|
5.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
422 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta' Ottubru 2006
li temenda d-Deċiżjoni 2000/147/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE f'dak li għandu x'jaqsam mal-klassifikazzjoni tar-reazzjoni għan-nar ta' prodotti għall-bini
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5063)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/751/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 20 (2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE (2) tistabbilixxi sistema ta' klassifikazzjoni għal prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar ta' prodotti ta' bini. |
|
(2) |
Wara reviżjoni ta' ċerti familji ta' prodotti, klassijiet separati ta' prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar għandhom jiġu stabbiliti għall- kejbils ta' l-elettriku. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2000/147/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2000/147/KE hu emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussel, 27 ta' Ottubru 2006.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi-President
(1) ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni 2000/147/KE hu emendat kif ġej:
|
1. |
It-titolu tat-Tabella 1 jinbidel bi “KLASSIJIET TA' PRESTAZZJONI TAR- REAZZJONI GĦAN-NAR TA' PRODOTTI TAL-BINI MINBARRA KISI TA' L-ART, PRODOTTI TA' INSULAZZJONI TERMALI TA' PAJPIJIET LINEARI, U KEJBILS TA' L-ELETTRIKU”. |
|
2. |
Titħassar in-nota (*) tat-Tabella 1. |
|
3. |
Jiżdied it-test li ġej: “Tabella 4 IL-KLASSIJIET TA' PRESTAZZJONI TAL-KEJBILS SKOND IR-REAZZJONI TAGĦHOM GĦAN-NAR
ARMAR U TWAĦĦIL TA' KONDIZZJONIJIET U DEFINIZZJONIJIET TAL-PARAMETRI TAT-TEST MARBUTA MAL-KEJBILS TA' L-ELETTRIKU (KIF IMSEMMIJA FIN-NOTA (5) TAT-TABELLA 4) 1. Il-kondizzjonijiet ta' Armar u twaħħil 1.1 L-armar tal-kampjun ġenerali tat-test għall-klassijiet B1ca, B2ca, Cca u Dca Il-kejbils għandhom jiġu mmuntati fuq quddiem ta' sellum standard (EN 50266-1). Se jintuża tul ta' kejbils ta' 3,5 m. Il-parti ta' taħt tal-kejbils ta' l-elettriku għanda tkun 20ċm taħt ix-xifer ta' taħt tal-berner. Il-kejbils għandhom jitqiegħdu fin-nofs tas-sellum (mil-lat tal-wisgħa tiegħu). Kull kampjun jew kull grupp għall-ittestjar għandu jitwaħħal individwalment ma' kull skaluna tas-sellum permezz ta' wajer tal-metall (ta' l-azzar jew tar-ramm). Għall- kejbils ta' l-elettriku li għandhom dijametru sa, u inkluż 50 mm, għandu jintuża wajer b'dijametru ta' bejn 0,5 mm sa, u inkluż 1,0 mm. Għall-kejbils li jaqbżu d-dijametru ta' 50 mm għandu jintuża wajer b'dijametru ta' bejn 1,0 mm u 1,5 mm. Waqt li jkunu qegħdin jintramaw il-kampjuni għall-ittestjar, l-ewwel kampjun għall-ittestjar għandu jitqiegħed bejn wieħed u ieħor fin-nofs tas-sellum u kampjuni oħra għall-ittestjar għandhom jiżdiedu fuq kull naħa b'mod alternanti sabiex il-firxa sħiħa tal-kampjuni għall-ittestjar tkun iċċentrata bejn wieħed u ieħor fuq is-sellum. L-ispazjar u r-raggruppament huwa spjegat aktar hawn taħt. Ma kull għoli ta' 25 ċm għandha tittieħed linja orizzontali sabiex titkejjel il-firxa tal-fjamma bħala varjabbli dipendenti fuq il-ħin. L-ewwel linja (jiġifieri l-linja żero se tkun fl-istess għoli tal-berner). Il-kejbils se jintramaw kif ġej skond il-klassifika li għaliha qed japplikaw. 1.1.1 Il-klassi B2ca, Cca u l-klassi Dca Il-proċedura magħżula ta' armar tiddependi fuq id-dijametru tal-kejbil ta' l-elettriku skond it-Tabella 4.1. Tabella 4.1 L-ARMAR BĦALA VARJABBLI LI TIDDEPENDI FUQ ID-DIJAMETRU TAL-KEJBIL.
Il-valuri tal-limitu tal-livelli huma ddeterminati bid-daqs tad-dijametru kkonvertit għall-eqreb mm, minbarra għall-kejbils b'dijametru ta' anqas minn 5 mm, fejn id-dijametru m'għandux jiġi ikkonvertit. Il-formuli li ġejjin jintużaw sabiex jiġi ddeterminat in-numru ta' tulijiet tal-kejbil għal kull test. 1.1.1.1 Għall- kejbils b'dijametru akbar minn 20 mm jew daqsu In-numru tal-kejbils, N, jinħadem permezz ta':
fejn:
1.1.1.2 Għall- kejbils b'dijametru akbar minn 5 mm iżda anqas minn 20 mm In-numru tal-kejbils, N, jinħadem permezz ta':
fejn:
1.1.1.3 Għal kejbils jew wajers b'dijametru anqas minn 5mm jew daqsu In-numru ta' gruppi ta' 10 mm, Nbu ta' kejbils jingħata permezz ta':
Għalhekk għandhom jintramaw 15-il grupp b'distanza ta' 10 mm bejn il-gruppi. In-numru ta' kejbils f'kull grupp (n) huwa:
fejn:
1.1.1.4 It-tul totali ta' kejbil għal kull test It-tul totali L (m) għal kull test huwa ta':
1.1.2 Il-klassi B1ca Fuq id-dahar tal-cable tray (l-istruttura ta' sistema elettrika) għandha tintrama tavla tas-silikat tal-kalċju li ma teħux in-nar b'densità ta' 870 ± 50 kg/m3 u bi ħxuna ta' 11 ± 2 mm. Din it-tavla tista' tintrama f'żewġ partijiet. Fl-aspetti l-oħra kollha l-armar tal-kejbils huwa identiku għall-klassijiet B2ca, Cca u Dca 2. Id-definizzjonijiet tal-parametri tat-test Tabella 4.2 DEFINIZZJONIIET TAL-PARAMETRI TAT-TESTIJIET FIPEC20 F'XENARJI 1 U 2. Il-parametri kkalkulati kollha huma evalwati matul 20 minuta mill-bidu tat-test (meta tinxtegħel il-berner)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Għall-prodott bħala entità sħiħa, esklużi materjali metalliċi, u għal kwalunkwe komponent estern (i.e. qoxra ta' barra) tal-prodott.
|
s1 |
= |
TSP 1 200 ≤ 50 m2 kif ukoll l-ogħla SPR ≤ 0.25 m2/s |
|
s1a |
= |
s1 u t-trażmittanza skond EN 61034-2 ≥ 80 % |
|
s1b |
= |
s1 u trażmittanza skond EN 61034-2 ≥ 60 % < 80 % |
|
s2 |
= |
TSP 1 200 ≤ 400 m2 kif ukoll l-ogħlaSPR ≤ 1.5 m2/s |
|
s3 |
= |
mhux s1 jew s2 |
(3) Fil-każijiet 1 u 2 ta' FIPEC20: d0 = L-ebda qtar/partiċelli fjamma fi żmien 1 200 s; d1 = L-ebda qtar/partiċelli partiċelli li ppersistew għal aktar minn 10 s fi żmien 1 200 s; d2 = mhux d0 jew d1.
(4) EN 50267-2-3: a1 = konduttività < 2.5 μS/mm kif ukoll pH > 4.3; a2 = konduttività < 10 μS/mm kif ukoll pH > 4.3; a3 = mhux a1 jew a2. L-ebda dikjarazzjoni = Ma ġiet iddeterminata l-ebda prestazzjoni.
(5) Fluss ta' arja fiċ-ċejmber se jkun irregolat għal 8 000 ± 800 l/min.
FIPEC20 Xenarju 1 = prEN 50399-2-1 bl-Armar u t-twaħħil skond dan ta' hawn taħt
FIPEC20 Xenarju 2 = prEN 50399-2-2 bl-Armar u t-twaħħil skond dan ta' hawn taħt
(6) Il-klassi ta' duħħan iddikjarata għall-klassi tal-kejbils B1ca għandha toriġina mit-test FIPEC20 Xenarju 2.
(7) Il-klassi ta' duħħan iddikjarata għall-klassi tal-kejbils B2ca, Cca, Dca għandha toriġina mit-test FIPEC20 Xenarju 1.
(8) Il-kejl ta' proprjetajiet perikolużi ta' gassijiet żviluppati fil-każ ta' nar, li jikkompromettu l-kapaċità ta' persuni esposti għalihom sabiex jieħdu azzjoni effettiva biex jirnexxilhom jaħarbu, u mhux id-deskrizzjoni tat-tossiċità ta' dawn il-gassijiet.