|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
843 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta' Ġunju 2006
biex temenda d-Deċiżjoni 2005/710/KE rigward ċerti miżuri ta' ħarsien relatati ma' l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja fit-tjur fir-Rumanija
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2137)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/396/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jmexxu l-organizzazzjoni ta' verifiki veterinarji fuq l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(7) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jmexxu l-organizzazzjoni ta' verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Wara t-tifqigħa ta' l-influwenza tat-tjur, ikkawżata minn razza tal-vajrus H5N1 b'patoġeniċità għolja, fix-Xlokk ta' l-Ażja f'Diċembru 2003, il-Kummissjoni adottat bosta miżuri ta' ħarsien marbuta ma' l-influwenza tat-tjur, b'mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/710/KE tat-13 ta' Ottubru 2005 rigward ċerti miżuri ta' ħarsien marbuta ma' l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja fir-Rumanija (3). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2005/710/KE tipprovdi għal sospensjoni ta' l-importazzjonijiet fil-Komunità minn ċerti partijiet tar-Rumanija, affettwati minn din il-marda, ta' tjur ħajjin, ratiti, it-tjur selvaġġ u dak imrobbi u l-għasafar ħajjin għajr tjur ta' l-irziezet, li jinkludu għasafar miżmuma bħala annimali domestiċi, bajd li jfaqqas ta' dawk l-ispeċi u ċerti prodotti oħra ta' l-għasafar. |
|
(3) |
Issa, ir-Rumanija avżat lill-Kummissjoni b'bosta każijiet ikkonfermati u bosta suspetti oħra ta' influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja f'qatgħat ta' tjur fil-kontea ta' Brasov, li tinsab barra l-partijiet tar-Rumanija li huma reġjonalizzati mid-Deċiżjoni 2005/710/KE. Ir-Rumanija għaddiet tagħrif li l-miżuri ta' tneħħija u ta' kontroll qegħdin jiġu applikati fil-pajjiż affetwat. Miżuri ta' biosigurtà supplimentari huma fis-seħħ fit-42 kontea tar-Rumanija. |
|
(4) |
Fid-dawl tal-qagħda attwali tal-marda fir-Rumanija, jeħtieġ li jiġu estiżi l-partijiet tar-Rumanija minn fejn l-importazzjonijiet rilevanti fil-Komunità huma sospiżi. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2005/710/KE għalhekk għandha tiġi emendata skond dan. |
|
(6) |
Il-miżuri pprovduti għalihom f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:
Artikolu 1
L-Anness ta' din id-Deċiżjoni 2005/710/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom, mill-aktar fis, jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawn il-miżuri. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan mill-aktar fis.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar it-2 ta' Ġunju 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.
(2) ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1). Verżjoni kkoreġuta ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.
(3) ĠU L 269, 14.10.2005, p. 42. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/321/KE (ĠU L 118, 3.5.2006, p. 18).
ANNESS
“ANNESS
Partijiet tat-territorju tar-Rumanija msemmija fl-Artikolu 1(a) u (b)
IL-PARTI A
|
Il-kodiċi tal-pajjiż ISO |
Isem tal-pajjiż |
Deskrizzjoni ta' parti tat-territorju |
||
|
RO |
Ir-Rumanija |
|
IL-PARTI B
|
Il-kodiċi tal-pajjiż ISO |
Isem tal-pajjiż |
Deskrizzjoni ta' parti tat-territorju |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
RO |
Ir-Rumanija |
Fir-Rumanija, il-kontej ta':
|