32002R0687



Official Journal L 106 , 23/04/2002 P. 0003 - 0006


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 687/2002

tat-22 ta' April 2002

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 578/2002 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1) Biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Maqgħuda annessa ma’ l-imsemmi Regolament, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 265/87 ippreskriva r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata kollha jew f'parti fuqha jew li żżidilha kull suddiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, għalbiex ikunu applikati t-tariffa u miżuri oħra relatati mal-kummerċ fl-oġġetti.

(3) Bis-saħħa ta' l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa ma’ dan ir-Regolament għandhom ikunu klassifikati taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet mfissra fil-kolonna 3.

(4) Huwa xieraq li l-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-Nomenklatura Maqgħuda u li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tiġi invokata, taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2700/2000 [4], għall-perjodu ta' tliet xhur mid-detentur.

(5) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma klassifikati fin-Nomenklatura Maqgħuda taħt il-kodiċijiet NM fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li ma tikkonformax mad-disposizzzjonijiet ta' dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tkun invokata taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għall-perjodu ta' tliet xhur.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul f'Brussel, it-22 April 2002.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 97, tat-13.4.2002, p. 1.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[4] ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.Prodott (ta' dimensjonijiet T × W × G} = 52,5 × 25 × 4,5 ċm), disinjat biex iżomm strumenti kirurġiċi, jikkonsisti f'żewġ partijiet separati tal-plastik moldjat u perforatIż-żewġ partijiet jiżammu flimkien waħda fuq l-oħra b'ċappetti metalliċi fuq kull naħa. Il-parti ta' fuq għandha żewġ mankujiet metalliċiIl-parti ta' isfel tinkorpora kompartimenti iffurmati speċjalment biex iżommu l-istrumentiIl-prodott huwa preżentat mingħajr strumenti kirurġiċi Ara ritratt A | 39269099 | Il-klassifikazzjoni hija determinata bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda bil-kliem tal-kodiċijiet NM 3926, 392690 u 39269099 Il-prodott ma jistax ikun ikkunsidrat bħala aċċessorju ta' strument kirurġiku jew tagħmir tal-kodiċi NM 9018 |

2.Apparat miżmum fl-idejn tal-posizzjonament-globali (ta' dimensjonijiet GĦ × W × T = 8 × 17,3 × 6,5 ċm), b'LCD b'display ta' 16-il kulur (ta' qis ta' l-iskrin diagonali ta' 10,4 ċm) u diversi buttuni ta' kontroll. L-apparat għandu 12-il kanal-parallel receiver kapaċi ta' tracking kontinwu u li juża 12-il satellita biex jikkomputa u jaġġorna posizzjonijiet kif ukoll antenna li tinqala' u topera bl-użu jew batteriji jew 10 jew 35 V DC adapterHuwa provdut bl-aċċessorji li ġejjin:yoke mount, antenna remote bi profil baxx, lajter tas-sigaretti adapter, kejbil, manwal u kaxxa għall-ġarrAra ritratt B | 85269190 | Il-klassifikazzjoni hija determinata bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġeneral Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda u bid-diċitura tal-kodiċijiet NM 8526, 852691 u 85269190 L-apparat ma jħarisx il-kondizzjonijiet tat-Taqsima II paragrafu B, tad-dispożizzjonijiet preliminari tan-Nomenklatura Maqgħuda billi mhux konsidrat bħala li hu għall-inkorporazzjoni f'inġenju ta' l-ajru ċivili |

3.Artikolu li jikkonsisti minn pjattaforma ta' aluminju biex wieħed joqgħod fuqha, li hija mqabbda ma' rota żgħira wara. Il- biċċa ta' quddiem hija mqabbad ma' kolonna ta' l-istering li taġġusta ruħha fl-għoli u li tinqafel. Il-kolonna ta' l-istering hija mgħammra b'rota żgħira u grippijiet tal-maqbad tal-mankuL-artikolu jista' jintewa fejn hemm il-konnessjoni bejn il-kolonna ta' l-istering u l-pjattaformaL-artikolu huwa xieraq biex jintrikeb kemm mit-tfal u mill-kbarAra r-ritratt Ċ | 95010090 | Il-klassifikazzjoni hija determinata bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda, Nota 1 sat-Taqsima XVII u l-kliem tal-kodiċijiet NM 9501 u 95010090 Il-prodott huwa konsidrat li huwa ġugarell bir-roti disinjat li jintrikeb mit-tfal ukoll jekk jista' jintuża mill-kbar. Il-kliem ta' l-intestatura 9501 ma tipprekludix l-użu ta' dawn l-artikoli minn l-adulti |

4.Mudell tal-plastik mhux armat (1:200) ta' Boeing TM 767–300ER inġenju ta' l-ajru (t × w × għ) 27 × 24,5 × 8 cm. Il-mudell jikkonsisti mill-elementi li ġejjin:fuselage jew bodi prinċipaliżewġt iġwienaħ, kull wieħed iġorr muturtail planetail finpedestal standardIl-pedistall u ż-żewġ naħat tal-bodi jġorru l-isem ta' kumpannija ta' l-ajru. It-tail fin, il-muturi u l-pedestall iġorru l-logo ta' kumpannija ta' l-ajruAra r-ritratt D | 95032010 | Il-klassifikazjoni hija determinata mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda u Il-kliem tal-kodiċijiet NM 9503, 950320 u 95032010 L-artikolu huwa mudell ta' daqs ridott għall-iskopijiet rikreattivi |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------