell stabbilit fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, fil-verżjoni tiegħu qabel l-emenda li għamel l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, għandhom jibqgħu jiġu awtorizzati, diment li ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u pubblika jkun ġie ffirmat qabel it-30 ta’ Lulju 2014.
Artikolu 3
Id-destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta' Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjonu ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/696/KE tat-28 ta’ Awissu 2006 li tistipula lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu fil-Komunità ta’ tjur, bajd għat-tfaqqis, flieles ta’ ġurnata, laħam tat-tjur, għasafar li ma jtirux u għasafar tal-kaċċa selvaġġi, bajd u prodotti tal-bajd u bajd speċifikat mingħajr patoġeni u l-kundizzjonijiet veterinarji ta’ ċertifikazzjoni applikabbli (ĠU L 295, 25.10.2006, p. 1).
ANNESS
”ANNESS III
Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa tal-annimali u pubblika għal ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati maħsubin għal konsenja lejn l-Unjoni Ewropea minn pajjiżi terzi
Il-prodotti tal-laħam, l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-importazzjoni
II.1. Attestazzjoni tas-saħħa tal-annimal
II.a. In-numru ta' referenza taċ-ċertifikat
II.b.
Jiena, il-veterinarju uffiċjali li ismi jidher imniżżel hawn taħt, niċċertifika li:
II.1.1. Il-prodott tal-laħam, l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati (1) deskritt f'dan iċ-ċertifikat fihom dawn il-komponenti tal-laħam u jissodisfa l-kriterji indikati hawn isfel:
Speċi (A)
Trattament (B)
Oriġini (C)
(A) Daħħal il-kodiċi għall-ispeċi rilevanti tal-prodott tal-laħam, l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati, fejn BOV = annimali bovini domestiċi (Bos Taurus, Bison bison, Bubalus bubalis u r-razez imħallta tagħhom); OVI = nagħaġ domestiċi (Ovis aries) u mogħoż domestiċi (Capra hircus); EQI = annimali ekwini domestiċi (Equus caballus, Equus asinus u r-razez imħallta tagħhom), POR = annimali porċini domestiċi (Sus scrofa); RAB = fniek domestiċi, PFG = tajr domestiku u annimali bir-rix imrobbijin fl-irziezet, RUF = annimali mrobbijin fl-irziezet li mhumiex domestiċi ħlief is-suidae u s-solipedi; RUW = annimali selvaġġi li mhumiex domestiċi ħlief is-suidae u s-solipedi; SUW = suidae selvaġġi li mhumiex domestiċi; EQW = solipedi selvaġġi li mhumiex domestiċi; WLP = lagomorfi selvaġġi; WGB = għasafar tal-kaċċa selvaġġi.
(B) Daħħal A, B, C, D, E jew F għat-trattament meħtieġ kif jispeċifikaw u jiddefinixxu l-Partijiet 2, 3 u 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.
(C) Daħħal il-kodiċi ISO tal-pajjiż tal-oriġini u, fil-każ ta' reġjonalizzazzjoni mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-komponenti tal-laħam rilevanti, ir-reġjun kif tindika l-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.
(2) II.1.2. Il-prodott tal-laħam, l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati, deskritt fil-punt II.1.1 tħejja minn laħam frisk ta' annimali bovini domestiċi (Bos Taurus, Bison bison, Bubalus bubalis u r-razez imħallta tagħhom); nagħaġ domestiċi (Ovis aries) u mogħoż domestiċi (Capra hircus); annimali ekwini domestiċi (Equus caballus, Equus asinus u r-razez imħallta tagħhom), annimali porċini domestiċi (Sus scrofa); annimali mrobbijin fl-irziezet mhux domestiċi ħlief is-suidae u s-solipedi; annimali selvaġġi mhux domestiċi ħlief is-suidae u s-solipedi; is-suidae selvaġġi mhux domestiċi, is-solipedi selvaġġi mhux domestiċi u l-laħam frisk użat fil-produzzjoni tal-prodotti tal-laħam li:
(2) jew [II.1.2.1. għadda minn trattament mhux speċifiku kif jispeċifika u jiddefinixxi l-punt A tal-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, u
(2) jew[II.1.2.1.1.jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti tas-saħħa tal-annimali u pubblika stipulati fiċ-ċertifikat(i) xieraq/xierqa tas-saħħa fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 u li joriġina minn pajjiż terz jew parti minnu fil-każ ta' reġjonalizzazzjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, kif tiddeskrivi l-kolonna rilevanti tal-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE].
(2) inkella [II.1.2.1.1. joriġina minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea].
(2) inkella [II.1.2.1. jissodisfa rekwiżiti miftiehma fid-Direttiva 2002/99/KE, joriġina minn annimali li ġejjin minn stabbiliment mhux soġġett għal restrizzjonijiet għall-mard speċifiku li jissemma fiċ-ċertifikat(i) tas-saħħa xieraq/xierqa fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 u f'raġġ ta' 10 km fejn ma kien hemm l-ebda tifqigħa ta' mard ta' din ix-xorta fl-aħħar 30 jum u għadda mit-trattament speċifiku stabbilit fil-pajjiż terz tal-oriġini jew f’parti minnu għal-laħam tal-ispeċijiet konċernati fil-Parti 2 jew 3, skont kif inhu xieraq, tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE].
(2) II.1.3. Il-prodott tal-laħam, l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren deskritt fil-punt II.1.1 tħejja minn laħam frisk ta' tjur domestiku, inklużi għasafar selvaġġi jew imrobbijin fl-irziezet li:
(2) jew [II.1.3.1. għadda minn trattament mhux speċifiku kif jispeċifika u jiddefinixxi l-punt A tal-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE] u:
Il-prodotti tal-laħam, l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-importazzjoni
II.a. In-numru ta' referenza taċ-ċertifikat
II.b.
(2) inkella [II.1.3.1. joriġina minn pajjiż terz li jissemma fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, ġej minn impriżi jew fil-każ tal-għasafar selvaġġi li nqatlu f'territorji f'raġġ ta' 10km, inkluż fejn xieraq it-territorju ta' pajjiż ġar, fejn ma kien hemm l-ebda tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b’patoġenità għolja jew tal-marda ta' Newcastle għal mill-anqas 30 jum, u għadda minn trattament speċifiku stabbilit għall-pajjiż terz tal-oriġini jew parti minnu għal-laħam tal-ispeċijiet konċernati fil-Parti 2 jew 3, kif xieraq, tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE],
(2) inkella [II.1.3.1. joriġina minn pajjiż terz li jissemma fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, ġej minn impriżi jew fil-każ tal-għasafar selvaġġi li nqatlu f'territorji f'raġġ ta' 10km, inkluż fejn xieraq it-territorju ta' pajjiż ġar, fejn ma kien hemm l-ebda tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b’patoġenità għolja jew tal-marda ta' Newcastle għal mill-anqas 30 jum, u għadda minn trattament speċifiku stabbilit li jissemma fil-punt B, C jew D tal-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, diment li dan it-trattament ikun strett aktar minn dak indikat fil-Partijiet 2 u 3 tal-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni].
(2) [II.1.4. fil-każ ta' prodott tal-laħam, l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati li ġej minn laħam frisk tal-lagomorfi u mammiferi tal-art oħra:
jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti tas-saħħa tal-annimali u pubblika stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2009/KE u ġej minn impriża li mhix soġġetta għal restrizzjonijiet minħabba mard tal-annimali li jaffettwa l-annimali konċernati f'raġġ ta' 10km fejn ma kien hemm l-ebda tifqigħa ta' mard ta' din ix-xorta fl-aħħar 30 jum].
II.1.5. il-prodott tal-laħam, l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati:
(2) jew II.1.5.1. [jikkonsisti minn laħam u/jew prodotti tal-laħam li ġejjin minn speċi waħda u għadda mit-trattament li jissodisfa l-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE],
(2) inkella II.1.5.1. [jikkonsisti minn laħam ta' aktar minn speċi waħda u, wara li dan il-laħam tħallat, il-prodott sħiħ sussegwentement għadda minn trattament strett għall-inqas daqs dak meħtieġ għall-komponenti tal-laħam tal-prodott tal-laħam kif stabbilit fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE],
(2) inkella II.1.5.1. [tħejja minn laħam ta' aktar minn speċi waħda u kull komponent tal-laħam u qabel ma tħallat ikun għadda minn trattament li jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti tat-trattament għal laħam ta' dik l-ispeċi kif stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE],
II.1.6. wara t-trattament ittieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex tkun evitata l-kontaminazzjoni
(2) [II.1.7. Garanziji addizzjonali:
fil-każ tal-prodotti tal-laħam tat-tjur li ma għaddewx minn trattament speċifiku u huma destinati għal Stati Membri jew għal reġjuni tagħhom, li l-istatus tagħhom jitqies bħala bla tilqim kontra l-marda Newcastle skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/158/KE, il-laħam tat-tjur ġej minn tjur li ma tlaqqamx b'vaċċin ħaj kontra l-marda ta' Newcastle fit-30 jum qabel it-tbiċċir],
(2) II.2. Attestazzjoni tas-saħħa pubblika
Jien, li ismi jidher imniżżel hawn taħt, niddikjara li naf sew id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 u niċċertifika li l-prodotti tal-laħam, l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati, deskritti hawn fuq ġew prodotti skont dawn ir-rekwiżiti, b'mod partikolari li:
II.2.1. ġejjin minn stabbiliment(i) li jimplementa(w) programm imsejjes fuq il-prinċipji tal-HACCP skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004;
II.2.2. ġew prodotti minn materja prima li tissodisfa r-rekwiżiti tat-Taqsimiet I sa VI tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
(2) II.2.3.1. il-prodotti tal-laħam ġejjin minn laħam tal-majjal domestiku li kien soġġett għall-eżaminazzjoni tat-triċinożi b'riżultati negattivi jew kien soġġett għal trattament ta' tkessiħ skont ir-Regolament (KE) Nru 2075/2005;
(2) II.2.3.2. il-prodotti tal-laħam ġew minn laħam taż-żiemel jew minn laħam tal-ħanżir selvaġġ li kien soġġett għal eżaminazzjoni tat-triċinożi b'riżultati negattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 2075/2005;
(2) II.2.3.3. l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati ġew prodotti skont it-Taqsima XIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
II.2.4. ġew immarkati b'marka ta' identifikazzjoni skont it-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
II.2.5. it-tikketta/i mwaħħlin mal-imballaġġ tal-prodotti tal-laħam deskritti hawn, għandhom fuqhom marka li tgħid li l-prodotti tal-laħam ġejjin kollha minn laħam frisk ta' annimali li nqatlu f'biċċeriji approvati għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea jew ta' annimali li nqatlu f'biċċerija indikata għall-konsenja tal-laħam għat-trattament meħtieġ kif stabbilit fil-Partijiet 2 u 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE;
II.2.7. jissodisfaw il-garanziji li jkopru l-annimali ħajjin u l-prodotti tagħhom u li taw il-pjanijiet dwar ir-residwi mressqa skont id-Direttiva 96/23/KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tagħha;
II.2.8. il-mezzi tat-trasport u l-kundizzjonijiet għat-tagħbija għall-prodotti tal-laħam f'din il-konsenja jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-iġjene stabbiliti għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea;
II.2.9. jekk ikun fihom materjal mill-annimali bovini, ovini jew kaprini, il-laħam frisk u/jew l-imsaren użati fil-preparazzjoni tal-prodotti tal-laħam u/jew l-imsaren ittrattati għandhom ikunu soġġetti għal dawn il-kundizzjonijiet skont il-kategorija tar-riskju tal-BSE tal-pajjiż tal-oriġini:
(2) II.2.9.1. għall-importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun b'riskju negliġibbli tal-BSE kif imniżżel fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE kif emendata:
(1) il-pajjiż jew ir-reġjun hu klassifikat skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 bħala pajjiż jew reġjun li jippreżenta riskju negliġibbli tal-BSE;
(2) l-annimali li minnhom ġejjin il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini twieldu, trabbew kontinwament u nqatlu fil-pajjiż b'riskju negliġibbli tal-BSE u għaddew mill-ispezzjonijiet ta' qabel u wara l-qatla.
(2) (3) jekk fil-pajjiż jew fir-reġjun kien hemm każijiet indiġeni tal-BSE:
jew
(2) (a) l-annimali twieldu wara d-data minn meta bdiet tiġi infurzata l-projbizzjoni li r-ruminanti jingħataw għalf b'laħam u għadam mitħun u xaħam li ġejjin minn ruminanti, jew
(2) (b) il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u mhumiex ġejjin minn materjal riskjuż speċifikat kif jiddefinixxi l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jew laħam separat bil-magni li ġej minn għadam tal-annimali bovini, ovini jew kaprini.
(2) II.2.9.2. għall-importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun b'riskju kkontrollat tal-BSE kif imniżżel fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE kif emendata:
(1) il-pajjiż jew reġjun huwa klassifikat skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 bħala pajjiż jew reġjun li jippreżenta riskju kkontrollat tal-BSE;
(2) l-annimali li minnhom ġejjin il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini għaddew mill-ispezzjonijiet ta' qabel u wara l-qatla;
(3) l-annimali li minnhom ġejjin il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini destinati għall-esportazzjoni ma nqatlux wara li ġew storduti b'gass injettat fil-kavità kranjali jew ma nqatlux bl-istess metodu jew b'laċerazzjoni wara stordament tat-tessut nervuż ċentrali permezz ta' strument tawwali forma ta' virga li jiddaħħal fil-kavità kranjali;
(2)(3) (4) il-prodotti li ġejjin minn annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u mhumiex ġejjin minn materjal riskjuż speċifikat kif jiddefinixxi l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jew laħam separat bil-magni li ġej minn għadam tal-annimali bovini, ovini jew kaprini.
(2)(4) (5) fil-każ tal-imsaren li s-sors oriġinali tagħhom kien pajjiż jew reġjun b'riskju negliġibbli tal-BSE, l-importazzjonijiet tal-imsaren ittrattati għandhom ikunu soġġetti għal dawn il-kundizzjonijiet:
(a) il-pajjiż jew ir-reġjun huwa klassifikat skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 bħala pajjiż jew reġjun li jippreżenta riskju kkontrollat tal-BSE;
(b) l-annimali li minnhom ġejjin il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini twieldu, trabbew kontinwament u nqatlu fil-pajjiż jew fir-reġjun b'riskju negliġibbli tal-BSE u għaddew mill-ispezzjonijiet ta' qabel u wara l-qatla;
(2) (c) jekk is-sors tal-imsaren ikun pajjiż jew reġjun fejn kien hemm każijiet indiġeni tal-BSE:
jew
(2) (i) l-annimali twieldu wara d-data minn meta bdiet tiġi infurzata l-projbizzjoni li r-ruminanti jingħataw għalf b'laħam u għadam mitħun u xaħam li ġejjin minn ruminanti; jew
Il-prodotti tal-laħam, l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-importazzjoni
II.a. In-numru ta' referenza taċ-ċertifikat
II.b.
(2) (ii) il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u mhumiex ġejjin minn materjal riskjuż speċifikat kif jiddefinixxi l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.
(2) II.2.9.3. għall-importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun b'riskju mhux determinat tal-BSE kif imniżżel fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE:
(1) l-annimali li minnhom ġew il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini ma ġewx mitmugħa ikel b’laħam u għadam mitħun jew xaħam li ġew minn ruminanti u għaddew mill-ispezzjonijiet qabel u wara l-qatla;
(2) l-annimali li minnhom ġejjin il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini ma nqatlux wara li ġew storduti b'gass injettat fil-kavità kranjali jew ma nqatlux bl-istess metodu jew b'laċerazzjoni wara stordament tat-tessut nervuż ċentrali permezz ta' strument tawwali forma ta' virga li jiddaħħal fil-kavità kranjali;
(2)(5) (3) il-prodotti li ġejjin minn annimali bovini, ovini u kaprini mhumiex ġejjin minn
(i) materjal riskjuż speċifikat kif jiddefinixxi l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii) tessuti tan-nervituri u limfatiċi esposti waqt il-proċess tat-tneħħija tal-għadam;
(iii) laħam separat bil-magni li ġej minn għadam tal-annimali bovini, ovini jew kaprini.
(2)(4) (4) fil-każ tal-imsaren li s-sors oriġinali tagħhom kien pajjiż jew reġjun b'riskju negliġibbli tal-BSE, l-importazzjonijiet tal-imsaren ittrattati għandhom ikunu soġġetti għal dawn il-kundizzjonijiet:
(a) il-pajjiż jew ir-reġjun huwa klassifikat skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 bħala pajjiż jew reġjun b'riskju mhux determinat tal-BSE;
(b) l-annimali li minnhom ġejjin il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini twieldu, trabbew kontinwament u nqatlu fil-pajjiż jew fir-reġjun b'riskju negliġibbli tal-BSE u għaddew mill-ispezzjonijiet ta' qabel u wara l-qatla;
(2) (c) jekk is-sors tal-imsaren ikun pajjiż jew reġjun fejn kien hemm każijiet indiġeni tal-BSE:
jew
(2) (i) l-annimali twieldu wara d-data minn meta bdiet tiġi infurzata l-projbizzjoni li r-ruminanti jingħataw għalf b'laħam u għadam mitħun u xaħam li ġejjin minn ruminanti; jew
(2) (ii) il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u mhumiex ġejjin minn materjal riskjuż speċifikat kif jiddefinixxi l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.
Noti
Parti I:
Il-kaxxa I.8.: ir-reġjun (jekk xieraq) kif jidher fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE (kif emendata l-aħħar).
Il-kaxxa I.11: Il-post tal-oriġini: l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment tad-dispaċċ.
Il-kaxxa I.15: In-numru ta' reġistrazzjoni (vaguni tal-ferrovija jew kontejner u vettura tat-triq), in-numru tat-titjira (ajruplan) jew l-isem (vapur). Fil-każ ta' ħatt u tagħbija mill-ġdid għandha tingħata informazzjoni separata.
Il-kaxxa I.19: Uża l-kodiċi rilevanti tas-Sistema Armonizzata (HS) taħt dawn l-intestaturi: 02.10, 16.01, 16.02 u 05. 04.
Il-kaxxa I.23: Identifikazzjoni tal-kontejner/in-numru tas-siġill: meta japplika biss.
Il-kaxxa I.28: Speċijiet: agħżel fost l-ispeċijiet deskritti fil-Parti II 1.1. (A);
Il-prodotti tal-laħam, l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-importazzjoni
II.a. In-numru ta' referenza taċ-ċertifikat
II.b.
Natura tal-prodott: agħżel minn dawn: prodott tal-laħam, stonku, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati;
Biċċerija: in-numru tal-approvazzjoni ta' biċċerija jew stabbiliment li jilqa' għasafar maqbuda;
Maħżen friża: faċilità tal-ħażna;
Impjant tal-manifattura: in-numru tal-approvazzjoni.
Parti II:
(1) Prodotti tal-laħam kif stabbilit fil-punt 7.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u stonku, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati li għaddew minn wieħed mit-trattamenti stipulati fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.
(2) Żomm skont ir-rilevanza.
(3) B'deroga mill-punt 4, jistgħu jiġu importati karkassi, nofs karkassi jew nofs karkassi maqtugħa f'mhux iktar minn tliet qatgħat bl-ingrossa, u kwarti li ma fihom l-ebda materjal riskjuż speċifikat ħlief il-kolonna vertebrali, inkluża l-ganglija tal-għerq dorsali.
Meta ma jkunx hemm bżonn titneħħa l-kolonna vertebrali, il-karkassi jew il-qatgħat bl-ingrossa tal-karkassi tal-annimali bovini li fihom il-kolonna vertebrali għandhom jiġu identifikati bi strixxa blu li tkun tidher ċara fuq it-tikketta msemmija fil-punt 11.3(a) tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.
L-għadd ta' karkassi bovini jew qatgħat bl-ingrossa tal-karkassi, li għandhom bżonn li titneħħielhom il-kolonna vertebrali, u l-għadd li m'għandhomx bżonn li titneħħielhom il-kolonna vertebrali, għandhom jiżdiedu fid-dokument imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 fil-każ tal-importazzjonijiet.
(4) Dan japplika biss għal importazzjonijiet tal-imsaren ittrattati.
(5) B'deroga mill-punt 3, jistgħu jiġu importati karkassi, nofs karkassi jew nofs karkassi maqtugħa f'mhux iktar minn tliet qatgħat bl-ingrossa, u kwarti li ma fihom l-ebda materjal riskjuż speċifikat ħlief il-kolonna vertebrali, inkluża l-ganglija tal-għerq dorsali.
Meta ma jkunx hemm bżonn titneħħa l-kolonna vertebrali, il-karkassi jew il-qatgħat bl-ingrossa tal-karkassi tal-annimali bovini li fihom il-kolonna vertebrali għandhom jiġu identifikati bi strixxa blu li tkun tidher ċara fuq it-tikketta msemmija fil-punt 11.3(a) tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.
Informazzjoni speċifika fuq l-għadd ta' karkassi bovini jew qatgħat bl-ingrossa tal-karkassi, li għandhom bżonn u li m'għandhom bżonn li titneħħielhom il-kolonna vertebrali, għandhom jiżdiedu mad-dokument msemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 fil-każ tal-importazzjonijiet.
Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tal-istampar. L-istess regola tapplika għal timbri oħra ħlief dawk imqabbża jew bil-watermark.