23.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 280/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 84/2008

ta’ l-4 ta' Lulju 2008

li temenda l-Anness XI (Is-servizzi tat-telekomunikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 67/2008 tas-6 ta' Ġunju 2008 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE tad-9 ta' Novembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/804/KE tat-23 ta' Novembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' l-ispettru għall-apparat ta' identifikazzjoni permezz tal-frekwenzi tar-radju (RFID) li jopera fil-medda ta' frekwenza għolja ħafna (UHF) (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/344/KE tas-16 ta' Mejju 2007 dwar id-disponibbiltà armonizzata ta’ l-informazzjoni dwar l-użu ta’ l-ispettru fil-Komunità. (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/698/KE tad-19 ta' Settembru 2005 dwar il-kontijiet separati u sistemi ta’ kontabilità taħt il-qafas regolatorju għall-kominikazzjonijiet elettroniċi (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Il-punti li ġejjin għandhom jiġu miżjuda wara l-punt 5cy (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/176/KE):

“5cz.

32006 D 0771: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE tad-9 ta' Novembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra (ĠU L 312, 11.11.2006, p. 66).

5cza.

32006 D 0804: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/804/KE tat-23 ta' Novembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' l-ispettru għall-apparat ta' identifikazzjoni permezz tal-frekwenzi tar-radju (RFID) li jopera fil-medda ta' frekwenza għolja ħafna (UHF) (ĠU L 329, 25.11.2006, p. 64).

5czb.

32007 D 0344: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/344/KE tas-16 ta' Mejju 2007 dwar id-disponibbiltà armonizzata ta’ l-informazzjoni dwar l-użu ta’ l-ispettru fil-Komunità (ĠU L 129, 17.5.2007, p. 67)”.

(2)

Il-punt li jmiss għandu jiddaħħal wara l-punt 26i (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2000/417/KE):

“26j.

32005 H 0698: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/698/KE tad-19 ta' Settembru 2005 dwar il-kontijiet separati u sistemi ta’ kontabilità taħt il-qafas regolatorju għall-kominikazzjonijiet elettroniċi(ĠU L 266, 11.10.2005, p. 64).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet Nri 2006/771/KE, 2006/804/KE u 2007/344/KE u tar-Rakkomandazzjoni 2005/698/KE fil-lingwa ta' l-Iżlanda u dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE f' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar i-5 ta' Lulju 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

H. S. H. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)   ĠU L 257, 25.9.2008, p. 30.

(2)   ĠU L 312, 11.11.2006, p. 66.

(3)   ĠU L 329, 25.11.2006, p. 64.

(4)   ĠU L 129, 17.5.2007, p. 67.

(5)   ĠU L 266, 11.10.2005, p. 64.

(*1)  M'huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.