Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Settembru 2009 (Każ R 500/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ATB Norte, SL u Bricocenter Italia Srl.
Informazzjoni dwar il-kawża
>lt>5
Dispożittiv
1) Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-24 ta’ Settembru 2009 (Każ R 500/2008-4) hija annullata sa fejn tilqa’ l-appell ta’ Bricocenter Italia Srl quddiem il-Bord tal-Appell dwar is-servizzi ta’ “pubbliċità”, ta’ “ġestjoni tat-tranżazzjonijiet kummerċjali” u ta’ “amministrazzjoni kummerċjali”, msemmija fl-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja.
2) Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3) ATB Norte, SL, Bricocenter Italia u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż individwali tagħhom sostnuti matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.