|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2497 |
11.12.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2497
tal-10 ta’ Diċembru 2025
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparati ta’ Enterococcus faecium DSM 33761, Pediococcus acidilactici DSM 33758, Bifidobacterium animalis DSM 16284, Limosilactobacillus reuteri DSM 33751 u Ligilactobacillus salivarius DSM 16351 bħala addittiv tal-għalf għall-pollam tas-simna u mrobbi għall-bajd jew għar-riproduzzjoni (detentur tal-awtorizzazzjoni: Biomin GmbH)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparati ta’ Enterococcus faecium DSM 33761, Pediococcus acidilactici DSM 33758, Bifidobacterium animalis DSM 16284, Limosilactobacillus reuteri DSM 33751 u Ligilactobacillus salivarius DSM 16351. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparati ta’ Enterococcus faecium DSM 33761, Pediococcus acidilactici DSM 33758, Bifidobacterium animalis DSM 16284, Limosilactobacillus reuteri DSM 33751 u Ligilactobacillus salivarius DSM 16351 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbija għat-tnissil u għall-ispeċijiet minuri ta’ pollam tas-simna u mrobbija għall-bajd jew għat-tnissil, bit-talba li dak l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana”. |
|
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità’), fl-opinjoni tagħha tas-26 ta’ Settembru 2023 (2), ikkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparati ta’ Enterococcus faecium DSM 33761, Pediococcus acidilactici DSM 33758, Bifidobacterium animalis DSM 16284, Limosilactobacillus reuteri DSM 33751 u Ligilactobacillus salivarius DSM 16351 huma sikuri għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbi għall-bajd, għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbija għat-tnissil u għall-ispeċijiet minuri tal-pollam tas-simna u mrobbija għall-bajd jew għat-tnissil, kif ukoll għall-konsumaturi u għall-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparat ta’ Enterococcus faecium DSM 33761, Pediococcus acidilactici DSM 33758, Bifidobacterium animalis DSM 16284, Limosilactobacillus reuteri DSM 33751 u Ligilactobacillus salivarius DSM 16351 fiż-żewġ formulazzjonijiet jitqies bħala sensitizzatur respiratorju iżda mhuwiex irritanti għall-ġilda. Ma setgħet issir l-ebda konklużjoni dwar il-potenzjal tal-addittiv li jkun irritant tal-għajnejn jew sensitizzatur tal-ġilda. Wara l-valutazzjoni tal-informazzjoni supplimentari mressqa mill-applikant, fl-opinjoni tagħha tas-6 ta’ Mejju 2025 (3), l-Awtorità kkonkludiet li l-preparat ta’ Enterococcus faecium DSM 33761, Pediococcus acidilactici DSM 33758, Bifidobacterium animalis DSM 16284, Limosilactobacillus reuteri DSM 33751 u Ligilactobacillus salivarius DSM 16351 għandu l-potenzjal li jkun effikaċi fil-pollam kollu tas-simna u mrobbi għall-bajd jew għat-tnissil fil-livell ta’ 1 × 108 CFU/kg għalf komplet u 5 × 107 CFU/L ilma tax-xorb. L-Awtorità ma dehrilhiex li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-introduzzjoni fis-suq. |
|
(5) |
Il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qies li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li ntlaħqu f’valutazzjoni preċedenti dwar applikazzjoni oħra għall-awtorizzazzjoni tal-istess addittiv u vverifikati mill-Awtorità fl-opinjoni tagħha tas-26 ta’ Settembru 20232, huma validi u applikabbli għall-applikazzjoni attwali. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 5(4), il-punt (a), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (4), mhuwiex meħtieġ rapport ta’ evalwazzjoni tal-Laboratorju ta’ Referenza. |
|
(6) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-preparati ta’ Enterococcus faecium DSM 33761, Pediococcus acidilactici DSM 33758, Bifidobacterium animalis DSM 16284, Limosilactobacillus reuteri DSM 33751 u Ligilactobacillus salivarius DSM 16351 jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dawn il-preparati jiġi awtorizzat għall-pollam tas-simna u mrobbi għall-bajd jew għar-riproduzzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparati speċifikati fl-Anness, li jifformaw parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, huma awtorizzati bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) EFSA Journal 2023;21(10):8354. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.8354.
(3) EFSA Journal. 2025;23:e9459. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9459.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/378/oj).
ANNESS
PARTI I
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Isem l-addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
|
CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana |
|||||||||||||||||||||||||
|
4b1897 |
Biomin GmbH |
Enterococcus faecium DSM 33761, Pediococcus acidilactici DSM 33758, Bifidobacterium animalis DSM 16284, Limosilactobacillus reuteri DSM 33751 u Ligilactobacillus salivarius DSM 16351 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Enterococcus faecium DSM 33761, Pediococcus acidilactici DSM 33758, Bifidobacterium animalis DSM 16284, Limosilactobacillus reuteri DSM 33751 u Ligilactobacillus salivarius DSM 16351 li fih minimu ta’: 4 × 1010 CFU/g (total) b’minimu ta’ konċentrazzjoni batterika ta’ 1,3 x 1010 Enterococcus faecium DSM 33761 1,3 x 1010 Pediococcus acidilactici DSM 33758 1,2 x 1010 Bifidobacterium animalis DSM 16284; 1,0 x 109 Limosilactobacillus reuteri DSM 33751 u 1,0 x 109 Ligilactobacillus salivarius DSM 16351. Għamla miksija solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta’ Enterococcus faecium DSM 33761, Pediococcus acidilactici DSM 33758, Bifidobacterium animalis DSM 16284, Limosilactobacillus reuteri DSM 33751 u Ligilactobacillus salivarius DSM 16351. Metodu analitiku (1) Għall-identifikazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 33761, Pediococcus acidilactici DSM 33758, Bifidobacterium animalis DSM 16284, Limosilactobacillus reuteri DSM 33751 u Ligilactobacillus salivarius DSM 16351:
Għall-enumerazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 33761 fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli u fl-għalf kompost:
Għall-enumerazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici DSM 33758 fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli u fl-għalf kompost:
Għall-enumerazzjoni ta’ Bifidobacterium animalis DSM 16284 fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli u fl-għalf kompost:
Għall-enumerazzjoni ta’ Limosilactobacillus reuteri DSM 33751 u Ligilactobacillus salivarius DSM 16351 fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli u fl-għalf kompost:
|
Pollam tas-simna u mrobbi għall-bajd jew għar-riproduzzjoni |
- |
1 × 108 |
- |
|
31 ta’ Diċembru 2035 |
||||||||||||||||
PARTI II
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Isem l-addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||
|
CFU/l ta’ ilma tax-xorb |
|||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana |
|||||||||||||||||||||||||||
|
4b1897i |
Biomin GmbH |
Enterococcus faecium DSM 33761, Pediococcus acidilactici DSM 33758, Bifidobacterium animalis DSM 16284, Limosilactobacillus reuteri DSM 33751 u Ligilactobacillus salivarius DSM 16351 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ Enterococcus faecium DSM 33761, Pediococcus acidilactici DSM 33758, Bifidobacterium animalis DSM 16284, Limosilactobacillus reuteri DSM 33751 u Ligilactobacillus salivarius DSM 16351 li fih minimu ta’: 1 × 1011 CFU/g (total) b’minimu ta’ konċentrazzjoni batterika ta’ 3,25 x 1010 Enterococcus faecium DSM 33761 3,25 x 1010 Pediococcus acidilactici DSM 33758 3,0 x 1010 Bifidobacterium animalis DSM 16284; 2,0 x 109 Limosilactobacillus. reuteri DSM 33751 u 2,0 x 109 Ligilactobacillus salivarius DSM 16351. Għamla (mhux miksija) solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta’ Enterococcus faecium DSM 33761, Pediococcus acidilactici DSM 33758, Bifidobacterium animalis DSM 16284, Limosilactobacillus reuteri DSM 33751 u Ligilactobacillus salivarius DSM 16351. Metodu analitiku (2) Għall-identifikazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 33761, Pediococcus acidilactici DSM 33758, Bifidobacterium animalis DSM 16284, Limosilactobacillus reuteri DSM 33751 u Ligilactobacillus salivarius DSM 16351:
Għall-enumerazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 33761 fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli, fl-għalf kompost u fl-ilma tax-xorb:
Għall-enumerazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici DSM 33758 fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli, fl-għalf kompost u fl-ilma tax-xorb:
Għall-enumerazzjoni ta’ Bifidobacterium animalis DSM 16284 fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli, fl-għalf kompost u fl-ilma tax-xorb:
Għall-enumerazzjoni ta’ Limosilactobacillus reuteri DSM 33751 u Ligilactobacillus salivarius DSM 16351 fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli, fl-għalf kompost u fl-ilma tax-xorb:
|
Pollam tas-simna u mrobbi għall-bajd jew għar-riproduzzjoni |
- |
5 × 107 |
- |
|
31 ta’ Diċembru 2035 |
||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2497/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)