IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 1.4.2026
COM(2026) 153 final
2026/0085(COD)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 fir-rigward tal-waqfien tal-invalidazzjoni tal-kwoti fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Id-Direttiva (UE) 2018/410 emendat id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-operazzjoni tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq (MSR) għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni (EU ETS). Il-fini kienet li jittejbu l-effettività u l-istabbiltà tal-EU ETS fit-tul, inkluż billi mill-2023 ’il quddiem jiġu invalidati l-kwoti fir-riżerva li jaqbżu livell limitu daqs l-għadd totali tal-kwoti rkantati matul is-sena preċedenti. Dan il-livell limitu nbidel bid-Direttiva (UE) 2023/959minn livell limitu dinamiku għal livell limitu fiss ta’ 400 miljun kwota mill-2024, biex jiġi żgurat li l-livell tal-kwoti fir-riżerva jkun prevedibbli.
Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tagħti lill-Kummissjoni l-kompitu li timmonitorja kontinwament il-funzjonament tar-riżerva u tirrieżamina r-riżerva abbażi ta’ analiżi tas-suq għall-kwoti tal-EU ETS, u fejn xieraq tagħmel proposta leġiżlattiva. Din il-proposta tindirizza konklużjoni speċifika li ġejja minn dan ir-rieżami. Minn meta daħlet fis-seħħ id-dispożizzjoni għall-invalidazzjoni tal-kwoti fir-riżerva, ġie invalidat total ta’ 3,2 biljun kwota u l-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda ġie restawrat għall-EU ETS. Kieku għadd akbar ta’ kwoti jitħallew jibqgħu fl-MSR minflok ma jiġu invalidati, dan jista’ jipprovdi riżervi ta’ likwidità essenzjali għall-ġestjoni ta’ riġiditajiet futuri tas-suq wara nofs is-snin 2030 u lil hinn. Għal din ir-raġuni, il-kwoti fir-riżerva ma għandhomx jibqgħu jiġu invalidati biex għadd akbar ta’ kwoti jistgħu jibqgħu fir-riżerva. Dan se jżid il-qawwa tal-MSR għal rilaxxi futuri possibbli fid-deċennju li jmiss biex jiġi bbilanċjat is-suq. Din l-emenda mmirata tikkontribwixxi għas-salvagwardja tal-operazzjoni ordnata, bla xkiel u effiċjenti tal-qafas tal-EU ETS. Ir-rieżami li jmiss tal-MSR, abbażi ta’ analiżi fil-fond li tħares’ il quddiem, se jivvaluta l-adegwatezza tal-parametri użati biex jiġi ddeterminat jekk issirx inkorporazzjoni jew rilaxxi u jipproponi bidliet fejn meħtieġ biex l-MSR tkun tista’ tkompli tindirizza b’mod effettiv kemm is-sitwazzjonijiet ta’ surplus kif ukoll dawk ta’ skarsezza, biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-UE.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat
L-MSR hija għodda biex tiġi promossa l-istabbiltà tas-suq għall-kwoti tal-emissjonijiet tal-EU ETS. L-MSR tiżgura li l-EU ETS tkun konsistenti ma’ oqsma oħra ta’ politika. Pereżempju, jekk politiki oħra jirnexxu, jinħoloq surplus ta’ kwoti li l-MSR tassorbi. B’kuntrast ma’ dan, jekk politiki oħra ma jirnexxux u l-emissjonijiet jibqgħu għoljin, l-MSR tappoġġa s-suq tal-karbonju billi tirrilaxxa kwoti addizzjonali. Din il-proposta tagħmel bidla mmirata f’parametru wieħed tal-MSR mingħajr ma taffettwa t-tfassil ġenerali tagħha u mingħajr ma taffettwa politiki oħra tal-Unjoni direttament.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Il-konsistenza ma’ politiki oħra tal-UE hija żgurata permezz tal-konsistenza tal-qafas leġiżlattiv fis-seħħ biex jintlaħqu l-miri tal-klima u tal-enerġija għall-2030. Dan huwa vvalutat fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja d-Direttiva (UE) 2023/959 li emendat id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 bil-bqija tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”.
2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi legali
Il-bażi legali għall-proposta hija l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). F’konformità mal-Artikoli 191 u 192(1) tat-TFUE, l-Unjoni Ewropea meħtieġa tikkontribwixxi biex jintlaħqu diversi objettivi. Dawn jinkludu l-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u l-promozzjoni tal-miżuri fil-livell internazzjonali biex jiġu indirizzati l-problemi ambjentali reġjonali jew globali, b’mod partikolari l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. L-EU ETS tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, filwaqt li l-MSR taqdi rwol importanti fl-operazzjoni tal-EU ETS bħala għodda għall-istabbiltà tas-suq għall-kwoti stabbilit bid-Direttiva 2003/87/KE.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
It-tibdil fil-klima huwa problema transfruntiera, fejn azzjoni koordinata tal-UE tissupplimenta u ssaħħaħ l-azzjoni nazzjonali u lokali b’mod aktar effettiv minn azzjoni mhux koordinata. Il-koordinazzjoni fil-livell tal-UE tagħmel l-azzjoni klimatika aktar effettiva.
L-objettivi tal-EU ETS, li topera bħala sistema għall-UE kollha b’mod kompletament armonizzat, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed minn Stati Membri li jaġixxu waħedhom. Minħabba l-iskala u l-effetti tas-sistema, dawn l-objettivi jistgħu jintlaħqu bl-aħjar mod fil-livell tal-UE. Bl-istess mod, peress li l-MSR hija għodda biex tiġi żgurata l-istabbiltà tas-suq għall-kwoti tal-EU ETS stabbilit bid-Direttiva 2003/87/EC, l-objettiv tagħha ma jistax jintlaħaq biżżejjed permezz ta’ azzjoni mhux koordinata mill-Istati Membri. Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 hija miżura eżistenti tal-UE fil-qasam tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TFUE, l-emendar tagħha, bħalma tagħmel din il-proposta, ma jistax jinkiseb fil-livell nazzjonali jew lokali, iżda jirrikjedi azzjoni fil-livell tal-UE.
•Proporzjonalità
Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba li ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex tintlaħaq il-mira tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-2030 b’mod kosteffettiv filwaqt li jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq għall-kwoti tal-emissjonijiet tal-EU ETS stabbilit bid-Direttiva 2003/87/EC.
•Għażla tal-istrument
Deċiżjoni hija l-istrument xieraq għall-emendar immirat tad-deċiżjoni li stabbiliet l-MSR.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Il-proposta tikkunsidra l-esperjenza miksuba mill-operazzjoni tal-MSR u mill-invalidazzjoni tal-kwoti miżmuma fl-MSR ’il fuq minn ċertu livell mill-2023. Il-funzjonament tal-MSR b’mod ġenerali, permezz tal-mekkaniżmu ta’ inkorporazzjoni u ta’ invalidazzjoni, kiseb b’suċċess il-fini tiegħu li jelimina s-surplus storiku tal-kwoti li akkumulaw mill-kriżi ekonomika tal-2008 u l-użu dirett tal-krediti internazzjonali fl-EU ETS, u b’hekk irrestawra l-fiduċja fis-sistema u appoġġa sinjal tal-prezz tal-karbonju robust.
Miż-żmien meta l-MSR bdiet topera fl-2019, l-inkorporazzjoni operazzjonali totali tagħha sa tmiem l-2024 kienet ta’ 2,7 biljun kwota, li taqbeż sew – flimkien mad-900 miljun kwota mill-posponiment li sar mill-2014 sal-2016 li tqiegħdu fir-riżerva – is-surplus storiku. Minn dawk il-parteċipazzjonijiet fl-MSR, 3,2 biljun kwota ġew invalidati sa tmiem l-2024.
L-MSR kisbet b’suċċess l-objettiv speċifiku tagħha li tnaqqas is-surplus storiku fis-suq tal-kwoti. Ir-rieżami kkonkluda li, fid-deċennju li jmiss, ir-riżerva jrid ikollha parteċipazzjonijiet iżjed mil-limitu attwali ta’ 400 miljun, biex tippermetti li r-rilaxxi jibbilanċjaw is-suq. Għalhekk, l-invalidazzjoni tal-kwoti miżmuma fir-riżerva għandha titwaqqaf biex għadd akbar ta’ kwoti jistgħu jibqgħu fir-riżerva.
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Il-proposta tibni fuq il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati mir-rieżami tal-2021 tal-EU ETS u tal-MSR u fuq il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati għar-rieżami li jmiss tal-2026 tal-EU ETS u tal-MSR. Meta l-partijiet ikkonċernati ġew mistoqsija dwar bidliet futuri potenzjali fl-MSR, il-bidla li l-aktar ta’ spiss ġiet meqjusa importanti fil-konsultazzjoni pubblika kienet l-aġġustament tar-regola ta’ invalidazzjoni għall-parteċipazzjonijiet fir-riżerva biex dawn jiżdiedu għal aktar minn 400 miljun kwota. Din il-pożizzjoni ġiet spjegata mill-fatt li l-MSR kienet effettiva fl-indirizzar tas-surplus tas-suq u mill-ħtieġa li tiġi żgurata l-likwidità tas-suq u l-ħtieġa għal intervent aktar b’saħħtu biex tiġi evitata l-volatilità tal-prezzijiet fil-ġejjieni.
Il-proposta tkompli tibni fuq il-feedback mill-Istati Membri u fuq diskussjonijiet regolari mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mal-partijiet ikkonċernati dwar diversi kwistjonijiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-EU ETS bl-għan li jittejbu l-funzjonament u l-effettività tagħha.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Abbażi ta’ dawn iċ-ċirkostanzi u tal-iskeda ta’ żmien, il-Kummissjoni ġabret il-feedback mingħand l-Istati Membri u mingħand il-partijiet ikkonċernati dwar l-aħjar miżuri biex jintlaħqu l-objettivi tal-proposta li jittejjeb il-funzjonament tas-suq għall-kwoti tal-emissjonijiet tal-EU ETS.
•Valutazzjoni tal-impatt
Ma twettqitx valutazzjoni tal-impatt separata għal din il-proposta, peress li bbenefikat mill-ħidma mwettqa għall-valutazzjoni tal-impatt tal-EU ETS u tal-MSR għall-proposta ta’ reviżjoni ġenerali li mistennija tkun approvata mill-Kummissjoni f’Lulju 2026. Barra minn hekk, skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814, il-Kummissjoni għandha l-kompitu li timmonitorja kontinwament il-funzjonament tar-riżerva u, jekk meħtieġ, li tipproponi rieżamijiet biex jittejbu l-effettività, l-amministrazzjoni u l-applikazzjoni prattika abbażi ta’ dan il-monitoraġġ. Barra minn hekk, diversi elementi fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja d-Direttiva (UE) 2023/959, li emendat l-MSR, jikkontribwixxu għall-valutazzjoni tal-bidla mmirata fl-MSR f’din il-proposta.
L-objettiv speċifiku tal-mekkaniżmu ta’ invalidazzjoni kien li jgħin biex jitnaqqas is-surplus storiku fis-suq tal-kwoti b’mod prevedibbli, filwaqt li jikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali tal-MSR li jiġu żgurati l-istabbiltà u r-reżiljenza tas-suq fit-tul. Madankollu, in-natura indefinita tal-limitu ta’ invalidazzjoni attwali tista’ ma tallinjax bl-aħjar mod mal-ħtiġijiet tas-suq li qed jevolvu u mal-limitu massimu ta’ tnaqqis. Il-waqfien tal-invalidazzjonijiet jippermetti għadd akbar ta’ kwoti fir-riżerva, u b’hekk jipprovdi riżervi ta’ likwidità għall-ġestjoni ta’ riġidità futura fis-suq minn nofs is-snin 2030 u lil hinn. L-analiżi mwettqa fil-kuntest tar-rieżami tal-ETS ippjanat għall-adozzjoni mill-Kummissjoni f’Lulju 2026 indikat il-ħtieġa għal proposta rapida biex tieqaf l-invalidazzjoni tal-kwoti miżmuma fir-riżerva malajr kemm jista’ jkun biex għadd akbar ta’ kwoti jistgħu jibqgħu fir-riżerva.
Fil-kuntest tas-suq li qed jevolvi, bit-tnaqqis tas-surplus storiku u r-riġidità tas-suq imbassra, l-invalidazzjoni kontinwa hija mistennija li tnaqqas il-provvista kumulattiva tal-kwoti fis-suq li se tkun disponibbli matul id-deċennji li ġejjin fl-EU ETS, filwaqt li żżid l-iskarsezza ġenerali fis-suq u twassal għal prezzijiet ogħla kemm illum kif ukoll fil-ġejjieni. Dan imbagħad se jaffettwa l-objettiv ġenerali tal-MSR li tiżgura l-istabbiltà u r-reżiljenza tas-suq fit-tul.
Għalhekk, din il-proposta tipprevedi emenda mmirata tal-MSR biex titwaqqaf l-invalidazzjoni, mingħajr ma jinbidel id-disinn ġenerali tal-MSR. Il-fini hija li tittejjeb il-ħila tagħha li tiżgura l-istabbiltà u r-reżiljenza futuri tas-suq abbażi ta’ informazzjoni aġġornata billi għadd akbar ta’ kwoti jkunu jistgħu jibqgħu fir-riżerva u jikkostitwixxu riżervi ta’ likwidità u stabbiltà.
•Drittijiet fundamentali
Il-proposta tħares id-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji deskritti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Hija tikkontribwixxi għall-objettiv ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent f’konformità mal-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli kif stabbilit fl-Artikolu 37 tal-Karta.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
L-ETS tiġġenera dħul sinifikanti għall-baġits tal-Istati Membri, u l-proposta tista’ taffettwa l-baġits nazzjonali indirettament, primarjament minħabba din ir-rabta. Il-proposta tikkontribwixxi għat-titjib tal-prevedibbiltà tal-prezzijiet fit-tul għall-Istati Membri billi tnaqqas il-volatilità tal-prezzijiet.
L-implimentazzjoni ta’ din il-proposta mhux se tirrikjedi żieda fil-kapaċità baġitarja tal-Kummissjoni, kif stabbilit fid-dikjarazzjoni finanzjarja u diġitali leġiżlattiva mehmuża.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Il-proposta tipprovdi emenda mmirata tad-dispożizzjoni fl-MSR li tinvalida l-kwoti miżmuma fir-riżerva ’l fuq minn ċertu livell. Il-proposta tibni fuq il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-impatt għar-rieżami tal-EU ETS u tal-MSR tal-2021. Tqis ukoll il-feedback mill-maġġoranza tal-Istati Membri u minn partijiet ikkonċernati oħra fil-kuntest tar-rieżami tal-ETS u tal-MSR tal-2026 kif ukoll l-analiżi ekonomika fil-fond imwettqa bħala parti minn dak ir-rieżami.
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Il-proposta tistabbilixxi data tat-tmiem għad-dispożizzjoni fid-Deċiżjoni dwar l-MSR li tinvalida l-kwoti tal-EU ETS ’il fuq minn livell ta’ 400 miljun.
Minn meta beda japplika l-Artikolu 1(5a) tad-Deċiżjoni dwar l-MSR fl-2023, li jipprevedi l-invalidazzjoni tal-kwoti miżmuma fir-riżerva ’l fuq minn ċertu livell, ġie invalidat total ta’ 3,2 biljun kwota u l-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda ġie restawrat għall-EU ETS. Għalhekk, id-dispożizzjoni ta’ invalidazzjoni serviet il-fini tagħha. Din għandha tieqaf tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din l-emenda. Aktar ma l-proposta tiġi adottata kmieni, aktar kwoti jistgħu jitwaqqfu milli jiġu invalidati u dawn jistgħu jinżammu fl-MSR.
2026/0085 (COD)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 fir-rigward tal-waqfien tal-invalidazzjoni tal-kwoti fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Il-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, approvat f’isem l-Unjoni Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1841, (il-“Ftehim ta’ Pariġi”) daħal fis-seħħ f’Novembru 2016. Il-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali ferm taħt 2 °C ogħla mil-livelli preindustrijali u jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura għal 1,5 °C ogħla mil-livelli preindustrijali.
(2)Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill stabbiliet riżerva tal-istabbiltà tas-suq sabiex tindirizza r-riskju ta’ żbilanċi bejn il-provvista u d-domanda fis-suq tal-karbonju Ewropew u tagħmlu aktar reżistenti għax-xokkijiet fis-suq.
(3)Analiżi tal-funzjonament ordnat tas-suq Ewropew tal-karbonju u tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq imwettqa f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tindika li, sabiex tiżdied il-prevedibbiltà tas-suq fit-tul, jenħtieġ li l-kwoti miżmuma fir-riżerva ’l fuq minn 400 miljun kwota ma jibqgħux jitqiesu invalidi.
(4)Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tiġi emendata kif xieraq,
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“L-Artikolu 1(5a) għandu jieqaf japplika minn [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-att].”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA
Werrej
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi legali
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
•Proporzjonalità
•Għażla tal-istrument
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
•Valutazzjoni tal-impatt
Għalhekk, din il-proposta tipprevedi emenda mmirata tal-MSR biex titwaqqaf l-invalidazzjoni, mingħajr ma jinbidel id-disinn ġenerali tal-MSR. Il-fini hija li tittejjeb il-ħila tagħha li tiżgura l-istabbiltà u r-reżiljenza futuri tas-suq abbażi ta’ informazzjoni aġġornata billi għadd akbar ta’ kwoti jkunu jistgħu jibqgħu fir-riżerva u jikkostitwixxu riżervi ta’ likwidità u stabbiltà.
•Drittijiet fundamentali
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
1.3.Objettiv(i)
1.3.1.Objettiv(i) ġenerali
1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha
1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
3.2.2.Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (din it-taqsima ma għandhiex timtela mill-aġenziji deċentralizzati)
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat
3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali
3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
4.Dimensjonijiet diġitali
4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali
4.2.Data
4.3.Soluzzjonijiet diġitali
4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà
4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 fir-rigward tal-waqfien tal-invalidazzjoni tal-kwoti fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq.
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
L-azzjoni klimatika
Intestatura 3 – Riżorsi naturali u ambjent
Titolu 9 – Ambjent u azzjoni klimatika
1.3.Objettiv(i)
1.3.1.Objettiv(i) ġenerali
Il-proposta għandha l-għan li ttejjeb l-effettività tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq fir-rigward tal-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda.
1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi
Il-proposta tipprevedi l-emendi mmirati tal-parametri tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq.
1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
Il-proposta hija mistennija li ttejjeb il-likwidità, l-istabbiltà u l-prevedibbiltà tas-suq tal-EU ETS.
1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
Ir-riżerva tindirizza l-bilanċ strutturali bejn il-provvista u d-domanda għall-kwoti fis-suq.
1.4.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:
azzjoni ġdida
azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
✓ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva
L-emenda mmirata tal-parametri tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Is-sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet hija strument għall-UE kollha.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Minħabba l-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika għall-2050, hija meħtieġa azzjoni tal-UE aktar b’saħħitha, inkluż billi jiġi żgurat suq tal-karbonju aktar effettiv, reżiljenti u li jiffunzjona tajjeb.
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Il-proposta tikkomplementa l-qafas ta’ politika eżistenti.
Hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali 2021–2027.
1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni
1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha
durata limitata
–
fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
–
impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
✓ durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)
✓ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–✓ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
– mill-aġenziji eżekuttivi
Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:
– lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom
– lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati)
– lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment
– lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju
– lill-korpi tad-dritt pubbliku
– lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati
– lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati
– lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti
–lill-korpi stabbiliti fi Stat Membru, irregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn tali korpi jkunu kkontrollati minn korpi tad-dritt pubbliku jew minn korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew b’garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.
Kummenti
It-tim attwali se jkompli jimmaniġġa l-inizjattiva. Ma hu meħtieġ l-ebda persunal addizzjonali.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Il-proposta tibni fuq il-Liġi Ewropea dwar il-Klima, u tinkludi l-istess valutazzjonijiet li jridu jitwettqu mill-Kummissjoni (kif diġà huwa l-każ). Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima tibni fuq il-qafas robust ta’ trasparenza għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u fuq informazzjoni oħra dwar il-klima stabbilita fir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, aktar milli toħloq flussi ta’ rapportar addizzjonali mill-Istati Membri.
2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta
Mhux applikabbli. Il-proposta ma timplimentax programm finanzjarju iżda tfassal politika fit-tul. Il-modalità ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ arranġamenti ta’ pagament u l-istrateġiji ta’ kontroll b’rabta mar-rati ta’ erruri mhumiex applikabbli.
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom
Skont id-Direttiva ETS, il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni regolari tal-progress b’rakkomandazzjonijiet u b’miżuri addizzjonali possibbli.
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)
Din l-inizjattiva ma toħloqx kontrolli/riskji sinifikanti ġodda li ma jkunux koperti minn qafas ta’ kontroll intern eżistenti. Ma ġiet prevista l-ebda miżura speċifika lil hinn mill-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Ma ġiet prevista l-ebda miżura speċifika lil hinn mill-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’ nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali
|
Minn pajjiżi terzi oħra
|
dħul assenjat ieħor
|
|
3
|
09.02.03.00
|
Diff.
|
IVA
|
IVA
|
LE
|
IVA
|
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
Diff./Mhux diff.
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
Diff./Mhux diff.
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
·Linji baġitarji ġodda mitluba
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’ nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati u minn kandidati potenzjali
|
minn pajjiżi terzi oħra
|
dħul assenjat ieħor
|
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
Diff./Mhux diff.
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
Diff./Mhux diff.
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
Diff./Mhux diff.
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–✓
Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt
3.2.1.1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Numru
|
|
|
DĠ: <…….>
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
Linja baġitarja
|
Impenji
|
(1a)
|
|
|
|
|
0,000
|
|
|
Pagamenti
|
(2a)
|
|
|
|
|
0,000
|
|
Linja baġitarja
|
Impenji
|
(1b)
|
|
|
|
|
0,000
|
|
|
Pagamenti
|
(2b)
|
|
|
|
|
0,000
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
Linja baġitarja
|
|
(3)
|
|
|
|
|
0,000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ <…….>
|
Impenji
|
=1a+1b+3
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
Pagamenti
|
=2a+2b+3
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
Pagamenti
|
=2a+2b+3
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021-2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA <….>
|
Impenji
|
=4+6
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Pagamenti
|
=5+6
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
3.2.2.Output stmat iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (din it-taqsima ma għandhiex timtela mill-aġenziji deċentralizzati)
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Indika l-objettivi u l-outputs
|
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara t-Taqsima 1.6)
|
TOTAL
|
|
|
OUTPUTS
|
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1…
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTALI
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
–✓
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt
3.2.3.1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat
|
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL 2021 - 2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
INTESTATURA 7
|
|
Riżorsi umani
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
|
|
Riżorsi umani
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 7
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
|
TOTAL
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–✓
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani
–
Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt
3.2.4.1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat
L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time (FTEs, Full-Time Equivalent)
|
APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
• Persunal estern (f’FTEs)
|
|
20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linja ta’ appoġġ amministrattiv
[XX.01.YY.YY]
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet tal-UE
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
01 01 01 12 (AC, END - Riċerka diretta)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 7
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 7
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
TOTAL
|
0
|
0
|
0
|
0
|
3.2.5.Ħarsa ġenerali lejn l-impatt stmat fuq l-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali
Obbligatorju: fit-tabella ta’ hawn taħt għandha tiġi inkluża l-aħjar stima tal-investimenti relatati mat-teknoloġija diġitali li jirriżultaw mill-proposta/mill-inizjattiva.
B’mod eċċezzjonali, meta jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva, l-approprjazzjonijiet skont l-Intestatura 7 għandhom jiġu ppreżentati fil-linja ddeżinjata.
L-approprjazzjonijiet skont l-Intestaturi 1 sa 6 għandhom jiġu riflessi bħala “Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali”. Din in-nefqa tirreferi għall-baġit operazzjonali li għandu jintuża għall-użu mill-ġdid/għax-xiri/għall-iżvilupp ta’ pjattaformi/għodod tal-IT relatati direttament mal-implimentazzjoni tal-inizjattiva u mal-investimenti assoċjati tagħhom (eż. liċenzji, studji, ħżin ta’ data eċċ.). L-informazzjoni pprovduta f’din it-tabella għandha tkun konsistenti mad-dettalji ppreżentati fit-Taqsima 4 “Dimensjonijiet diġitali”.
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet diġitali u tal-IT
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
TOTAL QFP 2021 - 2027
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
|
INTESTATURA 7
|
|
Nefqa tal-IT (korporattiva)
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7
|
|
Nefqa tal-IT marbuta mal-politika fil-qafas ta’ programmi operazzjonali
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 7
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
|
|
|
TOTAL
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
0,000
|
3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/L-inizjattiva:
–✓
tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)
Ma hija meħtieġa l-ebda riżorsa addizzjonali. It-tim attwali se jkompli jimmaniġġa l-inizjattiva.
–
tirrikjedi l-użu tal-marġni mhux allokat skont l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif definiti fir-Regolament QFP
–
tirrikjedi reviżjoni tal-QFP
3.2.7.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/L-inizjattiva:
–✓
ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi
–
tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
Total
|
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
3.3.
Impatt stmat fuq id-dħul
–✓
Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–
Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–
fuq ir-riżorsi proprji
–
fuq dħul ieħor
–
indika jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa
miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
4.Dimensjonijiet diġitali
4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali
|
L-ebda rekwiżit ta’ rilevanza diġitali.
|
4.2.Data
|
Ma ġie identifikat l-ebda rekwiżit ta’ rilevanza diġitali.
|
4.3.Soluzzjonijiet diġitali
|
Ma ġie identifikat l-ebda rekwiżit ta’ rilevanza diġitali.
|
4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà
|
Ma ġie identifikat l-ebda rekwiżit ta’ rilevanza diġitali.
|
4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali
|
Ma ġie identifikat l-ebda rekwiżit ta’ rilevanza diġitali.
|