Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ April 2011 Longevity Health Products vs UASI - Biofarma (T‑96/11) Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “VITACHRON female”, għal prodotti u servizzi fil-klassi 5 fost oħrajn, kontra d-Deċiżjoni R 1357/2010‑4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-10 ta’ Jannar 2011, li tiddikjara li r-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizjoni li tiċħad ir-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali “VITATHION”, għal prodotti u servizzi fil-klassi 5, huwa meqjus bħala li ma ġiex ippreżentat, peress li d-dritt tal-appell ma tħallasx fit-terminu stabbilit.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) L-appell huwa miċħud.

2) Longevity Health Products Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.