|
28.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
321 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 545/2005
tal-31 ta’ Marzu 2006
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1464/2004 fir-rigward tal-kondizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni ta’ l-addittiv fl-għalf “Monteban”, li jagħmel parti mill-grupp tal-coccidiostats u ta’ sustanzi mediċinali oħrajn
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 13 (3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-addittiv narasin (Monteban, Monteban G 100), li jagħmel parti mill-grupp tal-coccidiostats u ta’ sustanzi mediċinali oħrajn, ġie awtorizzat skond ċerti kondizzjonijiet skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/EEC (2). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1464/2004 (3) awtorizza dak l-addittiv għal għaxar snin għall-użu fit-tiġieġ għat-tismin, b’hekk għamel konnessjoni ta’ l-awtorizzazzjoni mal-persuna risponsabbli għaċ-ċirkolazzjoni ta’ dak l-addittiv. L-addittiv ġie nnotifikat bħala prodott eżistenti fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Minħabba li tressqet l-informazzjoni kollha skond dik id-dispożizzjoni, dak l-addittiv iddaħħal fir-reġistru Komunitarju ta’ l-Addittivi ta’ l-Għalf. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipola l-possibbiltà ta’ modifika ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-addittiv wara rikjesta mid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni u opinjoni ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (“l-Awtorità”). |
|
(3) |
Fl-opinjoni tagħha adottata fis-27 ta’ Lulju 2004, l-Awtorità pproponiet li tistabbilixxi limitu massimu ta’ residwu (MRL) ta’ 50 µg/kg għal kull tessut li fih likwidi ta’ tiġieġ għat-tismin u konsegwenza ta’ dan żmien għall-irtirar ta’ ġurnata waħda mit-tbiċċir ġie kkunsidrat bħala suffiċenti. Jista’ jkun meħtieġ li jiġi rivedut il-Limitu Massimu tar-Residwu li jissemma fl-Anness ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tar-riżultati ta’ kull valutazzjoni mill-Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni tal-Prodotti Mediċinali li jikkonċernaw lis-sustanza attiva. |
|
(4) |
Id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-addittiv narasin (Monteban, Monteban G 100) ippropona tibdil fil-kondizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni billi ressaq applikazzjoni lill-Kummissjoni fejn talab li jintroduċi l-MRL kif evalwat mill-Awtorità. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1464/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1464/2004 jinbidel bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar il-31 ta’ Marzu 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, tat-18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005.(ĠU L 59, tal-5.3.2005, p. 8).
(2) ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p. 1. Direttiva kif imħassra bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.
ANNESS
|
Numru tar-reġistrazzjoni ta’ l-addittiv |
Isem u numru ta’ reġistrazzjoni tal-persuna risponsabbli |
Addittiv (Isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew il-kategorija ta’ l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Skadenza tal-perijodu ta’ l-awtorizzazzjoni |
Limiti massimi ta’ Residwi (MRLs) fl-oġġetti ta’ l-ikel rilevanti li joriġinaw mill-annimali ta’ l-ispeċi jew il-kategorija ta’ annimal ikkonċernat għaċ-ċirkolazzjoni ta’ l-addittiv |
||||||||||||||||||||||||
|
mg ta’ sustanzi attivi/kg ta’ oġġetti ta’ l-għalf sħaħ |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Coccidiostats u sustanzi mediċinali oħrajn |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
“E 765 |
Eli Lilly and Company Limited |
Narasin 100g/kg (Monteban, Monteban G100) |
|
Tiġieġgħat-tismin |
— |
60 |
70 |
Użu pprojbit sa mhux iktar minn jum wieħed qabel tbiċċir Indika taħt l-istruzzjonijiet għall-użu:
|
21.8.2014 |
50 µg/kg għal kull tessut li fih likwidi derivat minn tiġieġ għat-tismin” |
||||||||||||||||||||||||