Brussell, 9.7.2026

COM(2026) 353 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

L-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE għas-settur agrikolu


1.Introduzzjoni

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (l-OKS) dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq 1 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli fis-suq intern. Huwa parti integrali mill-politika agrikola komuni (PAK) u jipprevedi regoli tekniċi armonizzati tas-suq u tal-kummerċ, u b’hekk jiżgura orjentazzjoni tas-suq għas-settur agrikolu tal-UE. It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jagħti status speċifiku lis-settur agrikolu, sabiex ir-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-prodotti agrikoli jkunu mfassla skont il-karatteristiċi speċifiċi tas-settur (inkluża l-frammentazzjoni tas-settur tal-biedja (qabbel dan mal-konċentrazzjoni ta’ atturi upstream u downstream fil-katina tal-provvista agroalimentari), ċikli twal ta’ produzzjoni u volatilità sinifikanti mmexxija minn fatturi klimatiċi u naturali), filwaqt li jitqiesu l-objettivi tal-PAK. Il-Kummissjoni Ewropea (il-Kummissjoni) tippreżenta dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 225, il-punt (d) tal-OKS. F’konformità ma’ dik id-dispożizzjoni, dan ir-rapport jiddeskrivi kif ir-regoli tal-kompetizzjoni, kif stabbiliti fl-OKS, ġew applikati 2 għas-settur agrikolu fl-Istati Membri kollha 3 .

Ir-rapport ikopri l-perjodu minn Lulju 2017 sa Lulju 2025 fir-rigward tal-esklużjonijiet mir-regoli tal-kompetizzjoni fl-OKS u d-deskrizzjoni tal-investigazzjonijiet tal-antitrust 4 .

Ir-rapport irid jiġi kkunsidrat, filwaqt li jitqies il-kuntest ekonomiku u politiku usa’ fil-perjodu kkonċernat. Dak iż-żmien, is-settur agrikolu tal-Ewropa ffaċċja sensiela ta’ kriżijiet ekonomiċi u sanitarji sinifikanti, bħall-pandemija tal-COVID-19, il-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, iż-żidiet qawwija fil-kostijiet tal-enerġija u l-fertilizzanti, avvenimenti estremi tat-temp u theddidiet sanitarji kontinwi bħall-mard tal-annimali, li għalihom il-Kummissjoni kollha wieġbet b’mod qawwi 5 .

Fl-2024, id-Djalogu Strateġiku dwar il-Futur tal-Agrikoltura tal-UE 6 id-(Djalogu Strateġiku) irrakkomanda li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jippromwovu inizjattivi ta’ kooperazzjoni bejn il-bdiewa u atturi oħra tal-katina tal-provvista f’konformità mal-Artikolu 210a tal-OKS biex jippremjaw lill-bdiewa għall-isforzi u l-investimenti tagħhom fis-sostenibbiltà. Id-Djalogu Strateġiku appella wkoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex “joqogħdu lura minn interferenzi eċċessivi fis-suq li jillimitaw il-kompetizzjoni” fl-indirizzar tal-isfidi li jiffaċċjaw il-bdiewa tal-UE.

F’Diċembru 2024, il-Kummissjoni pproponiet miżuri biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel u terġa’ tinkiseb il-fiduċja fil-katina bejn l-atturi tagħha, inklużi proposti relatati mar-regoli tal-kompetizzjoni fl-agrikoltura 7 .

2. Applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni kif stabbiliti fl-OKS għas-settur agrikolu fl-Istati Membri kollha

It-TFUE jagħti status speċjali lis-settur agrikolu. Skont l-Artikolu 42 tat-TFUE, ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE japplikaw għall-produzzjoni u l-kummerċ ta’ prodotti agrikoli biss sa fejn jiġi determinat mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fil-qafas tal-Artikolu 43(2) tat-TFUE u b’kont meħud tal-ħames objettivi tal-PAK previsti fl-Artikolu 39 tat-TFUE. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) irrikonoxxiet il-preċedenza tal-PAK fuq l-objettivi tat-TFUE fil-qasam tal-kompetizzjoni 8 . Irrikonoxxiet ukoll li ż-żamma ta’ kompetizzjoni effettiva hija wieħed mill-objettivi tal-PAK u tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq 9 .

Skont l-Artikoli 42 u 43(2) tat-TFUE, l-OKS tistabbilixxi esklużjonijiet speċifiċi għall-agrikoltura mill-applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) tat-TFUE. Dawn l-esklużjonijiet, deskritti fir-rapport tal-Kummissjoni tal-2018, jinkludu esklużjonijiet ġenerali li jistgħu jkunu orizzontali (għal deċiżjonijiet, ftehimiet jew prattiki miftiehma ta’ bdiewa jew produtturi, jew assoċjazzjonijiet tal-bdiewa u organizzazzjonijiet ta’ produtturi (OPs) (l-Artikoli 152 u 209), jew vertikali (għal ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiki miftiehma ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti (IBO) (l-Artikolu 210), jew kemm orizzontali (konklużi bejn kompetituri reali jew potenzjali fl-istess livell tal-katina (pereżempju, il-bdiewa)) kif ukoll vertikali (jekk konklużi bejn atturi li joperaw f’livelli differenti tal-katina (pereżempju, il-bdiewa li jagħmlu ftehim ma’ proċessuri) (l-Artikolu 210a). Ir-rapport ikopri wkoll esklużjonijiet għal negozjati kollettivi fis-settur tal-ħalib (l-Artikolu 149), esklużjonijiet f’każijiet ta’ żbilanċi severi fis-suq (l-Artikolu 222) u esklużjonijiet marbuta mal-ġestjoni tal-provvista għal prodotti u setturi speċifiċi (l-Artikoli 166a-167-167a).

2.1 Kooperazzjoni orizzontali (l-Artikoli 209, 149 u 152 tal-OKS)

L-Artikolu 209 tal-OKS

L-Artikolu 209 jipprevedi li l-Artikolu 101(1) tat-TFUE ma japplikax għal ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiki miftiehma ta’ bdiewa, assoċjazzjonijiet ta’ bdiewa, OPs rikonoxxuti jew assoċjazzjonijiet rikonoxxuti ta’ OPs (APOs) li jikkonċernaw il-produzzjoni jew il-bejgħ ta’ prodotti agrikoli jew l-użu ta’ faċilitajiet konġunti għall-ħażna, it-trattament jew l-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli, sakemm l-applikazzjoni tagħhom ma tipperikolax il-kisba tal-objettivi tal-PAK fl-Artikolu 39 tat-TFUE.

Il-tehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 209 ma humiex ipprojbiti, u ma hija meħtieġa l-ebda deċiżjoni minn qabel li tawtorizzahom. Madankollu, l-operaturi rilevanti jistgħu jitolbu opinjoni mill-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà ta’ dawk il-ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiki miftiehma mal-objettivi tal-PAK.

Sa issa l-Kummissjoni ttrattat talba waħda għal opinjoni skont l-Artikolu 209. Dan kien fl-2020, meta ħarġet opinjoni pożittiva dwar it-talba sottomessa mill-assoċjazzjoni Spanjola tal-kooperattivi tal-bdiewa, Cooperativas agro-alimentarias (CAA), rigward il-kompatibbiltà mal-objettivi tal-PAK ta’ mekkaniżmu biex jistabbilizza s-suq Spanjol taż-żejt taż-żebbuġa 10 permezz tal-ħażna volontarja taż-żejt taż-żebbuġa.

Il-mekkaniżmu kien jikkonċerna l-kategoriji li ġejjin ta’ żejt taż-żebbuġa prodott mill-membri kooperattivi tal-assoċjazzjoni: żejt taż-żebbuġa ekstra verġni, żejt taż-żebbuġa verġni u żejt taż-żebbuġa lampante. Is-settur jiffaċċja varjazzjonijiet qawwija fil-produzzjoni annwali minħabba ċ-ċikli bijoloġiċi tas-siġar taż-żebbuġ u l-kundizzjonijiet tat-temp. Dan iwassal għal perjodi ta’ provvista żejda jew nuqqas ta’ provvista, li jikkawżaw volatilità qawwija fil-prezzijiet u instabbiltà finanzjarja għall-produtturi.

Il-membri kooperattivi tal-assoċjazzjoni għalhekk ipproponew li jaħżnu ċerta parti mill-volum żejjed taż-żejt taż-żebbuġa għal perjodu limitat. L-għan kien li jinkiseb bilanċ aħjar bejn il-provvista u d-domanda, li jista’ jappoġġa d-dħul tal-bdiewa. Il-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu baqgħet volontarja, u l-Kummissjoni sabet li l-ftehimiet tas-CAA u l-kooperattivi li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu kienu kompatibbli mal-kisba tal-objettivi tal-PAK u ma wasslux għall-esklużjoni tal-kompetizzjoni.

Separatament, fl-2019, l-Awtorità Nazzjonali tal-Kompetizzjoni (NCA) tad-DK investigat serje ta’ ftehimiet bejn produtturi tal-bajd organiku u ċentri tal-ippakkjar tal-bajd bil-għan li jaġġustaw il-produzzjoni għad-domanda determinata mill-pakkjaturi filwaqt li jżommu relazzjoni ta’ provvista esklużiva bejniethom. Fl-aħħar mill-aħħar, il-ftehimiet kellhom l-għan li jżommu prezz ogħla għal tali produtturi tal-bajd mingħajr ma jistabbilixxu livell ta’ prezz speċifiku. L-NCA kkunsidrat jekk il-ftehimiet jistgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 209 tal-OKS. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, l-NCA ma sabet l-ebda raġuni biex tkompli l-investigazzjoni u għalqitha mingħajr deċiżjoni fl-2020.

L-Artikolu 149 tal-OKS

Skont l-Artikolu 149 tal-OKS, OP rikonoxxuta jew APO rikonoxxuta tista’ tinnegozja kollettivament kuntratti għall-kunsinna ta’ ħalib mhux ipproċessat f’isem il-membri bdiewa tagħha, għal parti mill-produzzjoni konġunta tagħhom jew kollha kemm hi.

Disa’ Stati Membri 11 rrappurtaw kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat fl-2024 taħt kuntratti nnegozjati kollettivament f’konformità ma’ din id-dispożizzjoni. Il-volum innegozjat kollettivament minn OPs rikonoxxuti u APOs rikonoxxuti ammonta għal aktar minn 32,3 miljun tunnellata, li jikkorrispondi għal madwar 22 % tal-kunsinni totali tal-ħalib fl-UE fl-2024. Fiċ-CZ, 78 % tal-ġbir annwali tal-ħalib ġie nnegozjat kollettivament, 48 % fil-DEu 49 % fi FR.

Mill-2018 ‘l hawn, fl-UE kien hemm żieda fil-perċentwal tal-kunsinni tal-ħalib tal-UE nnegozjati kollettivament skont l-Artikolu 149 tal-OKS 12 , minn 18,7 % fl-2018, għal 22,2 % fl-2024 13 .

L-Artikolu 152(1a) tal-OKS

L-Artikolu 152(1a) jipprevedi esklużjoni espliċita mill-Artikolu 101(1) tat-TFUE għal OP rikonoxxuta jew APO rikonoxxuta li tippjana l-produzzjoni, tottimizza l-kostijiet tal-produzzjoni, tintroduċi fis-suq, u tinnegozja kuntratti għall-provvista ta’ prodotti agrikoli f’isem il-membri tagħha għall-produzzjoni totali tagħhom kollha jew parti minnha. Biex jibbenefikaw minn din l-esklużjoni espliċita, l-organizzazzjonijiet iridu jeżerċitaw ġenwinament attività ekonomika bħal ħażna konġunta, distribuzzjoni, ġestjoni konġunta tal-iskart jew promozzjoni konġunta. Ma hemm l-ebda obbligu ta’ notifika minn qabel jew ex post għall-OPs rikonoxxuti biex jibbażaw fuq din id-dispożizzjoni. Huwa preżunt li l-biċċa l-kbira tal-organizzazzjonijiet jużaw din id-dispożizzjoni fl-attivitajiet tagħhom abbażi ta’ awtovalutazzjoni.

Fl-2024 kien hemm 2 894 OP rikonoxxuta u 90 APO rikonoxxuta fl-UE 14 . F’ħafna setturi, l-OPs ma humiex rikonoxxuti skont it-tifsira tal-OKS, għalkemm ħafna minnhom jissodisfaw il-kriterji għar-rikonoxximent; huma jippjanaw il-produzzjoni jew jintroduċu fis-suq prodotti tal-membri tagħhom u jinnegozjaw kuntratti għall-provvista ta’ prodotti agrikoli f’isem il-membri tagħhom, mingħajr ma jibbenefikaw minn esklużjonijiet mir-regoli tal-kompetizzjoni 15 .

2.2 Kooperazzjoni vertikali (l-Artikoli 210 u 172b tal-OKS)

L-Artikolu 210 tal-OKS

L-Artikolu 210 jiddikjara li l-Artikolu 101(1) tat-TFUE ma japplikax għal ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiki miftiehma ta’ organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta (IBO) li huma meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-IBO elenkati fl-Artikolu 157(1), il-punt (c) tal-OKS 16 u li ma humiex inkompatibbli mar-regoli tal-UE skont l-Artikolu 210(4) 17 .

Tali ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 210 tal-OKS ma humiex ipprojbiti, u l-ebda deċiżjoni minn qabel li tawtorizza l-applikazzjoni tagħhom ma hija meħtieġa. L-applikazzjoni tal-esklużjoni hija bbażata fuq awtovalutazzjoni mill-organizzazzjonijiet inkwistjoni. Madankollu, huwa possibbli li tintalab opinjoni mill-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà ta’ ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma mal-Artikolu 210 18 . Kurrentement hemm 134 IBO rikonoxxuta fl-UE.

Il-Kummissjoni ttrattat erba’ każijiet ta’ kooperazzjoni vertikali skont l-Artikolu 210 mill-2018; 19 ; tlieta kienu jikkonċernaw indikaturi tal-prezzijiet u wieħed kien relatat ma’ standards ta’ kummerċjalizzazzjoni. Fil-każijiet kollha, il-Kummissjoni sabet li l-miżuri setgħu jiġu ddikjarati kompatibbli mad-dritt tal-UE, peress li ma kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 210(4).

L-ewwel, fl-2019, is-Centre national interprofessionnel de l’économie laitière (CNIEL), IBO rikonoxxuta fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, ipproponiet 20  il-ħolqien ta’ dashboard tas-suq li jinkludi 26 indikatur ekonomiku li jkopru aspetti bħall-volum, il-prezz, il-kost u l-marġini tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib f’diversi stadji tal-katina tal-provvista, u ta’ osservatorju tas-suq li jiffoka fuq sitt indikaturi għall-kostijiet tal-produzzjoni u l-prezzijiet tal-kost tal-ħalib konvenzjonali, organiku u tal-muntanji.

It-tieni, fl-2021, il-Kummissjoni eżaminat miżura proposta mill-Association Interprofessionnelle de la Banane (AIB), IBO rikonoxxuta fis-settur tal-banana 21 . Il-miżura kellha l-għan li toħloq u xxerred indikatur tas-suq fl-istadju tal-bejgħ bl-ingrossa fi FR metropolitana biex tinforma lill-operaturi dwar l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-banana mibjugħa mill-bejjiegħa bl-ingrossa lill-bejjiegħa bl-imnut, u x-xiri minn fornituri tal-ikel tal-massa, ristoranti u korpi ċentrali għall-akkwisti.

It-tielet, fl-istess sena, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tas-CNIEL biex toħloq u xxerred indikatur tas-suq għal erba’ ġobnijiet b’Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta (DOP) (Cantal, Auvergne blue, Ambert u Saint-Nectaire) u l-koprodotti tagħhom (butir u trab tax-xorrox) fir-reġjun ta’ Auvergne ta’ FR 22 .

Fit-tliet każijiet kollha, l-għan tal-indikaturi tas-suq kien li jtejbu t-trasparenza tas-suq billi jagħtu lill-operaturi informazzjoni estensiva u komprensiva. L-indikaturi disponibbli regolarment inaqqsu l-assimetrija tal-informazzjoni u l-volatilità tal-prezzijiet billi jtejbu l-fehim tas-suq fl-istadji kollha. L-għarfien aħjar tax-xejriet tas-suq imbagħad jippermetti lill-operaturi tul il-katina tal-provvista jieħdu deċiżjonijiet aktar infurmati dwar il-produzzjoni u l-investiment.

Fl-aħħar nett, fl-2024 il-Kummissjoni vvalutat talba għal opinjoni dwar il-kompatibbiltà ta’ miżura dwar id-daqs tat-tuffieħ skont il-piż għat-tuffieħ prodott u maħsub biex jiġi introdott fis-suq fi FR 23 .

Il-ftehim f’dan il-każ kellu l-għan li jikseb diversi objettivi ewlenin skont l-Artikolu 157(1), il-punt (c) tal-OKS. Żied l-għarfien u t-trasparenza tas-suq għall-membri ta’ dan l-IBO billi standardizza d-data tas-suq bl-użu ta’ unità komuni ta’ kejl, u b’hekk tejjeb il-prevedibbiltà għall-operaturi upstream u ssimplifika r-relazzjonijiet downstream. Iffaċilita koordinazzjoni aħjar fl-introduzzjoni tal-prodotti fis-suq billi adotta d-daqs skont il-piż, li jissimplifika r-regoli tal-kummerċjalizzazzjoni u jnaqqas l-inċertezzi jew il-kunflitti fost l-operaturi. Ippreveda wkoll firxiet ta’ daqsijiet li fihom “trikkib”, u b’hekk ippermetta lill-operaturi jagħżlu s-segment tal-bejgħ li fih jixtiequ jqiegħdu l-prodotti tagħhom, skont ir-rekwiżiti tad-domanda. Dan l-approċċ ippermetta li jiġu eliminati l-inċertezzi u jiġi ottimizzat il-bejgħ. Appoġġa wkoll it-titjib tal-kwalità matul il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni billi naqqas ir-riskji bħat-tbenġil permezz tat-tqassim skont id-daqs bil-piż, filwaqt li ppermetta lill-operaturi jqisu d-densità tal-prodott u l-kontenut taz-zokkor biex jiżguraw li l-prodotti introdotti fis-suq ikunu misjurin. Il-ftehim għen biex jitnaqqas u jiġi ġestit l-iskart billi jillimita l-ġestjoni waqt ix-xiri, u b’hekk jonqsu d-deterjorament u t-telf tal-prodott filwaqt li jintlaħqu l-aspettattivi tal-konsumaturi.

L-Artikolu 172b tal-OKS

Skont l-Artikolu 172b, l-IBOs rikonoxxuti li joperaw fis-settur tal-inbid jistgħu jipprovdu indikaturi ta’ gwida tal-prezzijiet mhux obbligatorji għall-bejgħ tal-għeneb għall-produzzjoni ta’ nbejjed DOP jew inbejjed b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), sakemm tali gwida ma teliminax il-kompetizzjoni fil-każ ta’ proporzjon sostanzjali tal-prodotti inkwistjoni.

Skont id-dispożizzjoni, ma hemm l-ebda obbligu li dawk il-miżuri jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni, u sa fejn taf il-Kummissjoni, din id-dispożizzjoni għadha ma ġietx implimentata sa issa.

2.3 Ftehimiet ta’ sostenibbiltà (l-Artikolu 210a OKS)

Ir-Regolament (UE) 2021/2117 24 introduċa dispożizzjoni ġdida fl-OKS (l-Artikolu 210a) biex jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) tat-TFUE ftehimiet bejn produtturi jew bejn produtturi u operaturi oħra fil-katina tal-provvista agroalimentari (fil-livell tal-ipproċessar jew tad-distribuzzjoni pereżempju) immirati lejn il-kisba ta’ standard ta’ sostenibbiltà ogħla minn dak impost mid-dritt tal-UE jew nazzjonali. Dan daħal fis-seħħ f’Diċembru 2021.

Sabiex jibbenefikaw minn din l-esklużjoni, l-operaturi jridu jfittxu li jiksbu standards ogħla li għandhom l-għan li jikkontribwixxu għal: (i) il-protezzjoni ambjentali; (ii) tnaqqis fl-użu tal-pestiċidi jew il-periklu tar-reżistenza antimikrobika; jew (iii) is-saħħa tal-annimali u l-benessri tal-annimali. F’dawk il-każijiet, l-operaturi huma permessi li jikkonkludu ftehimiet li altrimenti jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) tat-TFUE, dment li kwalunkwe restrizzjoni tal-kompetizzjoni li jaqblu dwarha tkun indispensabbli biex jintlaħqu l-istandards ta’ sostenibbiltà mfittxija.

F’Diċembru 2023, il-Kummissjoni adottat linji gwida dwar il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 210a 25 . Dawn jipprovdu gwida dettaljata dwar kif għandha tiġi interpretata l-esklużjoni kif ukoll bosta eżempji ta’ ftehimiet potenzjali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.

Ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 210a ma humiex ipprojbiti, u l-ebda deċiżjoni minn qabel għal dan il-għan ma hija meħtieġa. L-applikazzjoni tal-esklużjoni hija bbażata fuq awtovalutazzjoni. Madankollu, il-produtturi jistgħu jitolbu opinjoni mill-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà ta’ ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma mal-Artikolu 210a.

Il-Kummissjoni ħarġet l-ewwel opinjoni tagħha skont l-Artikolu 210a f’Lulju 2025 dwar ftehim ta’ sostenibbiltà fis-settur tal-inbid Franċiż 26 . Il-ftehim għandu l-għan li jżomm il-livell kurrenti ta’ sostenibbiltà miksub fis-settur tal-inbid fl-Occitanie permezz tal-applikazzjoni ta’ standards organiċi u ta’ valur ambjentali għoli ((haute valeur environnementale) HVE). Fil-kuntest ta’ kriżi li qed taffettwa s-suq tal-inbid Franċiż hemm riskju li l-produtturi ta’ dawn l-inbejjed aktar sostenibbli jaqilbu għal produzzjoni tal-inbid konvenzjonali aktar attraenti ekonomikament jew joħorġu mis-suq, pereżempju permezz tal-programm nazzjonali ta’ tindif. Biex jillimita dak ir-riskju, il-ftehim jistabbilixxi prezz ta’ orjentazzjoni mhux obbligatorju għax-xiri ta’ nbid bl-ingrossa f’livell li jkopri l-kostijiet u marġni sa 20 %. Il-Kummissjoni sabet li l-ftehim huwa kompatibbli mal-Artikolu 210a.

2.4 Miżuri ta’ kriżi (l-Artikolu 222 tal-OKS)

Matul perjodi ta’ żbilanċ serju fis-swieq, l-Artikolu 222 jippermetti lill-Kummissjoni tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jgħidu li l-Artikolu 101(1) tat-TFUE ma japplikax għal tipi speċifiċi ta’ ftehimiet u deċiżjonijiet ta’ bdiewa, assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, OPs rikonoxxuti, APOs u IBOs, sakemm tali ftehimiet u deċiżjonijiet ma jdgħajfux il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u jkollhom l-għan strett li jistabbilizzaw is-settur ikkonċernat.

Fit-22 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni ppreżentat rapport separat 27 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-użu ta’ miżuri ta’ kriżi, inklużi dawk adottati skont l-Artikolu 222, li jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sa tmiem l-2023.

L-ebda miżura oħra ma ġiet adottata skont l-Artikolu 222 mill-perjodu kopert minn dak ir-rapport.

2.5 Aġġustament tal-provvista (l-Artikoli 166a-167-167a tal-OKS)

L-Artikolu 166a tal-OKS

L-Artikolu 166a jippermetti lil OP rikonoxxuta, IBO rikonoxxuta jew grupp ta’ produtturi relatat ma’ indikazzjoni ġeografika li jitolbu lil Stat Membru biex jistabbilixxi regoli vinkolanti dwar ir-regolamentazzjoni tal-provvista għal prodotti DOP/IĠP. Dan l-Artikolu introdott fl-2021 jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet preċedenti għall-ġobon (l-Artikolu 150) u l-perżut (l-Artikolu 172) u japplika għall-prodotti agrikoli kollha li jibbenefikaw minn indikazzjonijiet ġeografiċi.

Fil-perjodu li jikkonċerna dan ir-rapport, kien hemm diversi każijiet taħt id-dispożizzjonijiet ta’ qabel l-2021, jew taħt dawk ġodda, notifikati lill-Kummissjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, li jkopru Asiago DOP jew IĠP, Grana Padano u Parmigiano Reggiano fl-IT u Reblochon, Gruyère, Raclette de Savoie, Tomme de Savoie, Emmental de Savoie, Abondance, Beaufort u Comté fi FR 28 .

Ġew stabbiliti regoli mmirati biex jiżguraw il-valur miżjud ta’ prodotti ta’ kwalità b’DOP jew IĠP għal żewġ prodotti tal-laħam (perżut), il-Prosciutto di Parma (mit-28 ta’ Diċembru 2017 sa Diċembru 2020) 29 , u l-Prosciutto di San Daniele (mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2023) 30 . Ir-regoli għaż-żewġ prodotti ġew estiżi sal-2026 31 .

L-għan ewlieni tal-miżuri huwa li l-provvista tal-prodotti DOP/IĠP ikkonċernati tiġi adattata għad-domanda. Billi jiġu mmonitorjati kontinwament l-iżviluppi tal-produzzjoni u tas-suq u jiġu aġġustati l-volumi tal-produzzjoni, l-għan huwa li jiġu evitati żbilanċi kbar bejn il-provvista u d-domanda li jirriżultaw f’varjazzjonijiet u riperkussjonijiet serji għall-katina tal-provvista kollha. Il-miżuri jfittxu wkoll li jippromwovu l-produzzjoni b’valur miżjud u li jiżguraw li l-produtturi jiġu remunerati b’mod ġust. Fl-istess ħin, huwa kruċjali li jiġi żgurat li l-prodott ikun disponibbli fis-suq.

L-Artikolu 167 tal-OKS

Skont l-Artikolu 167, l-Istati Membri produtturi jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jistabbilixxu regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni biex jirregolaw il-provvista, b’mod partikolari permezz ta’ deċiżjonijiet ta’ IBOs rikonoxxuti, biex itejbu u jistabbilizzaw l-operat tas-suq komuni tal-inbid.

Fl-2020, ES innotifikat miżura 32 li tistabbilixxi regola ġenerali li tillimita r-rendiment massimu tal-ħsad fi rqajja’ art iddedikati għall-produzzjoni tal-inbid barra mill-ambitu ta’ DOP jew IĠP 33 (18 000 kg/ha għall-inbid aħmar u 20 000 kg/ha għall-inbid abjad) u li tiddefinixxi l-użi possibbli tal-għeneb minn irqajja’ art akbar. Dawk ir-regoli ġew introdotti fl-2020 bħala dispożizzjonijiet addizzjonali fid-Digriet Spanjol mill-2014 li jimplimenta l-Artikolu 167 34 f’termini ġenerali.

FR innotifikat l-adozzjoni ta’ diversi regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni matul il-perjodu kkonċernat biex tikkostitwixxi stokkijiet ta’ riżerva b’sehem tal-inbejjed bażi prodotti f’Champagne 35 , Languedoc 36 (2020) u Cognac 37 (2019).

L-Artikolu 167a tal-OKS

Ir-Regolament (UE) 2020/2220 38 introduċa l-Artikolu 167a fl-OKS sabiex l-Istati Membri produtturi jkunu jistgħu jistabbilixxu regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni mmirati lejn ir-regolamentazzjoni tal-provvista sabiex itejbu u jistabbilizzaw il-funzjonament tas-suq komuni taż-żjut taż-żebbuġa. L-Istati Membri ma nnotifikawx lill-Kummissjoni dwar xi deċiżjonijiet meħuda skont dan l-Artikolu.

3. Investigazzjonijiet mill-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni (NCAs) fis-settur agrikolu

Fil-perjodu minn Lulju 2017 sa Lulju 2025, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni (CAs) fl-UE 39 kkonkludew madwar 110 investigazzjonijiet fis-settur agrikolu, u 20 investigazzjoni għadhom għaddejjin, li jagħmlu total ta’ 130 investigazzjoni. L-ogħla numru ta’ investigazzjonijiet twettaq mis-CAs fil-EL (27 każ), segwiti mill-Kummissjoni (12-il każ) u FR (12-il każ), id-DK (11-il każ) u l-AT (għaxar każijiet).

3.1 Kategoriji/setturi ewlenin tal-prodotti investigati

L-investigazzjonijiet tas-CA jkopru firxa wiesgħa ta’ prodotti agrikoli, iżda l-kategoriji ta’ prodotti li ġejjin ġew investigati l-aktar ta’ spiss: ħalib u prodotti tal-ħalib (25 %), frott u ħaxix (19 %), laħam (13 %) u bajd (6 %). Għadd ta’ investigazzjonijiet saru wkoll fil-kategoriji taz-zokkor (5 %), ċereali (5 %) u żrieragħ (4 %).

3.2 Entitajiet soġġetti għall-investigazzjoni

L-entitajiet soġġetti għal investigazzjonijiet imwettqa mill-AKs huma manifatturi 40 (36 %), assoċjazzjonijiet ta’ produtturi agrikoli (14 %), bejjiegħa bl-ingrossa (12 %), OPs (9 %), produtturi agrikoli individwali (9 %), bejjiegħa bl-imnut (8 %) u diversi entitajiet oħra, inklużi assoċjazzjonijiet kummerċjali, IBOs u assoċjazzjonijiet ta’ esportaturi (13 %).

Il-manifatturi huma l-entitajiet l-aktar rappreżentati fl-investigazzjonijiet. Pereżempju, l-NCA Franċiża investigat, u ħarġet deċiżjoni dwar, il-koordinazzjoni fost il-manifatturi ewlenin tal-ikel kemm fuq il-prezz imħallas fis-suq upstream għax-xiri ta’ qatgħat tal-majjal dgħif mingħajr għadam (l-aktar jambon supérieur maigre jew JSM, użat għall-prieżet imsajra) mill-biċċeriji kif ukoll fuq il-prezz tal-bejgħ fis-suq downstream għall-bejgħ ta’ prodotti tal-laħam kiesaħ nejjin/niexfa u msajra (bħal zalzett, salami niexef, rosettes, pâtés, rillettes, prieżet imsajra) lil bejjiegħa bl-imnut fuq skala kbira taħt tikketti privati jew firxiet ekonomiċi.

3.3 Il-bdiewa huma l-akbar sors ta’ investigazzjonijiet

Is-CAs fetħu l-maġġoranza tal-investigazzjonijiet fuq inizjattiva tagħhom stess (permezz ta’ proċeduri ex-officio) wara li saru konxji ta’ prattiki potenzjalment antikompetittivi permezz ta’ informazzjoni tas-suq. Barra minn hekk, fetħu investigazzjonijiet wara lmenti (mingħand fornituri, kompetituri jew klijenti).

L-ilmentaturi kienu varjati u essenzjalment inkludew: produtturi agrikoli (24 %), manifatturi (21 %), bejjiegħa bl-imnut (16 %), assoċjazzjonijiet ta’ produtturi agrikoli (13 %), OPs (11 %), individwi (11 %) u bejjiegħa bl-ingrossa (4 %).

Id-data turi li l-produtturi agrikoli waħedhom jew fi sħubija (OPs u APOs) huma l-aktar sors importanti ta’ lmenti, li jirrappreżentaw madwar nofs l-ilmenti, u fl-aħħar mill-aħħar l-aktar sors sinifikanti ta’ investigazzjonijiet antitrust (inkluża informazzjoni dwar is-suq li jipprovdu lis-CAs). Madankollu, il-produtturi agrikoli xi kultant jagħmlu l-ilmenti tagħhom pubbliċi meta jissottomettuhom lis-CAs, u b’hekk idgħajfu ċ-ċansijiet li s-CAs ikunu jistgħu jiġbru evidenza ta’ ksur possibbli.

3.4 Eżiti tal-investigazzjonijiet

Il-110 investigazzjonijiet antitrust fis-settur agrikolu li ngħalqu matul il-perjodu inkwistjoni kellhom it-tliet tipi differenti ta’ eżiti li ġejjin.

a)Deċiżjonijiet ta’ ksur b’multi (madwar kwart tal-każijiet konklużi), jiġifieri s-CAs kienu jeħtieġu li entità twaqqaf il-ksur u tħallas penali pekunjarja;

b)Deċiżjonijiet ta’ impenn (sitt każijiet), jiġifieri s-CAs ma laħqux konklużjoni dwar jekk kienx hemm ksur u adottaw deċiżjoni li tagħmel l-impenji offruti mill-entità investigata legalment vinkolanti, u b’hekk tneħħa kwalunkwe tħassib potenzjali dwar il-kompetizzjoni.

c)Għeluq mingħajr ksur (madwar nofs il-każijiet konklużi), jiġifieri għeluq tal-proċedimenti mis-CAs matul fażi preliminari tal-investigazzjoni minħabba nuqqas ta’ evidenza. F’xi każijiet, dan seta’ kien ukoll minħabba li kienu jkunu meħtieġa sforzi sproporzjonati biex jintlaħaq l-oneru tal-prova meħtieġ jew minħabba l-ħtieġa li jiġu stabbiliti prijoritajiet.

Filwaqt li l-maġġoranza tal-investigazzjonijiet jintemmu mingħajr deċiżjoni formali, madankollu jistgħu jkunu importanti f’diversi modi. L-ewwelnett, xi investigazzjonijiet jiċċaraw li l-ilmenti jew it-tħassib fil-katina tal-provvista tal-ikel huma bla bażi. Pereżempju, wara rapporti tal-istampa matul il-perjodu kritiku tat-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, l-NCA Griega investigat tħassib li prattiki antikompetittivi setgħu wasslu għal nuqqas ta’ u/jew żidiet fil-prezz ta’ ċerti prodotti agrikoli u tal-ikel. L-NCA sabet li ma kien hemm l-ebda żieda sinifikanti fil-prezzijiet medjani tal-ħalib abjad u dqiq tal-qamħ durum fil-ktajjen tas-supermarkets matul il-pandemija tal-COVID-19. It-tħassib seta’ tqajjem minħabba xi prezzijiet speċifiċi li ma kinux rappreżentattivi għas-sitwazzjoni fis-sitwazzjoni nazzjonali kollha.

F’xi każijiet oħra, l-intervent tas-CAs ipprevjeni li jseħħ ksur, kif kien il-każ għall-ftehimiet protezzjonisti deskritti fit-Taqsima 3.5.5.

3.5 Tipi ta’ ksur investigati u misjuba

It-tipi ewlenin ta’ ksur skoperti mis-CAs jistgħu jiġu kklassifikati kif ġej: ftehimiet orizzontali (dwar il-prezzijiet u r-restrizzjonijiet tal-volum) (32 %), ftehimiet bejn bejjiegħ u xerrej biex jiġu ffissati l-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tax-xerrej 41 (16 %), ftehimiet dwar l-allokazzjoni tal-klijenti (13 %), immanuvrar tal-offerti (koordinazzjoni minn diversi bejjiegħa tal-offerti tagħhom) (12 %), ftehimiet dwar it-tqassim tas-suq (8 %), l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva (6 %), abbużi ta’ pożizzjoni dominanti, li jinvolvu strateġiji biex jiġu esklużi l-kompetituri, bħal prezzijiet predatorji, roħs ta’ esklużjoni, prezzijiet eċċessivi u inġusti (6 %). F’għadd ta’ dawn il-każijiet, is-CAs sabu li kien hemm diversi ksur fl-istess ħin. Il-paragrafi li ġejjin jagħtu eżempji ta’ dawn it-tipi ta’ ksur.

3.5.1 Ftehimiet dwar il-prezzijiet u/jew il-kwantitajiet

Il-ftehimiet dwar il-prezzijiet kienu l-aktar frekwenti. Kien hemm ftehimiet dwar il-prezzijiet u l-kwantitajiet bejn ix-xerrejja, għad-detriment tal-bdiewa. Pereżempju, f’Lulju 2019, l-NCA Spanjola mmultat għaxar mill-akbar kumpaniji u assoċjazzjonijiet tal-ħalib Spanjoli u internazzjonali li joperaw fi ES għal kartell tal-ħalib li seħħ bejn l-2000 u l-2013 42 . L-operaturi skambjaw informazzjoni dwar il-prezzijiet tax-xiri tal-ħalib tal-baqra mhux ipproċessat, il-volumi tax-xiri u l-eċċessi tal-ħalib. Tali mġiba ċaħħdet lill-bdiewa tal-ħalib mid-dritt li jinnegozjaw liberament il-prezz tal-ħalib tagħhom, u ddgħajfet aktar il-pożizzjoni ta’ negozjar tagħhom fis-suq. Bl-istess mod, l-NCA Pollakka investigat ħames xerrejja 43 ta’ bakek (fost oħrajn ribes, ċirasa u pruna) li ffissaw il-prezzijiet tax-xiri tal-frott li kienu qed jixtru mingħand bdiewa lokali tal-frott 44 .

Kien hemm ukoll ftehimiet dwar il-prezzijiet bejn il-manifatturi. Pereżempju, il-Kummissjoni mmultat prattiki ta’ ffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq mill-2000 sal-2013 bejn produtturi Ewropej ewlenin ta’ ħaxix fil-laned 45 . Il-ħaxix fil-laned kien jinkludi fażola, piżelli, taħlitiet ta’ piżelli u karrotti, u taħlita ta’ ħaxix (esklużi l-qamħirrum u l-faqqiegħ), mibjugħa f’laned jew vażetti primarjament taħt tikketti privati lil bejjiegħa bl-imnut u lill-industrija tas-servizzi tal-ikel madwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. Il-manifatturi kienu kumpanija korporattiva waħda u żewġ kooperattivi agrikoli.

Każijiet oħra kienu jikkonċernaw l-iffissar ta’ indiċijiet tal-prezzijiet. Pereżempju, fl-2018, l-NCA Franċiża mmultat 46 lill-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-inbid għar-reġjun ta’ Côtes du Rhône (Syndicat général des vignerons réunis des Côtes du Rhône – SGVRCR) EUR 20 000 għal prattiki antikompetittivi fil-kummerċjalizzazzjoni tal-inbejjed bl-ingrossa Côtes du Rhône AOC 47 . L-assoċjazzjoni kummerċjali, organizzazzjoni professjonali li tirrappreżenta lill-produtturi tal-inbid, involviet ruħha fl-iffissar tal-prezzijiet billi stabbiliet u xerrdet struzzjonijiet dwar il-prezz minimu u rakkomandazzjonijiet sussegwenti dwar il-prezzijiet lill-membri tagħha mill-2010 sal-2017, li jkopru diversi kategoriji ta’ nbid skont il-kulur u l-firxa tal-kwalità. Dawn l-azzjonijiet, promossi permezz ta’ pubblikazzjonijiet, bullettini u laqgħat, ħeġġew prezzijiet uniformi fin-negozjati tal-bejgħ, u b’hekk ħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni mingħajr ma qiesu l-kostijiet individwali tal-produzzjoni.

Fl-aħħar nett, fl-2021, l-NCA Rumena sabet ftehimiet orizzontali antikompetittivi fost il-produtturi tal-bajd (ħames produtturi u assoċjazzjoni ta’ produtturi) 48 li kellhom l-għan li jikkontrollaw u/jew jillimitaw il-provvista tal-bajd fis-suq Rumen, inklużi elementi li jagħmlu s-suq nazzjonali inqas attraenti għall-importazzjonijiet tal-bajd. L-iskop aħħari tal-kontroll u/jew il-limitazzjoni tal-provvista domestika kien li jipprevjeni tnaqqis fil-prezzijiet tal-bajd.

3.5.2 Ftehimiet biex jiġu ffissati l-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid

Ftehimiet biex jiġu ffissati l-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tipikament jinvolvu manifattur u bejjiegħ bl-imnut jew bejjiegħ bl-ingrossa wieħed jew aktar. Pereżempju, fl-2018, fis-settur tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-marġerina u l-butir, l-NCA Griega mmultat lil Minerva S.A. għax ftehmet ma’ diversi bejjiegħa bl-ingrossa/distributuri affiljati dwar il-prezzijiet li bihom dawn tal-aħħar kienu se jbigħu mill-ġdid il-prodotti ta’ Minerva 49 .

3.5.3 Allokazzjoni tas-swieq

Fl-2023, l-NCA Netherlandiża sabet li erba’ fornituri ta’ karrotti nejjin kienu allokaw bejniethom bejgħ lil klijenti industrijali (manifatturi tal-ikel fil-laned u ffriżat) fl-NL, il-BE u l-DE. Il-fornituri qablu wkoll bejniethom dwar xi provvisti inkroċjati u kumpensi.

3.5.4 Immanuvrar tal-offerti

L-immanuvrar tal-offerti tipikament jinvolvi koordinazzjoni bejn diversi bejjiegħa fuq l-offerti li jissottomettu f’offerta organizzata minn xerrej. Pereżempju, f’deċiżjoni tal-2022, l-NCA Kroata sabet li erba’ bejjiegħa bl-ingrossa kienu kkoordinaw l-offerti tagħhom li jkopru 14-il grupp ta’ prodotti tal-ikel f’offerta organizzata minn istituzzjoni tal-kura soċjali (Dobri dom) li tipprovdi servizzi ta’ kċina tal-foqra f’Zagreb. Permezz ta’ din il-prattika, il-bejjiegħa bl-ingrossa ħatru offerenti rebbieħa għal-lottijiet differenti taħt akkwist, u fl-aħħar mill-aħħar żiedu l-prezzijiet għall-prodotti tal-ikel essenzjali għaċ-ċittadini f’sitwazzjoni ekonomika diffiċli 50 . Fl-2018 ukoll, l-NCA Griega sabet li kooperattiva (Friesland Campina Hellas) u kumpanija (Mandrekas) kienu kkoordinaw l-offerti tagħhom f’offerti ta’ akkwist pubbliku għal prodotti tal-ħalib billi astjenew milli jipparteċipaw simultanjament f’offerti pubbliċi 51 . Fl-2020 ,l-NCA Żvediża sabet il-koordinazzjoni tal-offerti wkoll għal prodotti tal-ħalib f’każ li jinvolvi lil ARLA Foods AB 52 .

3.5.5 Ftehimiet dwar l-allokazzjoni ġeografika tas-suq, ftehimiet protezzjonisti

L-aktar forma komuni ta’ allokazzjoni ġeografika tas-suq kienet l-hekk imsejħa “ftehimiet protezzjonisti”. Dawn il-ftehimiet ġew konklużi bejn bejjiegħa bl-imnut biss jew bejn operaturi fi stadji differenti tal-katina tal-provvista, biex jagħtu preferenza lil prodotti mill-Istati Membri tagħhom stess. Il-Kummissjoni, flimkien mal-NCAs, bdiet diversi investigazzjonijiet dwar diversi “karti” u inizjattivi ta’ promozzjoni simili fil-BE, fil-BG, fi FR, fil-LV. Dawn l-inizjattivi kienu fi stadju bikri ħafna u l-intervent tas-CAs wassal għall-emenda tagħhom biex tiġi eskluża d-diskriminazzjoni kontra prodotti minn Stati Membri oħra u b’hekk il-frammentazzjoni tas-suq intern.

Barra minn hekk, kien hemm xi każijiet ta’ allokazzjoni ta’ żoni ġeografiċi tal-bejgħ: fl-2023, fuq talba mill-NCA Awstrijaka, il-Qorti tal-Kartelli Awstrijaka ħarġet deċiżjoni li sabet li żewġ produtturi taz-zokkor,Südzucker AG u Nordzucker AG, kienu kisru l-Artikolu 101 tat-TFUE permezz ta’ prattiki miftiehma fis-suq industrijali taz-zokkor, speċifikament permezz ta’ ftehim bejniethom biex iżommu żoni ġeografiċi tal-bejgħ separati (rispettivament fl-AT u l-DE), u b’hekk irrestrinġew il-kompetizzjoni u affettwaw il-kummerċ transfruntier 53 .

3.5.6 Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti

L-investigazzjonijiet kienu jikkonċernaw b’mod partikolari r-relazzjonijiet bejn l-irziezet u l-kooperattivi, u l-libertà tal-bdiewa li jagħżlu l-kooperattiva li jixtiequ jkunu membri tagħha. Pereżempju, bħala riżultat ta’ investigazzjoni 54 mill-NCA Ġermaniża, fl-2018, l-akbar kooperattiva tal-ħalib fil-Ġermanja, Deutsche Milchkontor (DMK) biddlet il-kundizzjonijiet tal-provvista tagħha u naqqset il-perjodu ta’ avviż ta’ terminazzjoni għall-konsenja tal-ħalib minn 24 għal 12-il xahar, u b’hekk ipprovdiet aktar għażliet għall-bdiewa biex jagħżlu l-kooperattiva tagħhom u jagħżlu l-kundizzjonijiet tal-provvista tagħhom.

Każijiet oħra ta’ abbużi ta’ pożizzjoni dominanti kienu jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ prezzijiet eċċessivi. Fl-2022, l-NCA Ċiprijotta sabet li l-Pancyprian Organisation of Cattle Farmers kienet abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha billi imponiet prezzijiet eċċessivi fuq l-istadju li jmiss tas-suq (l-industriji tal-ħalib).

4. Konsultazzjonijiet u attivitajiet ta’ monitoraġġ mill-NCAs fis-settur agrikolu

L-NCAs ipprovdew ukoll pariri dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni fuq talba tal-operaturi fis-settur agrikolu. Fil-perjodu kkonċernat, l-NCAs irċevew 53 talba bħal din dwar is-settur agrikolu.

Parti sinifikanti mix-xogħol tal-NCAs jikkonsisti wkoll f’attivitajiet ta’ monitoraġġ. Fil-perjodu kkonċernat, l-NCAs wettqu 22 inkjesta settorjali dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni għas-settur agrikolu. Tali xogħol tipikament kien jinkludi investigazzjonijiet speċifiċi għas-settur, l-adozzjoni ta’ rapporti u xogħol ta’ promozzjoni.

B’mod partikolari, kien hemm diversi konsultazzjonijiet dwar ftehimiet ta’ sostenibbiltà mill-NCAs. Xi eżempji jsegwu.

·L-NCA Ġermaniża wieġbet seba’ talbiet għal konsultazzjoni dwar ftehimiet ta’ sostenibbiltà, inkluża konsultazzjoni li għaddejja fis-settur tal-laħam permezz tal-InitiativeTierwohl 55 (fejn il-partijiet, minħabba tħassib imqajjem mill-NCA Ġermaniża, iddeċidew li jabolixxu mill-2024 ’il quddiem primjum obbligatorju pagabbli mix-xerrejja lill-bdiewa parteċipanti, magħruf ukoll bħala soprataxxa għall-benessri tal-annimali), u erba’ konsultazzjonijiet magħluqa dwar is-setturi tal-kawkaw, tal-pjanti, tal-banana u tal-ħalib.

·L-NCA Franċiża wieġbet żewġ talbiet għal gwida informali: i) waħda mitluba minn żewġ assoċjazzjonijiet kummerċjali (Coopération Agricole Nutrition Animale u Syndicat National de l’Industrie de la Nutrition Animale) dwar abbozz ta’ gwida metodoloġika li għandha l-għan li tikkalkula l-impronta ambjentali tal-ikel kompost, u b’mod aktar speċifiku l-impronta tal-gassijiet serra tiegħu 56 ; u ii) oħra mitluba mill-assoċjazzjoni Pour une Agriculture du Vivant dwar proġett li l-għan tiegħu huwa li jgħin lill-bdiewa fit-territorju Franċiż billi jiffinanzja u jiżgura t-tranżizzjoni tagħhom lejn prattiki aktar ekoloġiċi 57 (li jinvolvu l-applikazzjoni tal-Artikolu 210a tal-OKS).

·L-NCA Netherlandiża wieġbet żewġ konsultazzjonijiet: i) waħda mitluba mill-Stitchting Milieukeur, l-organizzazzjoni li tiżviluppa u tiġġestixxi l-kriterji tal-marki ta’ kwalità Netherlandiżi għall-għelejjel li jinħartu, frott u ħaxix, ħalib, bajd, pjanti ornamentali (fjuri, pjanti, siġar, basal tal-fjuri, eċċ.) u prodotti tal-ikel ippreparati u pproċessati, jiġifieri għal ftehim dwar patata, ħaxix u frott mhux ipproċessati; u ii) oħra mitluba minn Tuinbranche Nederland, assoċjazzjoni ta’ impriżi li joperaw fis-settur tal-fjuri.

5. Osservazzjonijiet finali

Kompetizzjoni soda fis-settur agrikolu hija ta’ importanza kruċjali biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi tat-Trattat tal-PAK. Ġew adottati għadd ta’ esklużjonijiet mir-regoli tal-kompetizzjoni fis-settur agrikolu, primarjament immirati lejn it-tisħiħ u l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista agroalimentari. Huwa essenzjali li l-bdiewa jużaw b’mod proattiv il-mekkaniżmi disponibbli u jieħdu vantaġġ mill-benefiċċji li jippreżentaw. Għad hemm potenzjal sinifikanti mhux sfruttat f’dawn l-oqfsa, li jeħtieġ aktar attenzjoni. B’mod partikolari, l-esklużjonijiet tal-kompetizzjoni joffru qafas għall-organizzazzjoni tal-produzzjoni u l-provvista ta’ prodotti mill-irziezet permezz tal-OPs u l-APOs. Tali organizzazzjonijiet mhux biss jibbenefikaw mill-esklużjoni meħtieġa mir-regoli tal-kompetizzjoni, iżda jirċievu wkoll appoġġ finanzjarju taħt il-PAK. Barra minn hekk, joffru għodod strutturali li jippermettu lill-bdiewa jipparteċipaw fuq bażi aktar ugwali fir-relazzjonijiet kummerċjali mal-fornituri u x-xerrejja tagħhom u jiġġestixxu r-riskji, l-investimenti u jindirizzaw l-isfidi. Fl-istess ħin, l-infurzar mis-CAs għamilha possibbli li jitwaqqfu u jiġu evitati prattiki li huma ta’ detriment għall-bdiewa fuq in-naħa tal-bejgħ jew tax-xiri. L-esklużjonijiet mir-regoli tal-kompetizzjoni jkomplu jevolvu, filwaqt li tinżamm l-orjentazzjoni tas-suq tal-PAK. Il-proposta tal-Kummissjoni tal-2024 58 identifikat aktar opportunitajiet biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina. Fi żmien ta’ konċentrazzjoni kontinwa kemm upstream (inputs meħtieġa) kif ukoll downstream (is-settur tal-ikel) fil-katina tal-provvista, qafas ta’ kompetizzjoni ġust u infurzat b’mod effettiv jibqa’ essenzjali biex il-bdiewa jirċievu remunerazzjoni korretta għax-xogħol tagħhom, filwaqt li tiġi żgurata provvista bi prezzijiet raġonevoli għall-konsumaturi, f’konformità mal-objettivi tal-PAK skont it-TFUE.

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)

L-applikazzjoni tal-esklużjonijiet mill-Artikolu 101(1) tat-TFUE hija bbażata fuq awtovalutazzjoni mill-produtturi, li għalhekk ma għandhomx għalfejn jirrappurtawha lill-Kummissjoni. Konsegwentement, dan ir-rapport huwa bbażat l-aktar fuq talbiet formali għal opinjonijiet sottomessi lill-Kummissjoni, ilmenti u investigazzjonijiet ex officio tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u rappurtar tal-Istati Membri.

(3)

Is-settur agrikolu jkopri l-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2) tal-OKS u l-Anness I tal-OKS.

(4)

 Rapport preċedenti: Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni għas-settur agrikolu, COM(2018) 706 final u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja d-dokument Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, L-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni għas-settur agrikolu, SWD (2018) 450 final.

(5)

  Rapport speċjali: L-iżgurar tal-provvista tal-ikel matul il-COVID-19 .

(6)

Id-Djalogu Strateġiku dwar il-Futur tal-agrikoltura tal-UE.

(7)

 Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2021/2115 u (UE) 2021/2116 fir-rigward tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel, COM(2024) 577 final.

(8)

Is-sentenza tad-29 ta’ Ottubru 1980, Maizena, 139/79, EU:C:1980:250, il-punt 23, is-sentenza tal-5 ta’ Ottubru 1994, Il-Ġermanja vs Il-Kunsill, C-280/93, EU:C:1994: 367, il-punt 61; Is-sentenza tad-19 ta’ Settembru 2013, Panellionios Szdesmos Viomichanion Metapoiisis Paknou, C-373/11, EU: C: 201: 567, il-punt 39, l-aktar reċentement imfakkar fis-sentenza tal-14 ta’ Novembru 2017, APVE et,
C‑671/15, EU:C:2017:860, il-punt 37.

(9)

Is-sentenza tad-9 ta’ Settembru 2003, Milk Marque u National Farmers’ Union, C-137/00, ECLI:EU:C:2003:429, il-punt 57, is-sentenza tal-14 ta’ Novembru 2017, APVE et al,
C‑671/15, EU:C:2017:860, il-punti 37 u 48.

(10)

Għall-Opinjoni tal-Kummissjoni: Opinjonijiet dwar il-kumpatibbiltà - Il-Kummissjoni Ewropea .

(11)

BE, BG, CZ, DE, ES, FR, NL, SK, FI.

(12)

Iż-żieda fin-negozjati kollettivi hija attribwita għaż-żieda fin-numru ta’ OPs/APOs u s-suċċess tal-mekkaniżmu nnifsu.

(13)

Abbażi tan-notifika tal-Istati Membri skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 511/2012 tal-15 ta’ Ġunju 2012 dwar notifiki li jikkonċernaw l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u dawk interprofessjonali u negozjati kuntrattwali u relazzjonijiet previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, ĠU L 156, 16.6.2012, p. 39.

(14)

Abbażi tan-notifiki kif sottomessi mill-Istati Membri sa Ġunju 2025 skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/232 tal-15 ta’ Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna ċerti aspetti ta’ kooperazzjoni bejn il-produtturi, ĠU L 044 19.2.2016, p. 1.

(15)

Ara f’dak ir-rigward in-nota ta’ spjegazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-proposta tal-OPs mhux rikonoxxuti ppubblikata mill-Kunsill: WK 3897/2025 INIT, pdf , Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni Tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel Li jakkumpanja d-dokument Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2021/2115 u (UE) 2021/2116 fir-rigward tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel, COM(2024) 577 final/2.

(16)

 Kif ukoll objettivi simili fis-setturi taż-żebbuġ u tat-tabakk.

(17)

Dawn il-kundizzjonijiet jinkludu, fost l-oħrajn, in-nuqqas ta’ iffissar tal-prezzijiet jew tqassim tas-swieq.

(18)

L-Artikolu 210 tal-OKS ġie emendat f’Diċembru 2021 bir-Regolament (UE) 2021/2117, li introduċa bidliet fil-proċedura preċedenti, inkluża l-abolizzjoni tas-sistema preċedenti ta’ notifika minn qabel lill-Kummissjoni ta’ ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma, u li tiġi prevista l-possibbiltà li tintalab opinjoni.

(19)

Tliet każijiet oħra kienu soġġetti għal deċiżjoni tal-Kummissjoni qabel l-2018. Fl-2017, il-Kummissjoni sabet li t-talba sottomessa mill-Comité national interprofessionnel de la Pomme de Terre (CNIPT) dwar l-indikaturi tal-prezzijiet għall-patata kienet kompatibbli mal-Artikolu 210 tal-OKS: 1f9b4fda-8007-4b9b-9c06-56c7956be36a_fr ; fl-2015, il-Kummissjoni eżaminat notifika sottomessa mis-CNIEL dwar il-grilji tal-ħlas tal-ħalib u ma qajmet l-ebda oġġezzjoni: a1002532-be97-43c3-ab5e-7a5c023b754c_en ; u fl-2013, il-Kummissjoni eżaminat ftehim dwar indikaturi ekonomiċi għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib sottomessi mis-CNIEL u sabitha kompatibbli mad-dritt tal-UE: 29301f3c-dd63-48a0-aa42-b60fd5845147_fr .

(20)

Għall-Opinjoni tal-Kummissjoni: *9160b4d9-6168-4c10-b6a4-314d7849a58b_en .

(21)

Għall-opinjoni tal-Kummissjoni: agriculture.ec.europa.eu/document/download/cab818ee-c187-4a14-8635-a9fda51a9cc9_en?filename=c-2021-1437-commission-decision_en.pdf .

(22)

Għall-opinjoni tal-Kummissjoni: f033b677-0932-4fee-8b83-85e7a0caa63c_en .

(23)

Għall-opinjoni tal-Kummissjoni: 3e7b4934-d539-41ca-8228-b0a8721b449a_en .

(24)

Ir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, ĠU L 435, 6.12.2021, p. 262.

(25)

Linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-esklużjoni mill-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ftehimiet ta’ sostenibbiltà ta’ produtturi agrikoli skont l-Artikolu 210a tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ĠU C 1446, 8.12.2023.

(26)

Għall-opinjoni tal-Kummissjoni: 86f5a339-ee2d-430f-8e29-5fb56770ba14_en .

(27)

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-użu ta’ miżuri ta’ kriżi adottati skont l-Artikoli 219 sa 222 tar-Regolament dwar l-OKS, COM(2024) 12 final.

(28)

Għall-Asiago:  NOTIFICA PIANO REGOLAZIONE OFFERTA FORMAGGIO ASIAGO DOP , għal Grana Padano: Notifica piano regolazione offerta formaggio grana padano DOP , għal Parmigiano Reggiano:  Ir-Regolament tal-provvista Parmigiano Reggiano , għal Reblochon, Gruyère, Raclette de Savoie, Tomme de Savoie, Emmental de Savoie, Abondance, Beaufort u Comté: e8eac044-1136-4a7d-bdfb-95ecc89eb42a_en .

(29)

  Masaf - Decreto 28 dicembre 2017 .

(30)

  Masaf - Decreto approvazione del piano di regolazione dell’offerta del prosciutto San Daniele DOP - 2021-2023

(31)

https://www.prosciuttodiparma.com/wp-content/uploads/2024/01/Piano-di-Regolazione-dellOfferta-2024-2026-29-gennaio.pdf , https://www.regione.fvg.it/rafvg/export/sites/default/RAFVG/economia-imprese/agricoltura-foreste/FOGLIA32/allegati/Piano_Regolazione_Offerta_2024-2026_REV_01.pdf

(32)

  Real Decreto 557/2020, de 9 de junio .

(33)

Ir-rendimenti massimi tal-inbejjed protetti b’denominazzjoni ta’ oriġini jew b’indikazzjoni ġeografika huma stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott tagħhom.

(34)

 R eal Decreto 774/2014, de 12 de septiembre

(35)

  Arrêté du 18/10/2017,   Arrêté du 03/10/18 , Arrêté du 9/12/19 , Arrêté du 13/03/20

(36)

  Arrêté du 11/02/20

(37)

  Arrêté du 25/11/2019

(38)

Ir-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fis-snin 2021 u 2022 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni fis-snin 2021 u 2022 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni ta’ tali appoġġ fir-rigward tas-snin 2021 u 2022, ĠU L 437, 28.12.2020, p. 1.

(39)

“Awtoritajiet tal-kompetizzjoni” tkopri kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-NCAs.

(40)

Għal dan ir-rapport, manifatturi jirreferu għal entitajiet li jipproduċu ikel billi jipproċessaw ingredjent wieħed jew aktar (kemm jekk dawn l-ingredjenti humiex prodotti agrikoli kif ukoll jekk le). Dan jinkludi proċessuri (jiġifieri entitajiet li jipproċessaw prodott agrikolu wieħed jew aktar fi prodotti oħra).

(41)

Il-prattika magħrufa wkoll bħala “żamma tal-prezz għall-bejgħ mill-ġdid”.

(42)

Għal aktar dettalji ara l-istqarrija għall-istampa plantilla nota de prensa .

(43)

Damex, Kam-Pol, Fructis, Kalbrok u Silver-Trans.

(44)

L-NCA Pollakka adottat id-deċiżjoni li timmulta lil dawn ix-xerrejja tal-bakek f’Marzu 2026; https://uokik.gov.pl/zmowa-przy-skupie-owocow-prezes-uokik-naklada-kary

(45)

  IP_19_5911_EN.pdf

(46)

  Id-Deċiżjoni Nru 18-D-06 tat-23 ta’ Mejju 2018 maħruġa fis-settur tal-inbid.

(47)

 Appellation d’Origine Contrôlée

(48)

  Decizia-oua-site.pdf

(49)

  ioei_tm_i_i_o_i_i_i_.pdf

(50)

Is-CCA tiskopri l-ewwel kartell tal-immanuvrar tal-offerti fl-akkwist pubbliku - AZTN . https://www.aztn.hr/ea/wp-content/uploads//2022/06/UPI-034-0317-01021-.pdf .

(51)

  Δελτίο Τύπου - Διευθέτηση υπόθεσης

(52)

  L-Awtorità tal-Kompetizzjoni Żvediża tieħu azzjoni legali kontra Arla Foods għal kooperazzjoni illegali | L-Awtorità tal-Kompetizzjoni Żvediża ; Arla Foods ma tingħatax klemenza f’każ ta’ kooperazzjoni illegali | L-Awtorità tal-Kompetizzjoni Żvediża .

(53)

  Il-Qorti tal-Kartelli timponi multa ta’ EUR 4,2 miljun fuq Südzucker AG fuq talba tal-AFCA; id-deċiżjoni hija finali: BWB Bundeswettbewerbsbehörde

(54)

  Bundeskartellamt – Homepage – Proceeding against DMK dairy discontinued

(55)

L-Initiative Tierwohl hija proġett ibbażat fuq ftehim bejn is-setturi agrikoli, tal-produzzjoni tal-laħam u tal-bejgħ bl-imnut tal-ikel, li għandu l-għan li jippremja lis-sidien tal-bhejjem għat-titjib tal-kundizzjonijiet li fihom jinżammu l-annimali.

(56)

  Gwida informali 25-DD-01 tad-29 ta’ Jannar 2025 dwar il-ħolqien ta’ sistema għall-finanzjament kollettiv tal-kostijiet u r-riskji addizzjonali assoċjati mat-tranżizzjoni agroekoloġika.

(57)

  Gwida informali 25-DD-01 tad-29 ta’ Jannar 2025 dwar il-ħolqien ta’ sistema għall-finanzjament kollettiv tal-kostijiet u r-riskji addizzjonali assoċjati mat-tranżizzjoni agroekoloġika.

(58)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2021/2115 u (UE) 2021/2116 fir-rigward tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel, 2024/0319 (COD).