<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-670/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0670</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:272">EU:C:2020:272</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20200402">2.4.2020</DATE> – Kawża C‑670/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Comune di Gesturi</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20200402">2 ta’ April 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2000/78/KE</KEYWORD><KEYWORD>Projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq l-età</KEYWORD><KEYWORD>Sejħa pubblika għall-manifestazzjoni ta’ interess</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet għal parteċipazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni tal-persuni rtirati mis-setturi pubbliċi jew privati</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑670/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sardegna (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali għal Sardegna, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20180221">21 ta’ Frar 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20181029">29 ta’ Ottubru 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">CO</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Comune di Gesturi,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn L. S. Rossi, President tal-Awla, J. Malenovský u F. Biltgen (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: R. Schiano, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20191114">14 ta’ Novembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal CO, minn G. L. Machiavelli, F. Cocco Ortu u M. Tronci, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn M. Santoro u A. Jacoangeli, avvocati delle Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn E.-M. Mamouna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B.-R. Killmann u C. Valero, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-<DATE ISO="20001127">27 ta’ Novembru 2000</DATE> li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn CO u l-Comune di Gesturi (il-Komun ta’ Gesturi, l-Italja) dwar sejħa għal manifestazzjoni ta’ interess relatat ma’ inkarigu ta’ analiżi u ta’ konsulenza li jeskludi mill-parteċipazzjoni tagħha l-persuni rtirati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tagħha, id-Direttiva 2000/78 għandha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>[l-]iskop […] li tniżżel parametru ġenerali biex tikkumbatti diskriminazzjoni fuq bażi ta’ reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-impjieg u x-xogħol, bi skop li timplimenta fl-Istati Membri il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskop ta’ din id-Direttiva, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> għandu jfisser li m’għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta għall-ebda raġuni msemmija fl-Artikolu 1.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għandu jitqies li jkun hemm diskriminazzjoni diretta meta persuna tiġi trattata b’mod inqas favorevoli milli kienet tiġi trattata oħra f’sitwazzjoni simili, għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>għandu jitqies li jkun hemm diskriminazzjoni indiretta meta fejn dispożizzjoni, kriterju jew prattika apparentement newtrali tkun tqiegħed persuni li għandhom reliġjon jew twemmin partikolari, diżabilità partikolari, età partikolari, jew orjentazzjoni sesswali partikolari, partikolari fi żvantaġġ partikolari a paragun ma’ persuni oħra ħlief:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>meta dik id-dispożizzjoni, jew dak il-kriterju jew prattika jkunu oġġettivament iġġustifikati minn skop leġittimu u l-mezzi li tintlaħaq ikun approprjati u neċessarji […]</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Il-Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-limiti tal-kompetenzi konferiti lill-[Unjoni Ewropea], din id-Direttiva għandha tapplika għall-persuni kollha, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat, inklużi korpi pubbliċi, f’dak li jirrigwarda:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-impjieg, għal xogħol ta’ min jaħdem għal rasu u għal xogħol ieħor, inklużi l-kriterji ta’ għażla u l-kondizzjonijiet ta’ reklutaġġ, ikun xi jkun il-qasam ta’ attività u fil-livelli kollha tal-ġerarkija professjonali, inkluża l-promozzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-kundizzjonijiet għall-impjieg u tax-xogħol, inklużi sensji u paga;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(1) tal-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Minkejja l-Artikolu 2(1) u (2), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li differenza ta’ trattament li hija bbażata fuq karatteristika relatata ma’ kwalunkwe bażi msemmija fl-Artikolu 1 m’għandhiex tikkostitwixxi diskriminazzjoni meta, minħabba n-natura ta’ attivitajiet partikulari tax-xogħol ikkonċernati jew il-kuntest li fihom jitwettqu, din il-karatteristika tikkostitwixxi ħtieġa ġenwina u determinanti tax-xogħol, sakemm l-għan ikun leġittimu u proporzjonat.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/78, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Il-ġustifikazzjoni għal trattament differenti fuq bażi ta’ età<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, fil-paragrafu 1 tiegħu jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Minkejja l-Artikolu 2(2), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li trattament differenti fuq bażi ta’ età m’għandux jikkostitwixxi diskriminazzjoni, jekk, fil-kuntest tal-liġi nazzjonali, hu objettivament u raġonevolment iġġustifikat b’għan leġittimu, inkluża politika leġittima ta’ l-impjieg, tas-suq tax-xogħol u ta’ objettivi ta’ taħriġ professjonali, u jekk il-mezzi biex jintlaħqu dawk l-għanjiet ikunu approprjati u neċessarji.</P><P>Dan it-trattament differenti jista’ b’mod partikolari jinkludi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-istabbiliment ta’ kondizzjonijiet speċjali għall-aċċess għall-impjieg u t-taħriġ professjonali, l-impjieg u x-xogħol, inkluzi l-kundizzjonijiet ta’ sensji u pagi, għaż-żgħażagħ, ħaddiema ta’ età, u persuni li jkollhom responsabbilitajiet li jieħdu ħsieb persuni oħra sabiex jippromwovu l-integrazzjoni professjonali tagħhom jew jiżguraw il-protezzjoni tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>L-iffissar ta’ kondizzjonijiet minimi ta’ età, esperjenza professjonali jew anzjanità f’servizz għall-aċċess ta’ mpjieg jew għal ċerti vantaġġi marbuta ma’ l-impjieg;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>l-iffissar ta’ età massima għal reklutaġġ li tkun ibbażata fuq ħtiġiet ta’ formazzjoni tal-post inkwistjoni jew fuq il-ħtieġa ta’ perijodu raġjonevoli ta’ mpjieg qabel l-irtirar.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(9) tad-decreto-legge <DATE ISO="20120706">6 luglio 2012</DATE>, n. 95, convertito con modificazioni dalla legge <DATE ISO="20120807">7 agosto 2012</DATE>, n. 135 (id-Digriet-Liġi Nru 95, tas-<DATE ISO="20120706">6 ta’ Lulju 2012</DATE>, ikkonvertit f’liġi, b’emendi, mil-Liġi Nru 135 tas-<DATE ISO="20120807">7 ta’ Awwissu 2012</DATE> (suppliment ordinarju għal GURI Nru 156, tas-<DATE ISO="20120706">6 ta’ Lulju 2012</DATE>)) fil-verżjoni emendata tagħha mill-Artikolu 6 tad-decreto-legge 24 guigno 2014, n. 90, convertito dalla legge <DATE ISO="20140811">11 agosto 2014</DATE>, n. 114 (id-Digriet-Liġi Nru 90, tal-<DATE ISO="20140624">24 ta’ Ġunju 2014</DATE>, ikkonvertit f’liġi mil-Liġi Nru 114, tal-<DATE ISO="20140811">11 ta’ Awwissu 2014</DATE> (suppliment ordinarju għal GURI Nru 190, tat-<DATE ISO="20140818">18 ta’ Awwissu 2014</DATE>)) (iktar ’il quddiem id-Digriet-Liġi Nru 95/2012”), jirregola l-għoti ta’ inkarigi ta’ analiżi u ta’ konsulenza mill-awtoritajiet pubbliċi, billi jipprojbixxihom, b’mod partikolari, li jagħtu tali inkarigi lill-persuni rtirati mis-settur privat u pubbliku. Huwa pprojbit ukoll għalihom li jagħtu lil dawn il-persuni rtirati pożizzjonijiet superviżorji jew maniġerjali jew pożizzjonijiet f’korpi maniġerjali ta’ dawn l-awtoritajiet, kif ukoll ta’ impriżi u kumpanniji li dawn tal-aħħar jikkontrollaw, bl-eċċezzjoni tal-funzjonijiet ta’ membru tal-kunsill ta’ awtorità ta’ impriżi territorjali u ta’ membru jew detentur ta’ korpi eletti minn ċerti impriżi. Madankollu huwa permess li dawn il-pożizzjonijiet, inkarigi u kollaborazzjonijiet jistgħu jingħatawlhom meta huma jeżerċitaw b’mod benevolu. Minbarra dan, huwa speċifikat, fir-rigward ta’ pożizzjonijiet superviżorji jew maniġerjali, u bla ħsara għan-natura benevola tagħhom, li t-tul tal-mandati ma jistax jeċċedi sena, mingħajr il-possibbiltà ta’ estenzjoni u lanqas ta’ tiġdid, mingħand l-istess awtorità.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20171228">28 ta’ Diċembru 2017</DATE>, il-Komun ta’ Gesturi ppubblika sejħa għal manifestazzjoni ta’ interess għal għoti ta’ inkarigi ta’ analiżi u ta’ konsulenza għaċ-ċentru ta’ reċiklaġġ tal-komun.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kundizzjonijiet għal parteċipazzjoni, din is-sejħa għal manifestazzjoni kien fiha klawżola li teħtieġ lill-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Kwalifika fil-mediċina u kirurġija – Speċjalizzazzjoni fl-iġjene – Esperjenza kkonfermata ta’ ġestjoni fis-Servizio Sanitario Nazionale [is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa, l-Italja] ta’ mill-inqas ħames snin – Li ma jkunux impjegati tas-settur privat jew tas-settur pubbliku rtirati<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Avolja CO kien jissodisfa l-ħtiġijiet kollha professjonali ddikjarati fl-imsemmija sejħa għal manifestazzjoni, huwa ma ġiex awtorizzat jipparteċipa fil-proċedura minħabba li huwa rtirat fis-settur pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Jekk wieħed iqis li l-klawżola li teskludi miċ-ċirklu ta’ kandidati potenzjalment ammissibbli l-persuni rtirati jikkostitwixxu diskriminazzjoni indiretta skont l-età u għandu, għaldaqstant, jiġi ddikjarat illegali, saħansitra null, CO ppreżenta rikors kontra s-sejħa għal manifestazzjoni ta’ interess inkwistjoni fil-kawża prinċipali quddiem it-Tribunale amministrativo regionale per la Sardegna (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali għal Sardegna, l-Italja)</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fir-rikors tiegħu, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali jsostni li l-Artikolu 5(9) tad-Digriet-Liġi Nru 95/2012, li jipprojbixxi lill-awtoritajiet pubbliċi li jagħtu inkarigi ta’ analiżi u ta’ konsulenza lill-irtirati fis-settur privat u fis-settur pubbliku, għandu jiġi eskluż bħala li jmur kontra d-Direttiva 2000/78. Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni tikser l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-imsemmi rikorrent jallega li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali toħloq diskriminazzjoni indiretta, li ma tista’ tkun iġġustifikata minn ebda għan leġittimu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kompatibbiltà tad-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali mal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 2000/78. Fil-każ li jikkonċerna effettivament diskriminazzjoni indiretta, hija toħroġ dubji fir-rigward tal-eżistenza ta’ ġustifikazzjoni possibbli, fis-sens tal-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva. Fil-fatt, huwa improbabbli li l-inkarigi ta’ analiżi u ta’ konsulenza, li jippreżentaw ċertu kumplessità u jeħtieġu ċerta esperjenza, jistgħu jiġu segwiti sew minn persuni li jibdew il-karriera professjonali tagħhom. Miżura li teskludi mill-għoti ta’ tali inkarigi il-persuni rtirati hija, għaldaqstant, inadegwata fid-dawl tal-għan segwit, li tikkonsisti f’li wieħed jiffavorixxi t-tiġdid tal-persunal permezz tar-reklutaġġ ta’ persuni iżgħar fl-età.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale amministrativo regionale per la Sardegna (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali għal Sardegna) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni msemmi fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva [2000/78] jipprekludi d-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 5(9) tad-Digriet Liġi Nru [95/2012, li tipprojbixxi lill-awtoritajiet pubbliċi milli jagħtu inkarigi ta’ analiżi u ta’ konsulenza lil persuni li rtiraw wara li jkunu ħadmu fis-settur privat u f’dak pubbliku?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk id-Direttiva 2000/78 għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-awtoritajiet pubbliċi milli jagħtu inkarigi ta’ analiżi u ta’ konsulenza lill-persuni rtirati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar, f’dak li jikkonċerna l-argument invokat mir-rikorrent fil-kawża prinċipali, ibbażat fuq il-fatt li l-qorti tar-rinviju naqset milli tanalizza d-domanda fid-dawl tal-prinċipju ta’ provvista libera tas-servizzi, li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li hija applikabbli mingħajr distinzjoni għaċ-ċittadini taljani u għaċ-ċittadini tal-Istati Membri l-oħra, tista’ biss, bħala regola ġenerali, tirrileva dispożizzjonijiet dwar il-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat FUE sa fejn tapplika għal sitwazzjonijiet li għandhom rabta mal-iskambji bejn Stati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Berlington Hungary <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑98/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:386">EU:C:2015:386</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190604">4 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Pólus Vegas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑665/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:477">EU:C:2019:477</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Issa, dan ma huwiex il-każ f’dan il-każ, peress li l-elementi kollha tal-kawża huma limitati ġewwa Stat Membru wieħed, jiġifieri r-Repubblika Taljana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju, għandu jiġi vverifikat jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78 u, fil-każ li dan huwa l-każ, jekk din tikkostitwixxix trattament differenti, ibbażat fuq l-età li tista’, fejn applikabbli, tiġi kkunsidrata li hija ġġustifikata fid-dawl tal-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-kwistjoni jekk il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prin ċipali taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78, jirriżulta, kemm mit-titolu u mill-preambolu kif ukoll mill-kontenut u mill-għan ta’ din id-direttiva, li din hija intiża li tistabbilixxi kuntest ġenerali biex tiżgura lil kull persuna l-ugwaljanza fit-trattament <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, billi toffrilu protezzjoni effikaċi kontra d-diskriminazzjonijiet ibbażati fuq wieħed mill-motivi msemmija fl-Artikolu 1 tagħha, li fosthom tidher l-età (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090618">18 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Hütter</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑88/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:381">EU:C:2009:381</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101012">12 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Ingeniørforeningen i Danmark</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑499/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:600">EU:C:2010:600</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 3(1)(a) u (ċ) tad-Direttiva 2000/78 jirriżulta b’mod partikolari li din tapplika, fil-kuntest ta’ kompetenzi devoluti lill-Unjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>għall-persuni kollha, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat, inklużi korpi pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, f’dak li jirrigwarda, min-naħa waħda, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>il-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-impjieg […] inklużi l-kriterji ta’ għażla u l-kondizzjonijiet ta’ reklutaġġ<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, u, min-naħa l-oħra, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>il-kundizzjonijiet għall-impjieg u tax-xogħol, inklużi sensji u paga<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090618">18 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Hütter</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑88/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:381">EU:C:2009:381</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100112">12 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Petersen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑341/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:4">EU:C:2010:4</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, b’mod ġenerali, lill-awtoritajiet pubbliċi li jagħtu inkarigi ta’ analiżi u ta’ konsulenza lill-persuni li huma rtirati, twassal li teskludi dawn il-persuni minn kull reklutaġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li tali leġiżlazzjoni taffettwa direttament il-formazzjoni tar-rapport tax-xogħol u, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, l-eżerċizzju, mill-persuni kkonċernati, ta’ ċerti attivitajiet professjonali u għandu, għaldaqstant, jitqies bħala li jistabbilixxi regoli dwar il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-impjieg, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk din il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tinkludix trattament differenti bbażat fuq l-età fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2000/78, għandu jitfakkar li, skont din id-dispożizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>‘il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament’ għandu jfisser li m’għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta għall-ebda raġuni msemmija fl-Artikolu 1<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> ta’ din id-direttiva. L-Artikolu 2(2)(a) tal-imsemmija direttiva jippreċiża li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu 2, għandu jitqies li jkun hemm diskriminazzjoni<?PAGE NO="6"?> diretta meta persuna tiġi ttrattata b’mod inqas favorevoli minn persuna oħra f’sitwazzjoni simili, għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tal-istess direttiva. Id-diskriminazzjoni indiretta hija ddefinita fl-Artikolu 2(2)(b), tad-Direttiva 2000/78, bħala waħda li tkopri sitwazzjonijiet fejn dispożizzjoni, kriterju jew prattika apparentement newtrali tkun tqiegħed persuni li għandhom diżabbiltà, età partikolari, fi żvantaġġ partikolari a paragun ma’ persuni oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li, ċertament, l-Artikolu 5 tad-Digriet-Liġi Nru 95/2012 ma jsemmix direttament età determinata. Fil-fatt, l-esklużjoni tal-parteċipazzjoni għal sejħiet għal manifestazzjoni ta’ interess fid-dawl tal-għoti ta’ inkarigi ta’ analiżi u ta’ konsulenza mill-awtoritajiet pubbliċi japplika għal persuni kollha rtirati, avolja l-età li għaliha dawn setgħu jibbenefikaw minn pensjoni ta’ rtirar ma hijiex l-istess għal dawn il-persuni kollha, peress li dan seta’ jiġi inkluż, skont l-osservazzjonijiet ippreżentati mill-Gvern Taljan matul is-seduta, bejn 60 u 75 sena. Madankollu, billi tagħmel riferiment għall-irtirar, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tibbaża indirettament fuq kriterju marbut mal-età, peress li l-benefiċċju ta’ pensjoni ta’ rtirar hija suġġetta għat-twettiq ta’ ċertu numru ta’ snin ta’ xogħol u għall-kundizzjoni li ntlaħqet ċerta età.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Issa, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-persuni rtirati milli jipparteċipaw għal sejħiet għal manifestazzjoni ta’ interess għall-għoti, mill-awtortajiet pubbliċi, ta’ inkarigi ta’ analiżi u ta’ konsulenza għandha titqies bħala li timponi lil ċerti persuni trattament inqas favorevoli minn dak riżervat għall-persuni kollha li għadhom jeżerċitaw attività professjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Tali leġiżlazzjoni tistabbilixxi, konsegwentement, diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq l-età tal-persuna kkonċernata, bid-differenza, b’mod partikolari, ta’ dik inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150521">21 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>SCMD</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑262/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:336">EU:C:2015:336</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li tapplika skont l-istatus jew il-kategorija soċjoprofessjonali li fiha taqa’ l-persuna kkonċernata fil-livell nazzjonali, li tipprojbixxi l-kumulazzjoni tal-pensjoni tal-irtirar miġbura flimkien ma’ dħul ibbażat fuq attività professjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tistabbilixxi differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età, fis-sens tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikoli 1 u 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tal-kwistjoni jekk din id-differenza fit-trattament tistax tiġi ġġustifikata fid-dawl tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/78, għandu jiġi rrilevat li l-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu 6 jiddikjara li trattament differenti fuq bażi ta’ età ma għandux jikkostitwixxi diskriminazzjoni, jekk, fil-kuntest tal-liġi nazzjonali, hu objettivament u raġonevolment iġġustifikat b’għan leġittimu, inkluża politika leġittima tal-impjieg, tas-suq tax-xogħol u ta’ objettivi ta’ taħriġ professjonali, u jekk il-mezzi biex jintlaħqu dawk l-għanjiet ikunu approprjati u neċessarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>L-imsemmi Artikolu 6 jippreċiża wkoll li dawn id-differenzi ta’ trattament jistgħu b’mod partikolari jinkludu l-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet speċjali ta’ aċċess għall-impjieg għaż-żgħar fl-età jew l-iffissar ta’ età massima għar-reklutaġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mi-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha bħala għan li tiżgura t-tiġdid tal-persunal permezz tar-reklutaġġ ta’ persuni żgħar fl-età. Barra minn hekk, mill-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Gvern Taljan jirriżulta li l-Artikolu 5. tad-Digriet-Liġi Nru 95/2012 isegwi għan doppju, jiġifieri, min-naħa waħda, jimplimenta reviżjoni effettiva tal-ispiża pubblika permezz tat-tnaqqis tal-ispejjeż tal-funzjonament tal-awtorità pubblika, mingħajr ma jippreġudika s-sostanza tas-servizzi provduti liċ-ċittadini, u minn naħa l-oħra, jiffaċilita t-tiġdid tal-persunal tal-awtoritajiet pubbliċi, billi jiffavorixxi l-aċċess ta’ persuni iżgħar fl-età għas-servizz pubbliku.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, qabelxejn, li l-invokazzjoni fl-istess waqt ta’ diversi għanijiet, li huma marbutin waħda mal-oħra, ikunu kklassifikati b’ordni ta’ importanza, ma jikkostitwixxix ostakolu għall-eżistenza ta’ għan leġittimu, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Fuchs u Köhler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑159/10 u C‑160/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:508">EU:C:2011:508</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn dan, għalkemm kunsiderazzjonijiet ta’ ordni baġitarja jistgħu jkunu l-bażi tal-għażliet ta’ politika soċjali ta’ Stat Membru u jinfluwenzaw in-natura jew il-portata tal-miżuri ta’ protezzjoni tal-impjieg li jixtieq jadotta, huma ma jistgħux madankollu jikkostitwixxu huma stess għan segwit minn din il-politika (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Giersch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑20/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:411">EU:C:2013:411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-għan ta’ tnaqqis effettiv tal-ispiża pubblika, sa fejn l-Artikolu 5 tad-Digriet-Liġi Nru 95/2012 jagħmel parti, f’kuntest ekonomiku ġenerali, miżuri neċessarji sabiex inaqqsu d-defiċits eċċessivi tal-awtorità pubblika Taljana u intiż, iktar preċiżament, li jevita kumulu ta’ salarji u ta’ pensjonijiet ta’ rtirar li ġejjin mill-fondi pubbliċi, jista’ jinfluwenza n-natura jew il-portata tal-miżuri ta’ protezzjoni tal-impjieg, iżda ma jistax jikkostitwixxi, fih innifsu, għan leġittimu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Inkwantu għal għan li jikkonsisti f’li jiżgura tiġdid tal-persunal fl-attività, għandu jitfakkar li l-leġittimità ta’ tali għan ta’ interess ġenerali fid-dawl tal-politika tal-impjieg ma tistax titqiegħed raġonevolament fid-dubju, peress li jidher fost l-għanijiet espressament iddikjarati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 u li, konformi mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) TUE, il-promozzjoni ta’ livell ta’ impjieg għoli jikkostitwixxi wieħed mill-għanijiet segwiti mill-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071016">16 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Palacios de la Villa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑411/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:604">EU:C:2007:604</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-promozzjoni tar-reklutaġġ jikkonsisti bla dubju għan leġittimu ta’ politika soċjali jew tal-impjieg tal-Istati Membri, b’mod partikolari meta jirrigwarda li jitjiebu ċ-ċansijiet ta’ dħul fil-ħajja attiva ta’ ċerti kategoriji ta’ ħaddiema, b’mod partikolari li jiġi ffavorit l-aċċess taż-żgħar fl-eżerċizzju ta’ professjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071016">16 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Palacios de la Villa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑411/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:604">EU:C:2007:604</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad- <REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170719">19 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Abercrombie &amp; Fitch Italia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑143/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:566">EU:C:2017:566</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>B’mod partikolari, huwa ġġustifikat, bħala deroga mill-prinċipju ta’ projbizzjoni tad-diskriminazzjonijiet ibbażati fuq l-età, li jiġu stabbiliti differenzi fit-trattament marbutin mal-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-impjieg, meta l-għan intiż jikkonsisti f’li tiġi stabbilita struttura ta’ età bbilanċjata bejn uffiċjali żgħar u uffiċjali ikbar fl-età, sabiex jiġi ffavorit ir-reklutaġġ u l-promozzjoni taż-żgħar fl-età (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Fuchs u Köhler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑159/10 u C‑160/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:508">EU:C:2011:508</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-għanijiet tal-politika tal-impjieg segwiti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhom, fil-prinċipju, jitqiesu bħala li jistgħu jiġġustifikaw oġġettivament u raġonevolment differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jiġi vverifikat, skont il-kliem innifishom tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78, jekk il-mezzi implimentati sabiex jintlaħaq it-tali għan leġittimu humiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>approprjati [xierqa] u neċessarji<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>B’hekk, għandu jiġi vverifikat jekk l-Artikolu 5 tad-Digriet-Liġi Nru 95/2012 jippermetti li jintlaħqu l-għanijiet tal-politika tal-impjieg segwiti mil-leġiżlatur mingħajr għaldaqstant ma jippreġudika eċċessivament l-interessi leġittimi tal-persuni rtirati, li jinsabu, b’effett ta’ din id-dispożizzjoni, imċaħħda minn possibbiltà ta’ reklutaġġ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Istati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ fl-għażla mhux biss ta’ għan partikolari minn fost diversi għanijiet fil-qasam tal-politika soċjali u tal-impjieg, iżda wkoll fl-adozzjoni tal-miżuri sabiex jintlaħaq tali għan (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051122">22 ta’ Novembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Mangold</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑144/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:709">EU:C:2005:709</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071016">16 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Palacios de la Villa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑411/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:604">EU:C:2007:604</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Madankollu, dan il-marġni ta’ diskrezzjoni ma jistax ikollu l-effett li jneħħi s-sinjifikat tal-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażat fuq l-età (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101012">12 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Ingeniørforeningen i Danmark</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑499/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:600">EU:C:2010:600</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huma l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li għandhom isibu bilanċ ġust bejn l-interessi varji fil-preżenza (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071016">16 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Palacios de la Villa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑411/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:604">EU:C:2007:604</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni skont l-età għandha tinqara fid-dawl tad-dritt għax-xogħol irrikonoxxut fl-Artikolu 15(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Minn dan jirriżulta li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-parteċipazzjoni tal-ħaddiema anzjani fil-ħajja professjonali u, b’hekk, fil-ħajja ekonomika, kulturali u soċjali. Iż-żamma ta’ dawn il-persuni fil-ħajja attiva tiffavorixxi b’mod partikolari d-diversità fl-impjieg. Madankollu, l-interess li dawn il-persuni jinżammu attivi għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fid-dawl ta’ interessi oħra li jistgħu jkunu eventwalment interessi diverġenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Fuchs u Köhler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑159/10 u C‑160/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:508">EU:C:2011:508</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120705">5 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Hörnfeldt</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑141/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:421">EU:C:2012:421</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi ddeterminat jekk il-leġiżlatur, fl-eżerċizzju tal-marġni wiesa’ ta’ evalwazzjoni li għandu fil-qasam tal-politika soċjali u tal-impjieg, fittex li jilħaq bilanċ bejn ir-rieda li jiffavorixxi l-aċċess tal-ħaddiema żgħar fl-età għall-impjieg u l-osservanza tad-dritt tal-persuni iktar anzjani li jaħdmu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>B’hekk, fir-rigward tal-għan intiż li jikkonsisti, b’mod ġenerali, li jiżgura t-tiġdid tal-populazzjoni attiva okkupata, jista’ jiġi sostnut li tali għan ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju, peress li jista’ jiġi raġonevolment maħsub li jiġi rrifjutat ir-reklutaġġ ta’ persuni rtirati, sabiex jiġi promoss l-impjieg sħiħ tal-populazzjoni attiva jew li jiffavorixxi l-aċċess għas-suq tax-xogħol lill-persuni iżgħar fl-età.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kif ġie rrilevat mill-qorti tar-rinviju, ma huwiex ċert li l-miżura inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonsisti fil-projbizzjoni lill-persuni rtirati li jipparteċipaw fil-manifestazzjonijiet ta’ interess għall-għoti ta’ inkarigi ta’ analiżi u ta’ konsulenza tippermetti effettivament li ttejjeb iċ-ċansijiet ta’ dħul fil-ħajja attiva tal-persuni l-iżgħar fl-età. Fil-fatt, l-eżekuzzjoni ta’ inkarigi ta’ analiżi u ta’ konsulenza li jistgħu jirrivelaw ruħhom delikati u kumplessi, persuna iktar anzjana hija probabbilment f’sitwazzjoni aħjar, fid-dawl tal-esperjenza li hija kisbet, sabiex tissodisfa l-inkarigu li ngħatalha. Għaldaqstant, ir-reklutaġġ tagħha hija ta’ benefiċċju kemm għall-awtorità pubblika fl-oriġini tal-manifestazzjoni ta’ interess kif ukoll fir-rigward tal-interess ġenerali. Għalkemm tiġdid tal-persunal fl-attività jista’ jintervjeni fil-każ fejn persuni għandhom diġà ċerta esperjenza li jimmanifestaw l-interess tagħhom għall-eżekuzzjoni ta’ tali inkarigi, billi b’hekk jippermetti lil ħaddiem iżgħar fl-età, li ser jiġu warajhom fl-impjieg li ser jispiċċaw minnu, li jaċċedu għas-suq tax-xogħol, għad hemm bżonn li dawn l-inkarigi ta’ analiżi u ta’ konsulenza ma jikkorrispondux għall-impjiegi iżolati, għal żmien determinat u li ma joffru ebda possibbiltà ta’ żvilupp professjonali sussegwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hemm lok li jiġi vverifikat jekk il-projbizzjoni inkwistjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħaq l-għan segwit, billi tippreġudika eċċessivament il-pretenzjonijiet leġittimi tal-persuni rtirati, peress li hija bbażata biss fuq il-kriterju tal-età li tippermeti li jiġi bbenefikat minn pensjoni ta’ rtirar u ma tiħux inkunsiderazzjoni n-natura raġonevoli jew le tal-livell tal-pensjoni ta’ rtirar li minnhom il-persuni kkonċernati jibbenefikaw fl-aħħar tal-karriera professjonali tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Issa, teħid inkunsiderazzjoni tal-livell tal-pensjoni tal-irtirar li minnu jistgħu jibbenefikaw il-persuni kkonċernati huwa rilevanti, peress li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tippermetti lil dawn il-persuni li jokkupaw pożizzjonijiet ta’ sorveljanza u ta’ tmexxija għal żmien determinat u bħala volontarji, skont il-kunsiderazzjonijiet ta’ ordni baġitarju invokati mill-Gvern Taljan fl-istess waqt għall-għan ta’ politika tal-impjieg ibbażat fuq tiġdid tal-persunal fl-attività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Hija l-qorti nazzjonali li hija kompetenti biss biex tevalwa l-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali u biex tinterpreta l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, li tivverifika jekk il-projbizzjoni magħmula għal persuni rtirati li jipparteċipaw għall-manifestazzjonijiet ta’ interess fid-dawl tal-għoti ta’ inkarigi ta’ analiżi u ta’ konsulenza hija xierqa li tiggarantixxi t-twettiq tal-għan invokat u tirrispondi tassew għat-tħassib li tintlaħaq b’mod koerenti u sistematiku (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090310">10 ta’ Marzu 2009</DATE>, <NAME.CASE>Hartlauer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑169/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:141">EU:C:2009:141</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100112">12 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Petersen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑341/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:4">EU:C:2010:4</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, huwa l-obbligu tagħha, b’mod partikolari, li tivverifika jekk il-possibbiltà li jingħataw pożizzjonijiet ta’ sorveljanza u ta’ tmexxija okkupati b’mod volontarju ma jikkostitwixxix, fir-realtà, għan ta’ politika baġitarja segwit mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jinsab f’kuntradizzjoni mal-għan ta’ politika tal-impjieg ibbażat fuq it-tiġdid tal-persunal fl-attività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, għandha tingħata risposta għad-domanda magħmula li d-Direttiva 2000/78, b’mod partikolari l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 6(1) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-awtoritajiet pubbliċi li jagħtu inkarigi ta’ analiżi u ta’ konsulenza lill-persuni rtirati, sa fejn, minn naħa, din il-leġiżlazzjoni ssegwi għan leġittimu ta’ politika tal-impjieg u tas-suq tax-xogħol u, min-naħa l-oħra, il-mezzi implimentati biex jitwettaq dan l-għan huma xierqa u neċessarji. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwa effettivament il-każ fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-<DATE ISO="20001127">27 ta’ Novembru 2000</DATE> li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, b’mod partikolari l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 6(1) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-awtoritajiet pubbliċi li jagħtu inkarigi ta’ analiżi u ta’ konsulenza lill-persuni rtirati, sa fejn, minn naħa, din il-leġiżlazzjoni ssegwi għan leġittimu ta’ politika tal-impjieg u tas-suq tax-xogħol u, min-naħa l-oħra, il-mezzi implimentati biex jitwettaq dan l-għan huma xierqa u neċessarji. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwa effettivament il-każ fil-kawża prinċipali.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>