|
18.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 339/105 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 115/2008
tas-7 ta' Novembru 2008
li temenda l-Anness XI (Servizzi tat-telekomunikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 84/2008 tal-4 ta' Lulju 2008 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/286/KE tas-17 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi lista ta’ standards u/jew speċifikazzjonijiet għal netwerks tal-komunikazzjoni elettronika, u faċilitajiet u servizzi assoċjati (2), għandha tiġi inkorporata f'dan il-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 5cy (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/176/KE) fl-Anness XI mal-Ftehim:
“, kif emendat b'li ġej:
|
— |
32008 D 0286: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/286/KE tas-17 ta’ Marzu 2008 (ĠU L 93, 4.4.2008, p. 24).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2008/286/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-8 ta' Novembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN
(1) ĠU L 280, 23.10.2008, p. 18.
(*1) M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.