|
17.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 383/99 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE dwar l-iffissar tal-livell massimu ta’ aċidu erukiku fiż-żjut u x-xaħmijiet u r-Regolament (KE) Nru 320/2006 li jistabilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor”
[COM(2015) 174 final – 2015/0090 COD]
(2015/C 383/14)
Nhar is-27 ta’ April 2015 u l-11 ta’ Mejju 2015, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
“Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE dwar l-iffissar tal-livell massimu ta’ aċidu erukiku fiż-żjut u x-xaħmijiet u r-Regolament (KE) Nru 320/2006 li jistabilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor”
[COM(2015) 174 final – 2015/0090 COD].
Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa sodisfaċenti u li m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul il-509 sessjoni plenarja tiegħu tal-1 u t-2 ta’ Lulju 2015 (seduta tal-1 ta’ Lulju), li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.
Brussell, l-1 ta’ Lulju 2015
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE