<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-140/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015TJ0140</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:830">EU:T:2017:830</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20171123">23.11.2017</DATE> – Kawża T‑140/15</HT></P><P><HT TYPE="SC">Aurora vs CPVO – SESVanderhave (M 02205)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20171123">23 ta’ Novembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti</KEYWORD><KEYWORD>proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità</KEYWORD><KEYWORD>Varjetà ta’ pitravi għaz-zokkor M 02205</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2100/94</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2100/94</KEYWORD><KEYWORD>Karattru distint tal-varjetà kandidata</KEYWORD><KEYWORD>Eżami tekniku</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura quddiem il-Bord tal-Appell</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu li jiġu evalwati b’kura u b’imparzjalità l-provi rilevanti kollha tal-każ ineżami</KEYWORD><KEYWORD>Setgħa diskrezzjonali ta’ riforma</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T-140/15,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Aurora Srl</HT>, stabbilita f’Finale Emilia (l-Italja), inizjalment irrappreżentata minn L.-B. Buchman, avukat, sussegwentement minn L.-B. Buchman, R. Crespi u M. Razou, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)</HT>, inizjalment irrappreżentat minn F. Mattina, sussegwentement minn F. Mattina u M. Ekvad u finalment minn F. Mattina u M. Ekvad u A. Weitz, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P>il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tas-CPVO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali, hija</P><P><HT TYPE="BOLD">SESVanderhave NV</HT>, stabbilita f’Tirlemont (il-Belġju), inizjalment irrappreżentata minn K. Neefs u P. de Jong, sussegwentement minn de P. Jong, avukati,</P></INTERVENERS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO, tas-<DATE ISO="20141126">26 ta’ Novembru 2014</DATE> (Każ A 010/2013), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Aurora u SESVanderhave.</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn D. Gratsias, President, A. Dittrich u P. G. Xuereb (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: M. Marescaux, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat ir-rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20150324">24 ta’ Marzu 2015</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat ir-risposta tas-CPVO ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid-<DATE ISO="20150729">29 ta’ Lulju 2015</DATE>,</VISA><?PAGE NO="2"?><VISA>wara li rat l-intervent tal-intervenjenti ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20150723">23 ta’ Lulju 2015</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat ir-replika ppreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20151014">14 ta’ Ottubru 2015</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat il-kontroreplika tas-CPVO ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20151218">18 ta’ Diċembru 2015</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat il-kontroreplika tal-intervenjenti ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat id-domandi bil-miktub tal-Qorti Ġenerali lill-partijiet tal-<DATE ISO="20161220">20 ta’ Diċembru 2016</DATE>, u r-risposti tagħhom għal dawn id-domandi ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20170116">16 ta’ Jannar 2017</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat id-domandi bil-miktub tal-Qorti Ġenerali lill-partijiet tat-<DATE ISO="20170322">22 ta’ Marzu 2017</DATE>, u r-risposti tagħhom għal dawn id-domandi ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20170418">18 ta’ April 2017</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat l-osservazzjonijiet tas-CPVO u tal-intervenjenti fuq id-dokument ippreżentat waqt is-seduta mir-rikorrenti, ippreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20170620">20 ta’ Ġunju 2017</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat id-domandi bil-miktub tal-Qorti Ġenerali lill-partijiet tal-<DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE>, u r-risposti tagħhom għal dawn id-domandi ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid-<DATE ISO="20170629">29 ta’ Ġunju 2017</DATE>,</VISA><VISA>wara s-seduta tal-<DATE ISO="20170601">1 ta’ Ġunju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-deċiżjoni kkontestata</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Proċedura ta’ għoti tad-drittijiet Komunitarji għal varjetajiet tal-pjanti</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20021129">29 ta’ Novembru 2002</DATE>, l-intervenjenti, SESVanderhave NV, ippreżentat applikazzjoni għal dritt Komunitarju ta’ varjetajiet ta’ pjanti quddiem l-Uffiċċju tal-Komunità ta’ Varjetajiet ta’ Pjanti (CPVO), abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-<DATE ISO="19940727">27 ta’ Lulju 1994</DATE>, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 390). Il-varjetà ta’ pjanti li għaliha saret l-applikazzjoni għal dritt hija l-varjetà ta’ pjanti M 02205, varjetà ta’ pitravi għaz-zokkor li tappartjeni lill-ispeċi <HT TYPE="ITALIC">Beta vulgaris L. ssp</HT>. <HT TYPE="ITALIC">Vulgaris var. altissima Döll</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Is-CPVO inkariga lill-iStatens utsädeskontroll (Uffiċċju ta’ kontroll u ta’ ċertifikazzjoni taż-żerriegħa, l-Isvezja, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>uffiċċju ta’ kontroll<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) sabiex jagħmel l-eżami tekniku tal-varjetà kandidata, konformement mal-Artikolu 55(1) tar-Regolament Nru 2100/94. B’mod partikolari, dan ġie inkarigat biex jeżamina jekk il-varjetà kandidata kinitx distinta mill-iktar varjetajiet li jixxiebhu li l-eżistenza tagħhom kienet magħrufa fid-data li fiha saret l-applikazzjoni għal drittijiet Komunitarji għal varjetajiet tal-pjanti (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>varjetajiet ta’ referenza<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), fis-sens tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2100/94. Għal dan il-għan, il-varjetajiet tal-pitravi Dieck 3903 u KW 043 tqiesu bħala l-iktar varjetajiet li jixbhu lill-varjetà kandidata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20041210">10 ta’ Diċembru 2004</DATE>, l-uffiċċju ta’ kontroll bagħat lis-CPVO ir-rapport tekniku finali, flimkien mad-deskrizzjoni tal-varjetà u ma’ dokument intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Informazzjoni dwar id-distinzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>rapport li jipparaguna d-differenzi<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>). Dan l-aħħar dokument kien jinkludi l-elementi segwenti:</TXT><TBL NO.SEQ="0001" CLASS="GEN" COLS="4"><CORPUS><ROW><CELL COL="1">Denominazzjoni tal-varjetà ta’ referenza</CELL><CELL COL="2">Karatteristiċi li bihom il-varjetà ta’ referenza hija differenti</CELL><CELL COL="3">Livell ta’ espressjoni tal-varjetà ta’ referenza</CELL><CELL COL="4">Livell ta’ espressjoni tal-varjetà kandidata</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Dieck 3903</CELL><CELL COL="2">Petala: tmewwiġ tat-tarf</CELL><CELL COL="3">6</CELL><CELL COL="4">4</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">Petala: minfuħa</CELL><CELL COL="3">6</CELL><CELL COL="4">5</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">KW 043</CELL><CELL COL="2">Petala: kulur aħdar (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>kulur tal-petala<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>)</CELL><CELL COL="3">4</CELL><CELL COL="4">5</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">Raħs: % ta’ żerriegħa ta’ raħs wieħed</CELL><CELL COL="3">2</CELL><CELL COL="4">2</CELL></ROW></CORPUS></TBL></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dan ir-rapport, fit-<DATE ISO="20050418">18 ta’ April 2005</DATE>, is-CPVO ta lill-intervenjenti d-drittijiet Komunitarji għal varjetajiet tal-pjanti li saret applikazzjoni għalihom, irreġistrati bir-referenza UE 15118, għall-varjetà M 02205. Ma’ din id-deċiżjoni ġew annessi d-dokumenti pprovduti mill-uffiċċju ta’ kontroll, li jinkludu d-deskrizzjoni varjetali u r-rapport ta’ paragun ta’ distinzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20120420">20 ta’ April 2012</DATE>, ir-rikorrenti, Aurora Srl, informat lis-CPVO, minn naħa, li kien hemm proċedura ġudizzjarja pendenti quddiem il-qrati Taljani – proċedura ta’ ksur mibdija kontriha mill-intervenjenti – u, min-naħa l-oħra, li kienet ġiet żvelata kontradizzjoni fiċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-varjetà M 02205, jiġifieri li l-livelli ta’ espressjoni relattivi għall-karatteristiċi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>kulur tal-petala<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Petala: tmewwiġ tat-tarf<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, kif inseriti fid-deskrizzjoni varjetali, ma kinux jikkorrispondu għall-livelli ta’ espressjoni ppreċiżati fir-rapport ta’ paragun ta’ distinzjoni (rispettivament 4 minflok 5 u 5 minflok 4).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Wara talba għal kjarifiki magħmula mis-CPVO fit-<DATE ISO="20120423">23 ta’ April 2012</DATE>, l-uffiċċju ta’ kontroll ikkonferma li effettivament kien sar żball fir-rapport ta’ paragun ta’ distinzjoni. Madankollu, skont l-uffiċċju ta’ kontroll, l-iżball imsemmi ma kienx ipoġġi indiskussjoni l-konklużjoni dwar il-karattru distint tal-varjetà kandidata, iktar u iktar peress li l-informazzjoni pprovduta fid-deskrizzjoni varjetali kienet eżatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20120504">4 ta’ Mejju 2012</DATE>, verżjoni korretta tar-rapport ta’ paragun ta’ distinzjoni ntbagħat mis-CPVO lir-rikorrenti, fejn ġie indikat lilha li, fir-realtà, kien hemm żball fit-traskrizzjoni tal-informazzjoni meħuda abbażi tad-deskrizzjoni uffiċjali tal-varjetà msemmija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Sussegwentement, ir-rikorrenti informat lis-CPVO li kienu nstabu żbalji oħrajn fil-verżjoni korretta tar-rapport ta’ paragun ta’ distinzjoni, jiġifieri li fil-verżjoni emendata tad-dokument imsemmi, in-nota korrispondenti fil-karatteristika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>kulur tal-petala<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> ma kinitx ġiet ikkoreġuta. F’dan ir-rigward, is-CPVO kkonferma, fil-<DATE ISO="20120511">11 ta’ Mejju 2012</DATE>, li l-livell ta’ espressjoni tal-varjetà M 02205, relattiv għall-karatteristika msemmija, kien 4 u mhux 5. Peress li, wara din l-aħħar korrezzjoni, il-karatteristika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>kulur tal-petala<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> ma kienx iktar rilevanti biex tiġi distinta l-varjetà kandidata mill-varjetà KW 043, għaliex il-livelli ta’ espressjoni tagħhom kienu saru identiċi, din il-karatteristika tneħħiet mir-rapport ta’ paragun ta’ distinzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Matul il-komunikazzjonijiet li seħħew, f’din l-okkażjoni, bejn l-uffiċċju ta’ kontroll u s-CPVO, dan tal-aħħar qajjem ukoll kwistjonijiet relatati mal-livell ta’ espressjoni identika taż-żewġ varjetajiet M 02205 u KW 043 f’dak li jikkonċerna l-karatteristika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>raħs<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Meta ntbagħtet lis-CPVO, fis-<DATE ISO="20120427">27 ta’ April 2012</DATE>, il-verżjoni korretta tar-rapport ta’ paragun ta’ distinzjoni, l-uffiċċju ta’ kontroll żamm ir-referenza għall-karatteristika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>raħs<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, filwaqt li żied mal-livell ta’ espressjoni tagħha varjazzjoni fil-perċentwali, jiġifieri 29 % għall-varjetà kandidata, kontra 94 % għall-varjetà ta’ referenza KW 043.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Wara dawn il-korrezzjonijiet suċċessivi, ir-rapport ta’ paragun ta’ distinzjoni kien jgħid is-segwenti:</TXT><TBL NO.SEQ="0002" CLASS="GEN" COLS="4"><CORPUS><ROW><CELL COL="1">Denominazzjoni tal-varjetà ta’ referenza</CELL><CELL COL="2">Karatteristiċi li bihom il-varjetà ta’ referenza hija differenti</CELL><CELL COL="3">Livell ta’ espressjoni tal-varjetà ta’ referenza</CELL><CELL COL="4">Livell ta’ espressjoni tal-varjetà kandidata</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Dieck 3903</CELL><CELL COL="2">Petala: tmewwiġ tat-tarf</CELL><CELL COL="3">6</CELL><CELL COL="4">5</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">Petala: minfuħa</CELL><CELL COL="3">6</CELL><CELL COL="4">5</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">KW 043</CELL><CELL COL="2">Raħs: % ta’ żerriegħa ta’ raħs wieħed</CELL><CELL COL="3">2 (94 %)</CELL><CELL COL="4">2 (29 %)</CELL></ROW></CORPUS></TBL></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità quddiem is-CPVO fl-ewwel istanza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20120828">28 ta’ Awwissu 2012</DATE>, ir-rikorrenti ressqet talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-dritt Komunitarju ta’ varjetajiet ta’ pjanti mogħti lill-intervenjenti, skont l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 2100/94, minħabba li l-korrezzjonijiet suċċessivi magħmula fir-rapport ta’ paragun ta’ distinzjoni juru li l-varjetà M 02205 ma kinitx tissodisfa l-kundizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>distinzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, skont l-Artikolu 7(1) tar-regolament imsemmi. B’mod iktar partikolari, ir-rikorrenti kkontestat, fil-kuntest tal-osservazzjonijiet li jesponu l-motivi tar-rikors li din ippreżentat quddiem is-CPVO, il-fatt li, wara l-korrezzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, l-unika distinzjoni bejn il-varjetajiet M 02205 u KW 043 kienet tinsab fil-varjazzjoni ta’ perċentwali tal-livell ta’ espressjoni tal-karatteristika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>raħs<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jiġifieri 29 % għall-varjetà M 02205, kontra 94 % għall-varjetà ta’ referenza KW 043. Issa, din iċ-ċirkustanza wasslet biex l-għażla ta’ din il-karatteristika ma tkunx xierqa għall-finijiet tal-konklużjoni li tikkonċerna l-karattru distintiv tal-varjetà kandidata, peress li, konformement mal-ispjegazzjonijiet ipprovduti fl-Anness 1 tal-protokoll adottat mis-CPVO fil-<DATE ISO="20011115">15 ta’ Novembru 2001</DATE> għall-ispeċi <HT TYPE="ITALIC">Beta vulgaris L. ssp. Vulgaris var. altissima Döll</HT> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>protokoll tal-<DATE ISO="20011115">15 ta’ Novembru 2001</DATE><QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), applikabbli f’dan il-każ, il-karattru distintiv ta’ varjetà kandidata seta’ biss jiġi ġġustifikat fid-dawl tal-karatteristika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>raħs<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> kieku kien hemm differenza ta’ 2 punti bejn il-punteġġ tagħha u l-punteġġ tal-varjetà ta’ referenza – liema ħaġa ma huwiex ikkontestat li ma kinitx il-każ f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20130513">13 ta’ Mejju 2013</DATE> – peress li rriżulta li, b’riżultat tal-korrezzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, id-distinzjoni bejn il-varjetajiet M 02205 u KW 043 kienet tinsab, effettivament, biss fid-differenza relattiva għall-perċentwali tal-karatteristika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>raħs<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> –, is-CPVO kkuntattja lill-uffiċċju ta’ kontroll, billi talbu jivverifika jekk il-karatteristika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>raħs<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> kinitx tikkostitwixxi l-unika karatteristika li tistabbilixxi d-distinzjoni bejn il-varjetajiet imsemmija, jew jekk kinux ġew osservati wkoll karatteristiċi oħra ta’ dan it-tip matul it-twettiq tal-eżami tekniku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20130514">14 ta’ Mejju 2013</DATE>, l-uffiċċju ta’ kontroll ħareġ verżjoni aġġornata tar-rapport li jipparaguna d-differenzi, li kien fih karatteristiċi ġodda li l-uffiċċju msemmi kien inqis bħala adatti biex jiġġustifikaw id-distinzjoni bejn il-varjetajiet ikkonċernati. Il-verżjoni inkwistjoni hija s-segwenti:</TXT><?PAGE NO="5"?><TBL NO.SEQ="0003" CLASS="GEN" COLS="4"><CORPUS><ROW><CELL COL="1">Denominazzjoni tal-varjetà ta’ referenza</CELL><CELL COL="2">Karatteristiċi li bihom il-varjetà ta’ referenza hija differenti</CELL><CELL COL="3">Livell ta’ espressjoni tal-varjetà ta’ referenza</CELL><CELL COL="4">Livell ta’ espressjoni tal-varjetà kandidata</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Dieck 3903</CELL><CELL COL="2">Petala: tmewwiġ tat-tarf</CELL><CELL COL="3">6</CELL><CELL COL="4">5</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">Petala: minfuħa</CELL><CELL COL="3">6</CELL><CELL COL="4">5</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">KW 043</CELL><CELL COL="2">Raħs: % ta’ żerriegħa ta’ raħs wieħed</CELL><CELL COL="3">2 (94 %)</CELL><CELL COL="4">2 (29 %)</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">Għerq: tul</CELL><CELL COL="3">6</CELL><CELL COL="4">3</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">Petala: tmewwiġ tat-tarf</CELL><CELL COL="3">4</CELL><CELL COL="4">5</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">Petala: brillantezza</CELL><CELL COL="3">4</CELL><CELL COL="4">5</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">Petala: minfuħa</CELL><CELL COL="3">4</CELL><CELL COL="4">5</CELL></ROW></CORPUS></TBL></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, fis-<DATE ISO="20130516">16 ta’ Mejju 2013</DATE>, is-CPVO kkonferma lill-partijiet fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità li l-varjetà M 02205 kienet distinta mill-varjetajiet kollha magħrufa, fis-sens tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2100/94. Barra minn hekk, ġie ppreċiżat li l-bidla fil-karatteristiċi li kienet saret kienet dovuta għall-fatt li l-prattiki tad-diversi uffiċċji ta’ evalwazzjoni kienu jvarjaw kemm f’dak li jikkonċerna l-mod li bih dawn kienu jfasslu r-rapporti ta’ distinzjoni, kif ukoll fir-rigward tal-għażla tal-karatteristiċi li kienu jqisu rilevanti biex jiġġustifikaw il-karattru distintiv ta’ varjetà kandidata. Barra minn hekk, kien proprju abbażi ta’ din il-varjazzjoni fil-prattiki tad-diversi uffiċċji ta’ evalwazzjoni li s-CPVO kien iġġustifika l-għażla tal-karatteristika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>raħs<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Madankollu, peress li rriżulta li din il-karatteristika ma kinitx adatta biex tiġġustifika l-konklużjoni dwar id-distinzjoni, din ġiet finalment irtirata mil-lista tal-karatteristiċi li jidhru fil-verżjoni definittiva tar-rapport li jipparaguna d-differenzi, kif stabbilita fid-<DATE ISO="20130909">9 ta’ Settembru 2013</DATE>. Din il-verżjoni kienet tgħid is-segwenti:</TXT><TBL NO.SEQ="0004" CLASS="GEN" COLS="4"><CORPUS><ROW><CELL COL="1">Denominazzjoni tal-varjetà ta’ referenza</CELL><CELL COL="2">Karatteristiċi li bihom il-varjetà ta’ referenza hija differenti</CELL><CELL COL="3">Livell ta’ espressjoni tal-varjetà ta’ referenza</CELL><CELL COL="4">Livell ta’ espressjoni tal-varjetà kandidata</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Dieck 3903</CELL><CELL COL="2">Petala: tmewwiġ tat-tarf</CELL><CELL COL="3">6</CELL><CELL COL="4">5</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">Petala: minfuħa</CELL><CELL COL="3">6</CELL><CELL COL="4">5</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">KW 043</CELL><CELL COL="2">Għerq: tul</CELL><CELL COL="3">6</CELL><CELL COL="4">3</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">Petala: tmewwiġ tat-tarf</CELL><CELL COL="3">4</CELL><CELL COL="4">5</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">Petala: brillantezza</CELL><CELL COL="3">4</CELL><CELL COL="4">5</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">Petala: minfuħa</CELL><CELL COL="3">4</CELL><CELL COL="4">5</CELL></ROW></CORPUS></TBL></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Minħabba diversi tibdiliet magħmula lir-rapport li jipparaguna d-differenzi, ir-rikorrenti – fil-kuntest tal-osservazzjonijiet orali tagħha ppreżentati matul is-seduta li seħħet quddiem is-CPVO – ippreżentat argumenti supplimentari, bil-għan li tistabbilixxi li, fil-mument tal-għoti tad-drittijiet Komunitarji għal varjetajiet tal-pjanti inkwistjoni, il-varjetà M 02205 ma kinitx distinta mill-varjetà ta’ referenza KW 043.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>B’mod partikolari din allegat li l-aħħar verżjoni u dik qabel tal-aħħar tar-rapport li jipparaguna d-differenzi kienu jindikaw li l-punti ta’ espressjoni msemmija fihom, f’dak li jikkonċerna l-varjetajiet ta’ referenza KW 043 u Dieck 3903, ma kinux jipprovjenu mir-riżultati tat-testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati li saru fl-2003 u fl-2004, iżda li dawn kienu ttieħdu mid-deskrizzjonijiet uffiċjali tal-varjetajiet imsemmija, kif stabbiliti fil-mument tal-għoti lil dawn tal-aħħar tad-drittijiet Komunitarji għal varjetajiet tal-pjanti. Skont ir-rikorrenti, tali prattika mhux biss hija inaċċettabbli, iżda wkoll<?PAGE NO="6"?> illegali, għaliex tmur kontra r-regoli kollha applikabbli fil-qasam – li abbażi tagħhom, il-karattru distintiv ta’ varjetà kandidata għandu jkun ibbażat biss fuq informazzjoni miġbura minn testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati, imwettqa matul żewġ ċikli ta’ veġetazzjoni konsekuttivi, li jsegwu l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ varjetà kandidata. Fil-fehma tagħha, kienet teżisti spjegazzjoni possibbli waħda biss li tista’ tiġġustifika d-deċiżjoni tas-CPVO li bbaża d-deċiżjoni dwar il-karattru distint tal-varjetà M 02205 abbażi tad-deskrizzjoni uffiċjali tal-varjetajiet ta’ referenza KW 043 u Dieck 3903. Din l-ispjegazzjoni hija li, wara t-tneħħija tal-karatteristiċi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>kulur tal-petala<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>raħs<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> mir-rapport li jipparaguna d-differenzi, ebda informazzjoni oħra li tirriżulta mir-riżultati miksuba mit-testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati tal-2003 u tal-2004 ma kienet kapaċi li tibbaża l-karattru distintiv tal-varjetà kandidata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Bil-għan li jitneħħa kull dubju f’dan ir-rigward, ir-rikorrenti talbet, fit-<DATE ISO="20130523">23 ta’ Mejju 2013</DATE>, lis-CPVO, biex jipprovdilha d-dokumenti kollha provenjenti mill-uffiċċju ta’ kontroll li jikkonċernaw il-fajl tal-varjetà M 02205. B’ittra tal-<DATE ISO="20130605">5 ta’ Ġunju 2013</DATE>, is-CPVO rrisponda għat-talba tar-rikorrenti, iżda biss parzjalment, billi pprovdilha biss lista tal-varjetajiet li kienu ġew eżaminati waqt l-eżami tekniku mwettaq fl-2003 u fl-2004, hekk kif kienu ġew ippreżentati lilu mill-uffiċċju ta’ kontroll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Saru diversi talbiet għal informazzjoni oħra mir-rikorrenti, quddiem is-CPVO, bil-għan li jinkisbu r-riżultati tal-imsemmija testijiet fuq pjanti kultivati. Madankollu, dawn it-testijiet ma kellhomx suċċess matul il-proċedura amministrattiva quddiem is-CPVO, minħabba li tali data kellha tinżamm mill-uffiċċju ta’ kontroll. Kien biss fit-<DATE ISO="20150302">2 ta’ Marzu 2015</DATE> li s-CPVO bagħat lir-rikorrenti r-riżultati tal-imsemmija testijiet fuq pjanti kultivati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Bid-deċiżjoni NN 010, tat-<DATE ISO="20130923">23 ta’ Settembru 2013</DATE>, is-CPVO ċaħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa mir-rikorrenti, abbażi tal-Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament Nru 2100/94, għar-raġuni li l-varjetà M 02205 kienet kjarament distinta mill-varjetajiet ta’ referenza, fosthom il-KW 043. Dan spjega li, fil-mument tal-ħruġ tar-rapport finali, l-uffiċċju ta’ kontroll kien jaf bil-punti ta’ espressjoni, korretti, f’dak li kien jikkonċerna l-karatteristiċi kollha relattivi għall-varjetà kandidata u li, għalhekk, l-iżbalji ta’ traskrizzjoni fir-rapport li jipparaguna d-differenzi ma kellhomx effett fuq il-konklużjoni relatata mal-karattru distintiv ta’ din il-varjetà; barra minn hekk, dan il-fatt ġie kkonfermat mill-uffiċċju ta’ kontroll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont is-CPVO, il-varjetà kandidata kienet kjarament distinta mill-varjetajiet l-oħra kollha magħrufa tal-pitravi għaz-zokkor, u dan minħabba diversi karatteristiċi. F’dan ir-rigward, qabel kollox, is-CPVO fakkar li l-verżjoni aġġornata tar-rapport li jipparaguna d-differenzi, bid-data tal-<DATE ISO="20130514">14 ta’ Mejju 2013</DATE>, kien jikkonferma l-konklużjoni relattiva għad-distinzjoni tal-varjetà M 02205 mill-varjetà ta’ referenza KW 043 minħabba erba’ karatteristiċi oħra. Sussegwentement, dan osserva li l-fatt li l-karatteristika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>raħs<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> issemmiet inizjalment fir-rapport li jipparaguna d-differenzi, minkejja n-nuqqas ta’ rilevanza tagħha biex tibbaża l-karattru distintiv tal-varjetà kandidata, għalkemm ta’ dispjaċir, ma kellhiex effett fuq il-konklużjoni finali. Dan huwa iktar u iktar il-każ peress li r-rapport li jipparaguna d-differenzi huwa ppreżentat b’mod fakultattiv mill-uffiċċji ta’ eżami, għal finijiet ta’ informazzjoni biss. Finalment, is-CPVO ippreċiża li, fil-mument li induna li l-karatteristika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>raħs<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> ma kinitx tikkostitwixxi karatteristika rilevanti li għandha tissemma’ fir-rapport, dan talab lill-uffiċċju ta’ kontroll, mhux karatteristiċi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>ġodda<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, hekk kif ġie allegat mir-rikorrenti, iżda li tintgħażel karatteristika oħra li kienet ġiet osservata matul it-testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati u li kienet tippermetti li jintwera b’mod rilevanti l-karattru distint tal-varjetà kandidata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, is-CPVO rrifjuta li jiddikjara bħala nulli u mingħajr effett id-drittijiet Komunitarji għal varjetajiet tal-pjanti kkontestati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tas-CPVO</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20131004">4 ta’ Ottubru 2013</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat appell quddiem il-Bord tal-Appell tas-CPVO, skont l-Artikoli 67 sa 72 tar-Regolament Nru 2100/94, kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fl-osservazzjoni li tesponi l-aggravji tal-appell, ir-rikorrenti b’mod partikolari semmiet id-dubji tagħha dwar l-oriġini tad-data relattiva għall-varjetà ta’ referenza KW 043, hekk kif kienet ġiet inserita fl-aħħar verżjoni u fil-verżjoni ta’ qabel tal-aħħar tar-rapport li jipparaguna d-differenzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>L-istess bħal quddiem is-CPVO fl-ewwel istanza, din irrepetiet l-allegazzjoni tagħha li tgħid li l-karattru distintiv tal-varjetà M 02205 kien ġie stabbilit fir-rigward tal-varjetajiet ta’ referenza KW 043 u Dieck 3903, mhux abbażi tad-data miġbura wara evalwazzjoni ta’ paragun fuq pjanti kultivati, iżda, iktar probabbilment, abbażi tal-punti li jidhru fuq iċ-ċertifikati tal-varjetajiet ta’ referenza, miksuba wara evalwazzjonijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati mwettqa f’perijodi differenti, jiġifieri fl-2001 u fl-2002 għall-varjetà KW 043, u fl-2002 u fl-2003 għall-varjetà Dieck 3903. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ppreċiżat li l-punti ta’ espressjoni mogħtija lill-varjetà KW 043 fir-rapport li jipparaguna d-differenzi kienu identiċi għal dawk imsemmija fid-deskrizzjoni uffiċjali tal-varjetà msemmija. Issa, fost l-istituzzjonijiet ta’ evalwazzjoni huwa stabbilit li, minħabba l-fatt li l-punti ta’ espressjoni tal-karatteristiċi speċifiċi tal-pitravi huma estremament influwenzati minn fatturi esterni, il-probabbiltà li jinkisbu l-istess punti ta’ espressjoni wara evalwazzjonijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati magħmula matul snin differenti hija estremament dgħajfa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Deċiżjoni kkontestata</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Bid-deċiżjoni A 010/2013, tas-<DATE ISO="20141126">26 ta’ Novembru 2014</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>), il-Bord tal-Appell ċaħad l-appell tar-rikorrenti bħala infondat, billi qies, b’mod partikolari, li din kienet sopravalutat l-importanza tar-rapport li jipparaguna d-differenzi, filwaqt li din kienet ikkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>bażi fundamentali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> tad-drittijiet Komunitarji għal varjetajiet tal-pjanti, filwaqt li, fir-realtà, dan id-dokument kien fih biss informazzjoni addizzjonali li tirriżulta mill-evalwazzjonijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati. Għalhekk, il-fatt li dan id-dokument ġie kkoreġut tliet darbiet ma kienx tali li jwassal għan-nullità tad-drittijiet Komunitarji għal varjetajiet tal-pjanti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-kwistjoni tat-testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati, il-Bord tal-Appell qies li r-rikorrenti kienet tillimita ruħha biex issostni li ma kien sar ebda paragun dirett tal-varjetà kandidata u tal-varjetajiet ta’ referenza. Wara li kkwalifika tali paragun dirett tal-varjetajiet bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>regola ta’ bażi<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fil-kuntest ta’ tali evalwazzjonijiet, il-Bord tal-Appell qies li dan kien sar, f’dan il-każ, kif is-Sur C., l-espert tal-uffiċċju ta’ kontroll, kien ikkonferma waqt is-seduta quddiemu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Bord tal-Appell ippreċiża li l-informazzjoni mdaħħla fir-rapport li jipparaguna d-differenzi setgħet biss tipprovjeni mir-riżultati miksuba wara testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati magħmula fuq il-varjetà kandidata u fuq dawk meqjusa li huma l-iktar simili għaliha. F’dan ir-rigward, qabel kollox, dan spjega li, minħabba l-influwenzi ambjentali fuq l-espressjoni tal-karatteristiċi, il-varjetajiet kandidati ma setgħux jiġu pparagunati ma’ riżultati dokumentati u miġbura preċedentement. Fil-fatt, skont regola bażika, fil-kuntest tat-testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati, il-paragun dirett ta’ varjetà kandidata mal-varjetajiet ta’ referenza jikkostitwixxi kundizzjoni preliminari għall-għoti ta’ drittijiet Komunitarji għal varjetajiet tal-pjanti. Sussegwentement, il-Bord tal-Appell indika li l-fatt li tali paragun dirett tal-materjali ħajjin seħħ f’dan il-każ ġie kkonfermat quddiemu, waqt is-seduta, mill-eżaminatur tal-uffiċċju ta’ kontroll. Finalment, il-Bord tal-Appell ikkonkluda li s-CPVO u l-uffiċċju ta’ kontroll kienu segwew il-proċedura ta’ evalwazzjoni korretta, kif stabbilit mill-protokoll tal-<DATE ISO="20011115">15 ta’ Novembru 2001</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-argument tar-rikorrenti li jikkonsisti f’ilment li s-CPVO ma bagħtitilhiex ir-riżultati rreġistrati tat-testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati li kienu seħħew matul l-2003 u l-2004, minkejja diversi talbiet għal aċċess magħmula f’dan is-sens, il-Bord tal-Appell qies li tali data kellha tinżamm mill-uffiċċju ta’ kontroll. Għalhekk, dan ikkonkluda li ċ-ċirkustanzi relattivi għall-imsemmi rifjut ta’ aċċess ma kinux dovuti għal xi motiv mistur u li dawn kienu, iktar probabbilment, ir-riżultat ta’ nuqqas ta’ ftehim bejn is-CPVO u l-uffiċċju ta’ kontroll.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>It-talbiet tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tirriforma d-deċiżjoni msemmija, billi tiddikjara d-drittijiet Komunitarji għal varjetajiet tal-pjanti rreġistrati bir-referenza UE 15118 nulli u mingħajr effett;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lis-CPVO jbati l-ispejjeż, inklużi dawk tal-intervenjenti.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Is-CPVO jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, jekk jintlaqa’ r-rikors kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell, tordna li dan ibati biss l-ispejjeż tiegħu, konformement mal-Artikolu 190(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>L-intervenjenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors fl-intier tiegħu;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż tal-intervenjenti;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tiċħad it-talba ta’ riforma tad-deċiżjoni kkontestata, tirrinvija l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell u tikkundanna lis-CPVO għall-ispejjeż tal-intervenjenti.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Id-dritt</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-intervent u tal-kontroreplika ppreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali, qabel kollox l-intervenjenti tosserva li r-rikors ma huwiex ammissibbli, peress li r-rikorrenti ma bbażatx il-motivi tar-rikors tagħha fuq l-Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament Nru 2100/94, li huwa l-unika bażi legali applikabbli għall-finijiet tad-dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ drittijiet Komunitarji għal varjetajiet tal-pjanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-intervenjenti tqis li l-Annessi 15 sa 18, ippreżentati għall-ewwel darba fir-replika, għandhom jiġu ddikjarati inammissibbli, peress li r-rikorrenti ma ressqitx ir-raġunijiet li jistgħu jiġġustifikaw id-dewmien fil-preżentata tal-annessi msemmija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Finalment, l-intervenjenti tilmenta li r-rikorrenti ma ppreżentatx ir-replika b’mod ċar u preċiż, u b’hekk kisret ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-ġurisprudenza. B’mod partikolari, din tosserva li l-argumenti invokati mir-rikorrenti ma ġewx strutturati b’mod loġiku u sistematiku, iżda li jitħaltu u jikkoinċidu ma’ xulxin b’tali mod li huwa impossibbli għaliha li tiddetermina, b’ċertezza, l-essenzjal tal-konfutazzjoni li r-rikorrenti trid tesprimi. Għalhekk, l-intervenjenti tħalli f’idejn il-Qorti Ġenerali biex tevalwa jekk ir-replika tistax titqies bħala inammissibbli minħabba l-lakuni msemmija iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-osservazzjonijiet bil-miktub li din ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20170620">20 ta’ Ġunju 2017</DATE>, fir-rigward tad-dokument ippreżentat mir-rikorrenti waqt is-seduta quddiem il-Qorti Ġenerali, l-intervenjenti kkontestat l-ammissibbiltà tal-provi addizzjonali ppreżentati mir-rikorrenti f’dik l-okkażjoni, minħabba li dawn ma kinux ġew ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tikkontesta l-argumenti mressqa mill-intervenjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>L-ewwel nett, f’dak li jikkonċerna l-allegazzjoni tal-intervenjenti dwar l-assenza ta’ referenza espressa fl-Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament Nru 2100/94, għandu qabel kollox jiġi rrilevat li ma huwiex meħtieġ li parti tinvoka espressament id-dispożizzjonijiet li fuqhom din tibbaża l-motivi mqajma minnha. Huwa biżżejjed li l-għan tat-talba ta’ din il-parti kif ukoll il-provi ta’ fatt u ta’ dritt prinċipali li t-talba hija bbażata fuqhom ikunu esposti fir-rikors b’ċarezza suffiċjenti [ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130115">15 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Gigabyte Technology vs UASI – Haskins (Gigabyte)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-451/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:13">EU:T:2013:13</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata]. Din il-ġurisprudenza hija applikabbli, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>, f’każ ta’ żball fl-ispeċifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-motivi tar-rikors [ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130115">15 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Gigabyte Technology vs UASI – Haskins (Gigabyte)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-451/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:13">EU:T:2013:13</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’kull każ, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti ma wettqitx żball meta bbażat ir-rikors tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali fuq l-Artikolu 263 TFUE u fuq l-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 2100/94 u mhux fuq l-Artikolu 20(1)(a) tal-imsemmi regolament. Fil-fatt, mit-test tal-Artikoli 20 u 73 tar-Regolament Nru 2100/94 rispettivament jirriżulta li, filwaqt li l-ewwel dispożizzjoni ssemmi l-każijiet li fihom is-CPVO għandu jiddikjara d-drittijiet Komunitarji għal varjetajiet tal-pjanti nulli u mingħajr effett kif ukoll il-konsegwenzi marbuta ma’ tali dikjarazzjoni ta’ nullità, it-tieni dispożizzjoni tapplika f’każ ta’ rikors għal annullament ippreżentat quddiem il-qorti tal-Unjoni, kontra deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell. Għalhekk, huwa ġustament li r-rikorrenti bbażat ir-rikors preżenti fuq l-Artikolu 73 tal-imsemmi regolament. Għaldaqstant, l-allegazzjoni tal-intervenjenti relattiva għall-inammissibbiltà tar-rikors minħabba n-nuqqas ta’ referenza espressa għall-Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament Nru 2100/94 għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>It-tieni nett, f’dak li jikkonċerna l-allegazzjoni tal-intervenjenti relattiva għan-nuqqas ta ċarezza u ta’ preċiżjoni fir-replika, din għandha tiġi miċħuda. Fil-fatt, l-argumentazzjoni ppreżentata mir-rikorrenti fir-replika hija ċara u preċiża biżżejjed, liema ħaġa hija barra minn hekk ikkonfermata mill-fatt li s-CPVO ppreżenta sommarju dettaljat ta’ din l-argumentazzjoni, mingħajr ma għamel ebda riferiment għal problemi potenzjali ta’ ftehim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Finalment, il-Qorti Ġenerali ser tanalizza ulterjorment l-utilità li tiddeċiedi fuq l-argumentazzjoni tal-intervenjenti relattiva għall-allegata inammissibbiltà tal-Annessi 15 sa 18, ippreżentati mir-rikorrenti għall-ewwel darba fir-replika, u fuq il-provi addizzjonali ppreżentati mir-rikorrenti waqt is-seduta quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq il-mertu</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel kap tat-talbiet tar-rikorrenti, intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi. Fl-ewwel lok, din tosserva, essenzjalment, li l-Bord tal-Appell qies bi żball li l-varjetà M 02205 kienet distinta mill-varjetà ta’ referenza KW 043. Fil-fehma tagħha, id-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tal-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament Nru 2100/94, minħabba li l-kundizzjoni essenzjali li tipprovdi li varjetà ta’ pjanta kandidata għad-drittijiet Komunitarji għal varjetajiet tal-pjanti kellha tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>distinta<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> mill-varjetajiet ta’ referenza, ma kinitx ġiet sodisfatta f’dan il-każ. Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tqis li l-Bord tal-Appell kiser il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, meta qies li s-CPVO seta’ jibdel retroattivament il-karatteristiċi użati biex jiġġustifika l-għoti ta’ drittijiet Komunitarji għal varjetajiet tal-pjanti. Għal dan il-għan, ir-rikorrenti tinvoka wkoll żball ta’ liġi allegatament imwettaq mill-Bord tal-Appell fl-interpretazzjoni tiegħu tal-Artikolu 87(4) tar-Regolament Nru 2100/94.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fil-kuntest tat-tielet motiv tagħha, ir-rikorrenti essenzjalment issostni li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tal-prinċipju ta’ trasparenza u tad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti. F’dan ir-rigward, din tibbaża ruħha fuq tliet ilmenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fid-dawl tal-aħħar verżjoni u tal-verżjoni ta’ qabel tal-aħħar tar-rapport li jipparaguna d-differenzi, ir-rikorrenti tosserva li l-obbligu li l-paragun ta’ varjetà kandidata ma’ varjetajiet ta’ referenza jiġi bbażat fuq data li tirriżulta minn testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati inkiser f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-proċedura ta’ eżami ma twettqitx b’mod trasparenti, peress li, waqt il-proċedura amministrattiva u dan, minkejja diversi talbiet, is-CPVO ma kkomunikalhiex id-dokumenti li jikkonċernaw ir-riżultati ta’ testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati li kienu twettqu mill-uffiċċju ta’ kontroll matul l-2003 u l-2004 u li jippermettu li tiġi vverifikata l-osservanza tal-obbligu msemmi fil-punt 44 iktar ’il fuq. Għall-istess raġunijiet, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-rikorrenti essenzjalment tilmenta li l-Bord tal-Appell ma wettaqx il-verifiki neċessarji, minkejja l-provi ppreżentati minnha fir-rigward tal-iżbalji mwettqa mill-uffiċċju ta’ kontroll, iżda li dan sempliċiment ibbaża ruħu fuq dikjarazzjonijiet orali tas-Sur C, skont liema seħħew testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati fl-2003 u fl-2004. Meta aġixxa b’dan il-mod, il-Bord tal-Appell kiser ir-rekwiżit ta’ imparzjalità skont l-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi eżaminat it-tielet motiv tar-rikorrenti, u b’mod iktar partikolari, l-ewwel u t-tielet ilmenti insostenn ta’ dan il-motiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Hekk kif ġie rrilevat fil-punt 44 iktar ’il fuq, fil-kuntest tal-ewwel ilment, ir-rikorrenti allegat, b’mod partikolari, li l-aħħar verżjoni u l-verżjoni ta’ qabel tal-aħħar aġġornati tar-rapport li jipparaguna d-differenzi kienu juru li l-karattru distint tal-varjetà M 02205 kien ġie bbażat, parzjalment, fuq informazzjoni miġbura mingħajr it-testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati magħmula fl-2003 u fl-2004 – dan minkejja r-regoli applikabbli, li abbażi tagħhom il-paragun ta’ varjetà kandidata ma’ varjetajiet ta’ referenza għandu jkun ibbażat biss fuq data li tirriżulta minn testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Iktar preċiżament, ir-rikorrenti tesprimi dubji dwar l-oriġini tal-karatteristiċi li ddaħħlu f’dawn l-aħħar verżjonijiet tar-rapport li jipparaguna d-differenzi, f’dak li jikkonċerna l-varjetà ta’ referenza KW 043. F’dan ir-rigward, din issostni li l-eżami bir-reqqa tal-punti ta’ espressjoni li huma indikati f’dawn l-aħħar verżjonijiet, f’dak li jikkonċerna l-varjetà KW 043, jindika li l-punti ta’ espressjoni msemmija<?PAGE NO="11"?> huma identiċi għad-data mniżżla fid-deskrizzjoni uffiċjali tal-varjetà KW 043, kif stabbilita fl-2002, wara t-testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati mwettqa fl-2000 u fl-2001. Issa, tali koinċidenza hija ferm improbabbli, fid-dawl tal-effett li l-istaġjuni jista’ jkollhom fuq l-espressjoni tal-pjanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Minn dan ir-rikorrenti tikkonkludi li l-informazzjoni li tinsab fl-aħħar verżjoni u fil-verżjoni ta’ qabel tal-aħħar tar-rapport li jipparaguna d-differenzi, f’dak li jikkonċerna l-varjetà ta’ referenza KW 043, ma kinux jipprovjenu minn testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati, iżda li dawn kienu ttieħdu mid-deskrizzjoni uffiċjali tal-imsemmija varjetà ta’ referenza, kif stabbilita fil-mument tal-għoti lil din tal-aħħar tad-drittijiet Komunitarji għal varjetajiet tal-pjanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ma tikkontestax il-fatt li testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati seħħew fl-2003 u fl-2004. Madankollu, fil-kuntest tat-tielet ilment, din tilmenta, b’mod partikolari, kontra s-CPVO il-fatt li, minkejja l-provi ppreżentati minnha, il-Bord tal-Appell ibbaża ruħu sempliċiment fuq dikjarazzjonijiet orali tal-espert tal-uffiċċju ta’ kontroll, is-Sur C, mingħajr ma wettaq l-iċken verifika fir-rigward tal-iżbalji allegati minn dan l-uffiċċju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Is-CPVO jikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti. Qabel kollox, dan jallega, essenzjalment, li r-rikorrenti tosserva li l-uffiċċju ta’ kontroll ma pparagunax direttament il-varjetà kandidata mal-varjetajiet ta’ referenza. F’dan ir-rigward, dan jippreċiża li, kuntrarjament għall-argumenti invokati mir-rikorrenti, matul is-seduta li seħħet quddiem il-Bord tal-Appell, l-espert tal-uffiċċju ta’ kontroll li kien wettaq l-evalwazzjoni teknika, f’dan il-każ, ikkonferma, minn naħa, li l-eżami tal-varjetà M 02205 kien twettaq skont il-protokoll tal-<DATE ISO="20011115">15 ta’ Novembru 2001</DATE> u, min-naħa l-oħra, li l-varjetà kandidata kienet ġiet ipparagunata mal-varjetajiet ta’ referenza kollha, matul żewġ ċikli konsekuttivi ta’ testijiet fuq pjanti kultivati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Barra minn hekk, is-CPVO josserva li l-Bord tal-Appell ma kellu ebda raġuni għalfejn ipoġġi f’dubju l-affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet magħmula, waqt is-seduta quddiemu, mis-Sur C, fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-eżami tekniku u, b’mod partikolari, dwar il-konferma minnu, skont liema, il-varjetà M 02205 kienet ġiet ipparagunata direttament, waqt it-testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati, mal-varjetajiet l-oħra kollha magħrufa tal-pitravi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, l-intervenjenti essenzjalment issostni li r-rikorrenti allegat, mingħajr ma ġabet prova insostenn, li l-informazzjoni mniżżla fl-aħħar verżjoni tar-rapport li jipparaguna d-differenzi, f’dak li jikkonċerna l-varjetà KW 043, ma kinitx tipprovjeni minn testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati mwettqa fl-2003 u fl-2004. Issa, mis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150521">21 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Schräder vs CPVO</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-546/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:332">EU:C:2015:332</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li huwa min jitlob l-annullament li għandu jippreżenta l-provi u l-fatti sostanzjali li jistgħu jibbażaw dubji serji fir-rigward tal-legalità tal-għoti tad-drittijiet Komunitarji għal varjetajiet tal-pjanti kkontestati. Għalhekk, ir-rikorrenti ma ppreżentatx il-prova li kellha l-oneru li tippreżenta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu qabel kollox jitfakkar li, skont l-Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament Nru 2100/94, is-CPVO għandu jiddikjara d-dritt ta’ varjetajiet ta’ pjanti null u mingħajr effett jekk jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 jew 10 ma kinux imħarsa fiż-żmien tal-għoti tad-dritt ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7(1) tal-istess regolament, varjetà għandha titqies li hija distinta jekk tkun distingwibbli b’mod ċar b’referenza għall-espressjoni tal-karatteristiċi li jirriżultaw minn ġenotip partikolari jew minn taħlita ta’ ġenotipi, minn kull varjetà oħra li l-eżistenza tagħha jkun fatt li jafu kulħadd fid-data tal-applikazzjoni stabbilita bis-saħħa tal-Artikolu 51.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat, f’dan ir-rigward, li l-kundizzjonijiet marbuta, b’mod partikolari, mad-distinzjoni huma, skont l-Artikolu 6 tal-imsemmi regolament, kundizzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">sine qua non</HT> għall-għoti ta’ dritt Komunitarju. Għaldaqstant, fl-assenza ta’<?PAGE NO="12"?> dawn il-kundizzjonijiet, id-dritt mogħti huwa illegali u jkun fl-interess ġenerali li jiġi ddikjarat null u mingħajr effett (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150521">21 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Schräder vs CPVO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-546/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:332">EU:C:2015:332</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li s-CPVO kellu setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti, fis-sens tal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 2100/94. Għaldaqstant, huma biss dubji serji dwar il-fatt li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7 jew 10 ta’ dan ir-regolament kienu ssodisfatti fid-data tal-eżami previst fl-Artikoli 54 u 55 tal-imsemmi regolament li jistgħu jiġġustifikaw eżami mill-ġdid tal-varjetà protetta permezz tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fuq il-bażi tal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 2100/94 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150521">21 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Schräder vs CPVO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-546/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:332">EU:C:2015:332</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, terz li jkun qiegħed jitlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ dritt ta’ varjetà ta’ pjanta għandu jipproduċi provi u elementi fattwali sostanzjali li fuqhom ikunu jistgħu jiġu bbażati dubji serji dwar il-legalità tal-għoti tad-dritt ta’ varjetà ta’ pjanta mogħti wara l-eżami previst fl-Artikoli 54 u 55 tal-imsemmi regolament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150521">21 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Schräder vs CPVO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-546/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:332">EU:C:2015:332</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Hija b’hekk ir-rikorrenti li għandha tippreżenta, insostenn tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tagħha, provi u elementi fattwali sostanzjali li fuqhom ikunu jistgħu jiġu bbażati dubji serji fil-Bord tal-Appell fir-rigward tal-legalità tad-drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti mogħtija f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi eżaminat jekk il-provi ppreżentati mir-rikorrenti, f’dan ir-rigward, quddiem il-Bord tal-Appell kinux suffiċjenti biex iqajmu dubji serji għalih u jekk setgħux, għalhekk, jiġġustifikaw evalwazzjoni mill-ġdid tal-varjetà M 02205 permezz tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, abbażi tal-Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament Nru 2100/94.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Biex tingħata risposta lil din id-domanda, qabel kollox, huwa neċessarju li jiġu vverifikati r-rekwiżiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni f’dak li jikkonċerna l-elaborazzjoni tan-noti ta’ espressjoni, li fuqhom għandhom jiġu bbażati t-talbiet dwar il-karattru distintiv jew le ta’ varjetà ta’ pjanti. Sussegwentement, għandu jiġi eżaminat jekk l-argumenti mqajma f’dan ir-rigward mir-rikorrenti setgħux inisslu dubji serji fil-Bord tal-Appell. Finalment, għandha tiġi eżaminata l-kwistjoni jekk il-Bord tal-Appell issodisfax korrettement l-obbligi tiegħu fid-dawl ta’ tali dubji serji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>L-ewwel nett, f’dak li jikkonċerna r-rekwiżiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 56(2) tar-Regolament Nru 2100/94, l-eżamijiet tekniċi għandhom jitwettqu skont il-prinċipji ta’ gwida maħruġa mill-Kunsill Amministrattiv, u skont l-istruzzjonijiet mogħtija mis-CPVO. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li s-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tas-CPVO fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu, ma tistax tippermettilu jevita r-regoli tekniċi li jirregolaw l-iżvolġiment tal-eżamijiet tekniċi, mingħajr ma jikser id-dmir ta’ amministrazzjoni tajba kif ukoll l-obbligu ta’ kura u ta’ imparzjalità li huwa għandu. Barra minn hekk, in-natura vinkolanti, inkluż għas-CPVO, ta’ dawn ir-regoli hija kkonfermata mill-Artikolu 56(2) tar-Regolament Nru 2100/94, li jimponi li l-eżamijiet tekniċi għandhom jitwettqu skont dawn ir-regoli (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170608">8 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Schniga vs CPVO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-625/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:435">EU:C:2017:435</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, l-ewwel nett għandu jiġi rrilevat li, konformement mal-Artikolu 56(2) imsemmi iktar ’il fuq, is-CPVO adotta l-protokoll tal-<DATE ISO="20011115">15 ta’ Novembru 2001</DATE>, bil-għan li jistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-evalwazzjoni teknika u l-kundizzjonijiet ta’ reġistrazzjoni tal-varjetajiet li jifformaw parti mill-ispeċi ta’ pitrava <HT TYPE="ITALIC">Beta vulgaris L. ssp. Vulgaris var. altissima Döll</HT>. Abbażi tal-punt III 2, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Materjal li għandu jiġi eżaminat<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> (material to be examined), u tal-punt III 5, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Kunċetti ta’ provi u kundizzjonijiet ta’ tkabbir<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> (trial designs and growing conditions), tal-imsemmi protokoll, il-varjetajiet kandidati u l-varjetajiet ta’ referenza għandhom ikunu s-suġġett ta’ paragun dirett fuq pjanti kultivati, li għandu normalment jitwettaq mill-inqas matul żewġ ċikli ta’ veġetazzjoni<?PAGE NO="13"?> indipendenti. Qabel kollox, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell stess enfasizza l-importanza tal-osservanza ta’ dan ir-rekwiżit li jikkostitwixxi, fit-termini tiegħu, kundizzjoni preliminari għall-għoti ta’ drittijiet Komunitarji għal varjetajiet tal-pjanti (ara l-punt 28 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Isegwi li l-punti ta’ espressjoni li jinsabu fir-rapport li jipparaguna d-differenzi, li abbażi tiegħu huwa stabbilit il-karattru distintiv ta’ varjetà kandidata, għandhom jikkorrispondu mal-punti miġbura wara testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati mwettqa matul żewġ ċikli ta’ veġetazzjoni annwali li jsegwu l-applikazzjoni għal drittijiet Komunitarji għal varjetajiet tal-pjanti tal-varjetà kandidata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>It-tieni nett, f’dak li jikkonċerna l-argumenti mqajma mir-rikorrenti, mid-dokumenti fil-proċess jirriżulta li din tal-aħħar, quddiem il-Bord tal-Appell, osservat li l-fatt li l-punti ta’ espressjoni mogħtija lill-varjetà KW 043 fir-rapport li jipparaguna d-differenzi kienu identiċi għal dawk imsemmija fid-deskrizzjoni uffiċjali tal-varjetà msemmija kien isostni l-ipoteżi li dawn il-punti kienu jipprovjenu mill-imsemmija deskrizzjoni uffiċjali u mhux minn testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati, imwettqa fl-2003 u fl-2004, bil-għan li jingħataw id-drittijiet Komunitarji għall-varjetà M 02205. Barra minn hekk, meta bbażat ruħha fuq eżempji konkreti derivanti minn deskrizzjonijiet uffiċjali ta’ varjetajiet oħra, ir-rikorrenti pprovat turi li l-probabbiltà li varjetà ta’ pitravi għaz-zokkor partikolari tikseb l-istess punti minn sena għal oħra kienet dgħajfa ħafna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, hekk kif ġie enfasizzat fil-punti 18 u 19 iktar ’il fuq, minkejja li r-rikorrenti talbet, kemm-il darba, li jkollha aċċess għall-fajl tal-varjetà M 02205, inkluż għar-riżultati ta’ testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati mwettqa fl-2003 u fl-2004, dawn ġew ittrasferiti lilha mis-CPVO biss fit-<DATE ISO="20150302">2 ta’ Marzu 2015</DATE>, jiġifieri, f’data wara dik li fiha l-Bord tal-Appell kien ta d-deċiżjoni kkontestata. Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma setgħetx tibbaża ruħha fuq provi għajr dawk li hija ppreżentat quddiem l-istanzi tas-CPVO, jiġifieri l-paragun bejn id-data li tinsab fir-rapport li jipparaguna d-differenzi u dik li tinsab fid-deskrizzjonijiet uffiċjali rispettivi tal-varjetajiet M 02205 u KW 043 kif ukoll, bħala eżempju, informazzjoni mislufa minn deskrizzjonijiet uffiċjali ta’ varjetajiet oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti setgħet, ġustament, tinvoka quddiem il-Bord tal-Appell diversi żbalji mwettqa fir-rapport li jipparaguna d-differenzi, kif indikati fil-punti 5 sa 15 iktar ’il fuq u li wasslu għal diversi korrezzjonijiet suċċessivi ta’ dan ir-rapport, liema żbalji setgħu wkoll joħolqu dubji serji lill-Bord tal-Appell, għall-inqas, fir-rigward tal-affidabbiltà tal-punti ta’ espressjoni li jikkorrispondu għall-karatteristiċi inseriti fir-rapport li jipparaguna d-differenzi. Qabel kollox, in-natura tardiva tal-korrezzjonijiet imsemmija setgħet, kif essenzjalment enfasizzat ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell, tkun ta’ natura li ssaħħaħ dawn id-dubji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal għandu jitqies li r-rikorrenti pprovdiet, quddiem il-Bord tal-Appell, elementi ta’ fatt sostanzjali suffiċjenti biex iqajmu dubji serji fir-rigward tal-kwistjoni jekk l-informazzjoni użata għall-varjetà ta’ referenza KW 043 kienet ittieħdet mid-deskrizzjoni uffiċjali ta’ din il-varjetà. Il-Bord tal-Appell kien għalhekk marbut li jivverifika l-fondatezza ta’ din l-allegazzjoni u li jiġbed il-konsegwenzi minn dan għall-appell tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jingħad ukoll li, fir-risposti tiegħu għad-domandi bil-miktub tal-Qorti Ġenerali, is-CPVO rrikonoxxa li l-punti ta’ espressjoni relattivi għall-varjetà ta’ referenza KW 043, kif imdaħħla fl-aħħar verżjoni u l-verżjoni ta’ qabel tal-aħħar tar-rapport li jipparaguna d-differenzi, ma kinux jikkorrispondu għad-data miġbura wara testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati mwettqa fl-2003 u fl-2004, iżda li dawn kienu ttieħdu mid-deskrizzjoni uffiċjali tal-varjetà KW 043.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>It-tielet nett, f’dak li jikkonċerna l-kwistjoni jekk il-Bord tal-Appell issodisfax korrettement l-obbligi tiegħu fid-dawl ta’ tali dubji serji, fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li x-xogħol tas-CPVO huwa kkaratterizzat minn kumplessità xjentifika u teknika tal-kundizzjonijiet ta’ eżami tal-applikazzjonijiet għal drittijiet Komunitarji, b’mod li għandha tiġi rrikonoxxuta lilu setgħa diskrezzjonali fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu (ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121219">19 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Brookfield New Zealand u Elaris vs<?PAGE NO="14"?> CPVO u Schniga</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-534/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:813">EU:C:2012:813</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Din is-setgħa diskrezzjonali testendi, b’mod partikolari, għall-verifika tal-karattru distintiv ta’ varjetà, fis-sens tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 2100/94 (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170608">8 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Schniga vs CPVO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-625/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:435">EU:C:2017:435</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>It-tieni nett, is-CPVO, bħala organu tal-Unjoni Ewropea, huwa suġġett għall-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba li abbażi tiegħu huwa għandu jeżamina b’kura u b’imparzjalità l-elementi kollha rilevanti ta’ applikazzjoni għal drittijiet Komunitarji u jiġbor l-elementi kollha ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji għall-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu. Huwa għandu, barra minn hekk, jiżgura l-iżvolġiment tajjeb u l-effettività tal-proċeduri li jimplementa (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170608">8 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Schniga vs CPVO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-625/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:435">EU:C:2017:435</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jitfakkar li l-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 2100/94 jipprovdi li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>[f]i proċeduri quddiemu [s-CPVO] għandu jagħmel investigazzjonijiet fuq il-fatti minn jeddu [<HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>], sal-limitu li dawn jaqgħu taħt l-eżami skond l-Artikoli 54 u 55<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Finalment, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, abbażi tal-Artikolu 51 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2009, tas-<DATE ISO="20090917">17 ta’ Settembru 2009</DATE>, li jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="251" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 251, p. 3</REF.DOC.OJ>), id-dispożizzjonijiet relattivi għall-proċeduri mibdija quddiem is-CPVO japplikaw <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għall-proċeduri tal-appell (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150521">21 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Schräder vs CPVO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-546/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:332">EU:C:2015:332</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>B’hekk, minn naħa, il-prinċipju ta’ investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-fatti japplika wkoll f’tali proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150521">21 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Schräder vs CPVO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-546/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:332">EU:C:2015:332</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Min-naħa l-oħra, il-Bord tal-Appell huwa wkoll marbut mill-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, li skont dan għandu jeżamina b’kura u imparzjalità l-elementi kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti tal-kawża quddiemu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Bord tal-Appell illimita ruħu biex jadotta pożizzjoni fuq il-kwistjoni jekk testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati kinux seħħew fl-2003 u fl 2004 – ċirkustanza kkonfermata, skont dan, mill-espert tal-uffiċċju ta’ kontroll, is-Sur C, waqt is-seduta li seħħet quddiemu. Issa, hekk kif jirriżulta mill-punt 25 iktar ’il fuq, mill-espożizzjoni tal-aggravji tal-appell tar-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell jirriżulta b’mod ċar li din ma kinitx qed tpoġġi indiskussjoni, b’mod ġenerali, l-eżistenza stess ta’ testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati, iżda, iktar eżattament, il-fatt li l-karattru distintiv tal-varjetà M 02205 ġie stabbilit abbażi ta’ riżultati miġbura mit-testijiet imsemmija. Qabel kollox, għandu jiġi rrilevat li la mid-deċiżjoni kkontestata u lanqas mill-minuti tas-seduta quddiem il-Bord tal-Appell, ma jirriżultax li s-Sur C. kien mistoqsi, waqt is-seduta msemmija, fuq punt differenti minn dak tal-proċedura li l-uffiċċju ta’ kontroll osserva abitwalment għall-paragun tal-pitravi għaz-zokkor</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Konsegwentement, fil-preżenza ta’ tali allegazzjoni, li l-fondatezza tagħha ġiet ulterjorment ikkonfermata mis-CPVO quddiem il-Qorti Ġenerali, l-affermazzjonijiet tal-espert tal-uffiċċju ta’ kontroll, li jikkonfermaw l-eżistenza ta’ testijiet ta’ paragun fl-2003 u fl-2004, ma setgħux, ovvjament, ikunu biżżejjed biex il-Bord tal-Appell iqis li l-kundizzjoni ta’ distinzjoni kienet ġiet stabbilita abbażi ta’ informazzjoni konformi mar-regoli tekniċi applikabbli u biex jiċħad l-appell tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>B’mod kuntrarju, dan kellu jagħmel użu mis-setgħa wiesgħa ta’ investigazzjoni tiegħu, skont l-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 2100/94, interpretat fid-dawl tal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 74 iktar ’il fuq, biex jivverifika l-oriġini tal-punti ta’ espressjoni tal-varjetà ta’ referenza KW 043 msemmija fl-aħħar verżjoni u fil-verżjoni ta’ qabel tal-aħħar tar-rapport li jipparaguna d-differenzi u biex jiġbed il-konsegwenzi minnhom. Fil-fatt, konformement mal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, stabbilit fl-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-Bord tal-Appell kellu jeżamina b’kura u b’imparzjalità ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha biex jevalwa l-validità<?PAGE NO="15"?> tad-drittijiet Komunitarji inkwistjoni u li jgħaqqad l-elementi ta’ fatt u ta’ liġi kollha neċessarji għall-eżerċizzju ta’ din is-setgħa diskrezzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170608">8 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Schniga vs CPVO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-625/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:435">EU:C:2017:435</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Għalhekk, kien il-Bord tal-Appell li kellu jiżgura ruħu li kellu, fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, l-elementi rilevanti kollha – jiġifieri, b’mod iktar partikolari, ir-riżultati tat-testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati mwettqa fl-2003 u fl-2004 – biex ikun jista’ jevalwa, abbażi tad-data rilevanti, jekk l-evalwazzjoni tal-karattru distintiv tal-varjetà M 02205, ipparagunata mal-varjetà ta’ referenza KW 043, kinitx saret konformement mar-regoli tekniċi applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi rrilevat li matul is-seduta quddiem il-Qorti Ġenerali, is-CPVO ammetta li, fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell ma kellux riżultati ta’ testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati tal-2003 u tal-2004. Din id-data ntbagħtet lis-CPVO biss wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Isegwi li, peress li ma wettaqx eżami xieraq biex jiżgura li l-karattru distintiv tal-varjetà M 02205, ipparagunat mal-varjetajiet ta’ referenza, kien ġie stabbilit abbażi tad-data li tirriżulta minn testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati mwettqa fl-2003 u fl-2004, il-Bord tal-Appell ma wettaqx l-obbligi tiegħu korrettament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex affettwata mill-argumenti mressqa mis-CPVO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fil-kuntest tar-risposti tiegħu għad-domandi bil-miktub tal-Qorti Ġenerali, is-CPVO jibbaża ruħu fuq argumenti li huma relattivi, minn naħa, għall-marki ulterjuri mogħtija lill-kriterju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>tul tal-għerq<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, hekk kif jirriżultaw mill-metodu ta’ kalkolu bbażati fuq it-test imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>tal-iżgħar differenza sinifikanti<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, ippreżentati għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali u, min-naħa l-oħra, għall-fatt li, f’kull każ, il-varjetajiet M 02205 u KW 043 huma mingħajr dubju distinti, abbażi tar-riżultati miksuba wara testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati tal-2003 u tal-2004, u dan, fid-dawl tal-karatteristika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>kulur tal-petala<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Sa fejn dawn l-argumenti jirrigwardaw l-istħarriġ tal-legalità tad-deċiżjoni kkontestata, biżżejjed li jitfakkar li l-legalità tal-atti kkontestati tista’ tiġi evalwata biss abbażi tal-elementi ta’ fatt u ta’ liġi li dawn ikunu ġew adottati abbażi tagħhom, b’mod li l-Qorti Ġenerali ma tistax taċċetta l-istedina magħmula mis-CPVO li finalment titwettaq sostituzzjoni tal-motivi li hija bbażata fuqhom id-deċiżjoni kkontestata (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131112">12 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>North Drilling vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-552/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:590">EU:T:2013:590</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Sa fejn dawn l-argumenti jirrigwardaw is-setgħa ta’ riforma tal-Qorti Ġenerali, għandu jitfakkar li l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ riforma għandu, bħala prinċipju, jiġi limitat għal sitwazzjonijiet li fihom, wara li tkun studjat ir-raġunament tal-Bord tal-Appell, il-Qorti Ġenerali tkun tista’, abbażi tal-elementi ta’ fatt u ta’ liġi kif ikunu stabbiliti, tiddetermina d-deċiżjoni li l-Bord tal-Appell kellu jadotta [ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120918">18 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Schräder vs CPVO – Hansson (LEMON SYMPHONY)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-133/08, T-134/08, T-177/08 u T-242/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:430">EU:T:2012:430</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0250">250</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata]. Issa, peress li l-Bord tal-Appell ma wettaqx evalwazzjoni fuq il-metodu ta’ kalkolu bbażat fuq it-test imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>tal-iżgħar differenza sinifikanti<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, u lanqas fuq ir-riżultati miksuba wara t-testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati tal-2003 u tal-2004, il-Qorti Ġenerali ma għandhiex twettaq l-evalwazzjoni ta’ dawn l-argumenti fil-kuntest tas-setgħa ta’ riforma tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-karatteristika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>kulur tal-petala<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, għandu jiġi rrilevat li l-argument tas-CPVO jikkontradixxi l-kunsiderazzjoni li dan stess esprima qabel – kunsiderazzjoni msemmija fil-punt 8 iktar ’il fuq – skont liema l-karatteristika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>kulur tal-petala<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> ma kienx rilevanti biex tiġi stabbilita l-kundizzjoni ta’ distinzjoni tal-varjetà kandidata. Għalhekk, dawn l-argumenti tas-CPVO għandhom f’kull każ jiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rekwiżit imsemmi fil-punt 63 iktar ’il fuq lanqas ma jista’ jitqiegħed indiskussjoni mill-argument tas-CPVO li jgħid li, għal raġunijiet ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>koerenza<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, il-punti mogħtija fir-rapporti ta’ paragun ta’ distinzjoni, f’dak li jikkonċerna l-varjetajiet ta’ referenza, għandhom jiġu riprodotti mid-deskrizzjonijiet uffiċjali tal-varjetajiet imsemmija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ewwel u t-tielet ilmenti mqajma insostenn tat-tielet aggravju huma fondati. Għaldaqstant, id-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata, mingħajr ma huwa neċessarju li l-Qorti Ġenerali tadotta pożizzjoni fuq l-ilmenti u l-aggravji l-oħra mressqa mir-rikorrenti insostenn tal-ewwel kap tat-talbiet tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni kap tat-talbiet tar-rikorrenti, intiż għar-riforma tad-deċiżjoni kkontestata</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tieni kap tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali biex tirriforma d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell u biex tiddikjara nulli u mingħajr effett id-drittijiet Komunitarji għal varjetajiet tal-pjanti rreġistrati bir-referenza UE 15118.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Is-CPVO u l-intervenjenti jikkontestaw il-possibbiltà, għall-Qorti Ġenerali li tipproċedi, f’dan il-każ, bir-riforma tad-deċiżjoni kkontestata. Barra minn hekk, is-CPVO jikkontesta l-kompetenza stess tal-Qorti Ġenerali biex tadotta pożizzjoni fuq it-tieni kap tat-talbiet tar-rikorrenti. Fil-fehma tiegħu, sa fejn l-evalwazzjoni tal-karattru distintiv ta’ varjetà tal-pjanti skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2100/94, tippreżenta kumplessità teknika u xjentifika li tista’ tiġġustifika limitazzjoni tal-firxa tal-istħarriġ ġudizzjarju, it-talba tar-rikorrenti relattiva għar-riforma tad-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi ddikjarata inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, fir-rigward tal-kliem ċar tal-Artikolu 73(3) tar-Regolament Nru 2100/94, il-Qorti Ġenerali mhux biss għandha l-kompetenza li tannulla, iżda wkoll li tirriforma d-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Fil-mertu, għandu jitfakkar li s-setgħa ta’ riforma rrikonoxxuta lill-Qorti Ġenerali ma għandhiex bħala effett li tagħtiha s-setgħa li tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha għal dik tal-Bord tal-Appell tas-CPVO u, lanqas, li twettaq evalwazzjoni li fuqha l-Bord tal-Appel għadu ma ħax pożizzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160721">21 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Apple and Pear Australia u Star Fruits Diffusion vs EUIPO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑226/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:582">EU:C:2016:582</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>B’hekk, l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ riforma għandu, bħala prinċipju, jiġi limitat għal sitwazzjonijiet li fihom, wara li tkun studjat ir-raġunament tal-Bord tal-Appell, il-Qorti Ġenerali tkun tista’, abbażi tal-elementi ta’ fatt u ta’ liġi kif ikunu stabbiliti, tiddetermina d-deċiżjoni li l-Bord tal-Appell kellu jadotta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120918">18 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>LEMON SYMPHONY</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-133/08, T‑134/08, T-177/08 u T-242/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:430">EU:T:2012:430</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0250">250</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-Bord tal-Appell illimita ruħu biex jadotta pożizzjoni fuq il-kwistjoni jekk testijiet ta’ paragun fuq pjanti kultivati kinux seħħew fl-2003 u fl-2004. Min-naħa l-oħra, il-Bord tal-Appell ma eżaminax l-allegazzjoni tar-rikorrenti li tgħid li l-karattru distint tal-varjetà M 02205 kien ġie stabbilit abbażi ta’ informazzjoni dwar il-varjetà ta’ referenza KW 043 li tirriżulta mid-deskrizzjoni uffiċjali tagħha u mhux abbażi tar-riżultati miksuba wara testijiet ta’ paragun fuq pjani kultivati mwettqa fl-2003 u fl-2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, għandu jiġi konkluż li l-Qorti Ġenerali ma tistax hija nnifisha twettaq tali evalwazzjoni. Konsegwentement, il-kawża għandha tiġi rrinvijata quddiem il-Bord tal-Appell, biex dan tal-aħħar ikun jista’ jiddeċiedi, fid-dawl tal-motivi msemmija iktar ’il fuq, dwar ir-rikors tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tas-CPVO li tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tiegħu. B’hekk, it-tieni kap tat-talbiet tar-rikorrenti, intiż għar-riforma tad-deċiżjoni kkontestata, għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ma huwiex neċessarju li tingħata deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà tal-Annessi 15 sa 18, ippreżentati mir-rikorrenti għall-ewwel darba fir-replika, u fuq il-provi addizzjonali ppreżentati mir-rikorrenti waqt is-seduta quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>F’dan il-każ, is-CPVO u l-intervenjenti l-parti l-kbira tat-talbiet. Peress li r-rikorrenti talbet biss għall-kundanna tas-CPVO għall-ispejjeż, hemm lok, minn naħa, li dan tal-aħħar jiġi kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk esposti mir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, li jiġi deċiż li l-intervenjenti tbati l-ispejjeż tagħha stess.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla),</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Komunità ta’ Varjetajiet ta’ Pjanti (CPVO) tas-<DATE ISO="20141126">26 ta’ Novembru 2014</DATE> (Każ A 010/2013) hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-CPVO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Aurora Srl.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">SESVanderhave NV għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Gratsias</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Dittrich</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Xuereb</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20171123">23 ta’ Novembru 2017</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>