Brussell, 18.4.2018

COM(2018) 196 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore


ANNESS 2-A

ELIMINAZZJONI TA’ DAZJI DOGANALI

1.    Id-dazji doganali kollha minn Parti fuq prodotti li joriġinaw fil-Parti l-oħra għandhom jitneħħew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, ħlief kif previst mod ieħor fl-Iskedi rispettivi tal-Parti inklużi f’dan l-Anness.

2.    Il-kategoriji tal-fażijiet li ġejjin japplikaw għall-eliminazzjoni tad-dazji doganali minn kull Parti skont l-Artikolu 2.6 (Tnaqqis u/jew Tneħħija tad-Dazji Doganali fuq l-Importazzjonijiet) għal dawk id-dazji doganali mhux eliminati mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim:

(a)    dazji doganali fuq prodotti ta’ oriġini msemmijin fil-partiti fil-kategorija ta’ fażi “3” fi Skeda ta’ Parti għandhom jitneħħew f’erba’ fażijiet annwali ugwali li jibdew fid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim, u prodotti bħal dawn għandhom, minn dakinhar’ il quddiem, ikunu ħielsa minn kull dazju doganali;

(b)    dazji doganali fuq prodotti ta’ oriġini msemmijin fil-partiti fil-kategorija ta’ fażi “5” fi Skeda ta’ Parti għandhom jitneħħew f’sitt fażijiet annwali ugwali li jibdew fid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim, u prodotti bħal dawn għandhom, minn dakinhar’ il quddiem, ikunu ħielsa minn kull dazju doganali;

(c)    l-ebda obbligu taħt dan il-Ftehim rigward dazji doganali fir-rigward ta’ oġġetti fil-kategorija tal-fażi “X”.



3.    F’dak li għandu x’jaqsam ma’ prodotti taħt kodiċi tariffarju partikolari, ir-rata bażi tad-dazju doganali u l-kategorija tal-fażi għad-determinazzjoni tar-rata interim tad-dazju doganali f’kull stadju tat-tnaqqis huma indikati għal dak il-kodiċi tat-tariffa fl-Iskeda ta’ kull Parti.

4.    Għall-finijiet tal-paragrafu 2, ir-rati tad-dazji doganali fl-istadji interim għandhom jitqarrbu ‘l isfel, għallinqas sal-eqreb deċimu ta’ punt perċentwali u/jew, fil-każ tal-Unjoni, sal-eqreb ċenteżmu Euro, fejn applikabbli.

5.    Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u ta’ Skeda ta’ Parti, kull tnaqqis annwali għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sena rilevanti, kif definit fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Anness.

6.    Għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness:

(a)    “l-ewwel sena” tfisser il-perjodu ta’ tnax-il xahar li jibda fid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim;

(b)    “it-tieni sena” tfisser il-perjodu ta’ tnax-il xahar li jibda fl-ewwel anniversarju li fih jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim;

(c)    “it-tielet sena” tfisser il-perjodu ta’ tnax-il xahar li jibda fit-tieni anniversarju li fih jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim;

(d)    “ir-raba’ sena” tfisser il-perjodu ta’ tnax-il xahar li jibda fit-tielet anniversarju li fih jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim;



(e)    “il-ħames sena” tfisser il-perjodu ta’ tnax-il xahar li jibda fir-raba’ anniversarju li fih jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim.

7.    Appendiċijiet 2-A-1 u 2-A-2 jiffurmaw parti integrali ta’ dan l-Anness.



SKEDA TARIFFARJA TA’ SINGAPORE

Appendiċi 2-A-1

Skeda ta' Eliminazzjoni ta' Dazji Doganali - Singapore

1.    Id-dispożizzjonijiet ta’ din l-Iskeda huma imfissra f’termini ta’ Klassifikazzjoni tal-Kummerċ ta’ Singapore, Dazji Doganali u Sisa (minn hawn’ il quddiem imsejħa “STCCE”), u l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din l-Iskeda, inkluża l-kopertura tal-prodott tas-subintestaturi ta’ din l-Iskeda, għandhom ikunu regolati min-Noti Ġenerali, Noti tat-Taqsima, min-Noti in-noti STCCE. Diment li d-dispożizzjonijiet ta’ din l-Iskeda huma identiċi għad-dispożizzjonijiet korrispondenti STCCE, id-dispożizzjonijiet ta’ din l-Iskeda għandu jkollhom l-istess tifsira tad-dispożizzjonijiet korrespondenti STCCE.

2.    Skont l-Artikolu 2.6 (Tnaqqis u/jew Tneħħija tad-Dazji Doganali fuq l-Importazzjonijiet), Singapore għandha telimina d-dazji doganali kollha fuq il-prodotti kollha ta’ oriġini mill-Unjoni mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.



SKEDA TARIFFARJA TAL-UNJONI

Appendiċi 2-A-2

Skeda ta' Eliminazzjoni ta' Dazji Doganali - L-Unjoni

Noti ġenerali

1.    Rabta man-Nomenklatura Magħquda (minn hawn’ il quddiem imsemmija “NM”) tal-Unjoni: id-dispożizzjonijiet ta’ din l-Iskeda huma ġeneralment imfissra f’termini tan-NM, u l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din l-Iskeda, inkluża l-kopertura tal-prodott tas-subintestaturi ta’ din l-Iskeda, għandhom ikunu regolati min-Noti Ġenerali, Noti tat-Taqsima, u n-Noti tal-Kapitoli tan-NM. Diment li d-dispożizzjonijiet ta’ din l-Iskeda huma identiċi għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tan-NM, id-dispożizzjonijiet ta’ din l-Iskeda għandu jkollhom l-istess tifsira tad-dispożizzjonijiet korrespondenti tal-NM.

2.    Rati Bażi ta’ Dazji Doganali: ir-rati bażi ta’ dazju doganali stabbiliti f’din l-Iskeda jirriflettu tal-Komunità Ewropea dwar ir-rati ta’ dazji tat-Tariffa Doganali Komuni fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010.

3.    Skont l-Artikolu 2.6 (Tnaqqis u/jew Tneħħija tad-Dazji Doganali fuq l-Importazzjonijiet), l-Unjoni għandha telimina d-dazji doganali fuq il-prodotti kollha ta’ oriġini minn Singapore taħt dan il-Ftehim, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim ħlief għal dawk imniżżla fl-iskeda tariffarja tal-Unjoni.



Sistema ta' prezzijiet tad-dħul

4.    Il-paragrafi 5 sa 7 ta’ dan l-Anness jistabbilixxi l-modifiki għall-iskema tal-prezz ta’ dħul li l-Unjoni tapplika għal ċertu frott u ħaxix skont it-Tariffa Doganali Komuni prevista fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 927/2012 tad-9 ta’ Ottubru 2012 (u l-atti suċċessuri) u l-Iskeda CXL tad-WTO tal-Unjoni. B’mod partikolari, il-prodotti li joriġinaw minn Singapore inklużi f’dan l-Anness għandhom ikunu suġġetti għall-iskema tal-prezz ta’ dħul stabbilita f’dan l-Anness minflok l-iskema tal-prezz ta’ dħul speċifikata fit-Tariffa Doganali Komuni prevista fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 927/2012 tad-9 ta’ Ottubru 2012 (u l-atti suċċessuri) u l-Iskeda CXL tad-WTO tal-Unjoni.

5.    Għal prodotti li joriġinaw minn Singapore li għalihom l-Unjoni tapplika l-iskema tal-prezz ta’ dħul tagħha skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 927/2012 tad-9 ta’ Ottubru 2012 u l-Iskeda CXL tad-WTO tal-Unjoni, dazji doganali ad valorem fuq dawn il-prodotti għandhom jitneħħew skont il-kategoriji tal-fażijiet kif stabbilit fl-Iskeda tal-Unjoni.

6.    Id-dazji doganali speċifiċi previsti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 948/2009 tas-30 ta’ Settembru 2009 fuq il-prodotti taħt il-paragrafu 5 m’għandhomx ikunu suġġetti għall-eliminazzjoni tad-dazji doganali skont il-kategoriji tal-fażijiet kif stabbilit fl-Iskeda tal-Unjoni. Minflok, id-dazji doganali speċifiċi jinżammu għall-prodotti li ġejjin:



Kodiċi NM 2013

Deskrizzjoni

0702 00 00

Tadam, frisk jew imkessaħ

0707 00 05

-Ħjar

0709 91 00

--Qaqoċċ

0709 93 10

---Żucchini

0805 10 20

--Larinġ ħelu, frisk

0805 20 10

---Klementini

0805 20 30

--Monreales u satsumas

0805 20 50

--Mandolina u wilkings

0805 20 70

--Ċitru tat-Tanġier

0805 20 90

--Oħrajn

0805 50 10

--Lumi (Citrus limon, Citrus limonum)

0806 10 10

--Għeneb tal-mejda

0808 10 80

--Oħrajn

0808 30 90

--Oħrajn

0809 10 00

-Berquq

0809 21 00

--Ċiras morr (Prunus cerasus)

0809 29 00

--Oħrajn

0809 30 10

--Nuċiprisk

0809 30 90

--Oħrajn

0809 40 05

--Għanbaqar

2009 61 10

---Ta’ valur li jaqbeż EUR 18 għal 100 kg ta’ piż nett

2009 69 19

----Oħrajn

2009 69 51

-----Konċentrat

2009 69 59

-----Oħrajn

2204 30 92

----Konċentrat

2204 30 94

----Oħrajn

2204 30 96

----Konċentrat

2204 30 98

----Oħrajn



7.    Id-dazju speċifiku taħt il-paragrafu 6 m’għandux jaqbeż l-inqas dazju speċifiku mir-rata prevalenti applikata tal-MFN, jew ir-rata ta’ dazju applikata tal-MFN li tkun fis-seħħ fil-jum immedjatament qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.