|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 341/54 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 158/2015
tal-11 ta' Ġunju 2015
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2016/2193]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 361/2014 tad-9 ta' April 2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2121/98 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 361/2014 jirrevoka ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2121/98 (2), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jiġi revokat skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XIII mal-Ftehim taż-ŻEE għandu jkun emendat kif ġej:
|
1. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 32a (Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
2. |
It-test tal-punt 33c (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2121/98) u tal-Appendiċi 6 huwa mħassar. |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 361/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Ġunju 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 88/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 (3), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 107, 10.4.2014, p. 39.
(2) ĠU L 268, 3.10.1998, p. 10.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.