<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑258/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CC0258</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:743">EU:C:2012:743</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER>
KONKLUŻJONIJIET SHARPSTON – KAWŻA C-258/11
SWEETMAN <HT TYPE="ITALIC">ET</HT>
<HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT>
<HT TYPE="UC">Sharpston</HT>
ippreżentati fit-<DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001">
Lingwa oriġinali: l-Ingliż.
</NOTE>
</TI><STI>
<HT TYPE="BOLD">Kawża C-258/11</HT>
<HT TYPE="BOLD">Peter Sweetman</HT>
<HT TYPE="BOLD">L-Irlanda</HT>
<HT TYPE="BOLD">Attorney General</HT>
<HT TYPE="BOLD">Minister for the Environment, Heritage and Local Government</HT>
<HT TYPE="BOLD">vs</HT>
<HT TYPE="BOLD">An Bord Pleanala</HT>
<HT TYPE="NORMAL">[Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda)]</HT>
<HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT>
Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE>, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102, iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).
<HT TYPE="BOLD">Il-Kuntest Ġuridiku</HT>
<HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni Ewropea (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>)</HT>
<QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>konservazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser għadd ta’ miżuri meħtieġa biex jiġu mantnuti jew ripristinati l-habitat naturali u l-popolazzjonijiet ta’ l-ispeċi tal-fawna u l-flora selvaġġa fi stat favorevoli kif imfisser f’(e) u (i);</TXT></NP></ITEM></LIST>
<?PAGE NO="2"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>tipi ta’ habitat naturali ta’ priorità<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser tipi ta’ habitat naturali li qegħdin fil-periklu li jgħibu għal kollox, li jinsabu fit-territorju msemmi fl-Artikolu 2 u li l-Komunità għandha responsabbiltà partikolari għall-konservazzjoni tagħhom minħabba l-proporzjon tal-firxa naturali tagħhom li tinsab fit-territorju msemmi fl-Artikolu 2; dawn it-tipi ta’ habitat naturali ta’ priorità huma indikati b’asterisk (*) fl-Anness I;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>l-istat ta’ konservazzjoni ta’ ħabitat naturali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser l-influwenzi kollha li jagħfsu fuq il-ħabitat naturali u l-ispeċi tipiċi tiegħu li jistgħu jaffettwaw it-tqassim naturali tiegħu fit-tul, l-istruttura u l-funzjonijiet tiegħu kif ukoll l-għajxien fit-tul ta’ l-ispeċi tipiċi tiegħu fit-teritorju msemmi fl-Artikolu 2;</TXT>
<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-istat ta’ konservazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> ta’ ħabitat naturali jitqies <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>favorevoli<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> meta:
<LIST TYPE="DASH"><ITEM>
il-medda naturali tiegħu u ż-żoni li jkopri f’dik il-medda huma stabbli jew qed jiżdiedu, u
</ITEM><ITEM>
l-istruttura speċifika u l-funzjonijiet li huma meħtieġa biex ikun mantenut fit-tul jeżistu u x’aktarx jibqgħu jeżistu fil-ġejjieni prevedibbli, u
</ITEM><ITEM>
l-istat ta’ konservazzjoni ta’ l-ispeċi tipiċi hu favorevoli kif imfisser f’(i);
</ITEM></LIST>
</NP></ITEM></LIST>
<LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>stat ta’ konservazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> ta’ speċi tfisser l-ammont miżjud ta’ influwenzi li jaġixxu fuq l-ispeċi konċernati u li jistgħu jaffettwaw it-tqassim fit-tul u l-abbundanza tal-popolazzjonijiet ta’ dik l-ispeċi fit-territorju msemmi fl-Artikolu 2;</TXT>
L-istat ta’ konservazzjoni jitqies <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>favorevoli<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> meta:
<LIST TYPE="DASH"><ITEM>
l-informazzjoni fuq iċ-ċaqliq tal-popolazzjoni konċernata jindikaw li qed tieħu ħsieb tagħha nnifsha fit-tul bħala komponent vjabbli ta’ l-habitat naturali tagħha,
u
</ITEM><ITEM>
il-firxa naturali ta’ l-ispeċi la qiegħda titnaqqas u lanqas m’għandha xejra li titnaqqas fil-ġejjieni prevedibbli,
u
</ITEM><ITEM>
hemm, u x’aktarx jibqa’ jkun hemm, habitat naturali kbir biżżejjed biex iżomm il-popolazzjonijiet tagħha fit-tul;
</ITEM></LIST>
</NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(j)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>sit<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> tfisser żona definita ġeografikament li dwarha hemm indikat b’mod ċar safejn twassal;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(k)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>sit ta’ importanza għall-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> tfisser sit li, fir-reġjun bioġeografiku jew reġjuni bioġeografiċi li jinsab fih, jgħin b’mod sinifikanti fil-manteniment jew ir-ripristinar fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli ta’ tip ta’ habitat naturali fl-Anness I jew ta’ speċi fl-Anness II u jista’ wkoll jgħin b’mod sinifikanti għall-koerenza ta’ Natura 2000 imsemmija fl-Artikolu 3, u/jew jgħin b’mod sinifikanti fil-ħarsien tad-diversità bioloġika fi ħdan ir-reġjun bioġeografiku jew reġjuni bioġeografiċi konċernati.</TXT></NP></ITEM></LIST>
<?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG>(1)</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>żona speċjali ta’ konservazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> tfisser sit ta’ importanza għall-Komunità nominat mill-Istati Membri permezz ta’ att statutorju, amministrattiv u/jew att kuntrattwali li bih il-miżuri meħtieġa ta’ konservazzjoni huma applikati għall-manteniment jew għar-ripristinar, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, tal-habitat naturali u/jew tal-popolazzjonijiet tal-ispeċi li għalihom is-sit ġie nominat.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></ALINEA></QUOT.S>
</NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 jipprovdi:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>L-għan ta’ din id-Direttiva jkun li tikkontribwixxi biex tiġi żgurata l-biodiversità permezz tal-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa fit-territorju Ewropew ta’ l-Istati Membri li jgħodd għalihom it-Trattat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri meħuda skond din id-Direttiva jkunu ddisinjati biex iżommu jew jirripristinaw, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, l-habitat naturali u l-ispeċi tal-fawna u l-flora selvaġġa li huma ta’ interess għall-Komunità.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri meħuda skond din id-Direttiva għandhom iqisu l-ħtiġiet ekonomiċi, soċjali u kulturali u l-karatteristiċi reġjonali u lokali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S>
</NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1):</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Għandu jiġi stabbilit network ekoloġiku Ewropew koerenti ta’ żoni speċjali ta’ konservazzjoni taħt l-isem ta’ Natura 2000. Dan in-network, magħmul minn siti li jħaddnu fihom it-tipi ta’ habitat naturali elenkati fl-Anness I u l-habitat ta’ l-ispeċi elenkati fl-Anness II, għandhom jippermettu li t-tipi ta’ habitat naturali u l-habitat naturali ta’ l-ispeċi konċernati jinżammu jew, fejn jixraq, jiġu ripristinati fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli fil-firxa naturali tagħhom.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S>
</NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 jistabilixxi l-proċedura li permezz tagħha jiġu nnominati s-siti li jikkostitwixxu habitat naturali skont id-Direttiva. Dan essenzjalment jinvolvi t-tħejjija ta’ lista ta’ siti xierqa minn kull Stat Membru, li sussegwentement tintbagħat lill-Kummissjoni (Artikolu 4(1)). Il-Kummissjoni mbagħad, abbażi tal-informazzjoni pprovduta lilha u bi qbil ma’ kull Stat Membru, tħejji lista preliminari ta’ siti ta’ importanza għall-Komunità (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>SIK<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), li l-għan tagħha huwa li tidentifika dawk l-Istati Membri li jospitaw xi tip ta’ habitat jew habitats naturali ta’ priorità jew xi speċi ta’ priorità. Il-lista ta’ siti nnominati għandha mbagħad tiġi formalment adottata mill-Kummissjoni (Artikolu 4(2)). Ladarba sit ikun ġie adottat bħala SIK skont il-poroċedura stabbilita fil-paragrafu 2, l-Istat Membru għandu, fi żmien perjodu li ma jeċċedix sitt snin, jinnominah bħala żona speċjali ta’ konservazzjoni (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ŻSK<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) (Artikolu 4(4)). Madankollu, hekk kif is-sit jiddaħħal fil-lista ta’ siti adotatti mill-Kummissjoni bħala ŻSK, dan isir suġġett għall-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6(2), (3) u (4) (Artikolu 4(5)).</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 jipprovdi:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għal żoni speċjali ta’ konservazzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa li jinkludu, jekk hemm bżonn, pjanijiet ta’ tmexxija xierqa disinjati speċifikament għas-siti jew imdaħħla fil-pjanijiet ta’ żvilupp l-oħra, u miżuri xierqa statutorji, amminstrattivi jew kuntrattwali li jaqblu mal-ħtiġijiet ekoloġiċi tat-tipi ta’ habitat naturali fl-Anness I u l-ispeċi fl-Anness II li hemm fis-siti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jevitaw, fiż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni, id-deterjorament ta’ l-habitat naturali u l-habitat ta’ l-ispeċi kif ukoll t-tfixkil ta’ l-ispeċi li għalihom ġew nominati ż-żoni, safejn dak it-tfixkil jista’ jkun sinifikanti meta jitqies skond l-għanjiet [għanijiet] ta’ din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kull pjan jew proġett li mhux marbut direttament ma’ jew li ma hux meħtieġ għat-tmexxija tas-sit iżda li x’aktarx se jkollu effett sinjifikanti fuqu, jew b’mod individwali jew inkella flimkien ma’ xi pjanijiet jew proġetti oħra, għandu jkun suġġett għal evalwazzjoni xierqa ta’ l-implikazzjonijiet tiegħu għas-sit in vista ta’ l-għanjiet ta’ konservazzjoni tas-sit. Fl-isfond tar-riżultati ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-implikazzjonijiet għas-sit u skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaqblu dwar il-pjan jew il-proġett biss wara li jkunu żguraw li dan ma jaffettwax ħażin l-integrità tas-sit konċernat u, jekk xieraq, wara li jkunu raw l-opinjoni tal-pubbliku ġenerali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk, minkejja li jkun hemm evalwazzjoni negattiva ta’ l-implikazzjonijiet għas-sit u fin-nuqqas ta’ soluzzjonijiet oħra, pjan jew proġett irid isir xorta waħda għal raġunijiet obbligatorji [imperattivi] oħra li huma konnessi mal-interess pubbliku, inklużi dawk ta’ tip soċjali jew ekonomiku, l-Istat Membru irid jieħu l-miżuri kollha kumpensatorji meħtieġa biex jiżgura li tkun protetta l-koerenza globali ta’ Natura 2000. Hu jrid jgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-miżuri kumpensatorji adottati.</ALINEA><ALINEA>Meta s-sit konċernat jospita tip ta’ habitat naturali ta’ priorità u/jew speċi ta’ priorità, l-uniċi kunsiderazzjonijiet li jistgħu jitqajmu huma dawk marbuta ma’ saħħet il-bniedem jew is-sigurtà pubblika, dawk li għandhom konsegwenzi ta’ benefiċċju u ta’ importanza ewlenija għall-ambjent jew, wara opinjoni mill-Kummissjoni, ma raġunijiet obbligatorji [imperattivi] oħra ta’ interess pubbliku li jieħu l-preċedenza.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S>
</NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Fl-Anness 1 tad-Direttiva hemm imniżżel dan:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="DASH"><ITEM>
<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>8240 * Pavimenti b’ħaġar tal-ġir<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.
</ITEM></LIST></QUOT.S>
<HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT>
Id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-<DATE ISO="19850627">27 ta’ Ġunju 1985</DATE>, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248).
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk l-iżvilupp ta’ triq x’aktarx ikollu effett sinjifikattiv fuq ċertu siti ta’ importanza ekoloġika, dan għandu jkun suġġett għall-European Communities (Natural Habitats) Regulations 1997 (kif emendati) (iktar ’il quddiem, ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>regolamenti<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>), li jittrasponu d-Direttiva fid-dritt nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Ir-Regolament 2 tar-Regolamenti jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>sit Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> b’tali mod li jinkludi wkoll dawk is-siti li l-Irlanda qed tipproponi li jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni biex jiġu adottati bħala ŻSK. Ir-Regolament 4 jistabbilixxi proċedura għan-notifikazzjoni ta’ dawn is-siti ġewwa l-Irlanda. Dawn is-siti jiġu sussegwentement inkorporati fil-lista mibgħuta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Ir-Regolament 30 tar-Regolamenti (iktar ’il quddiem, ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Regolament 30<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>) jipprovdi:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>1.</NO.P><TXT>Meta żvilupp propost ta’ triq li fir-rigward tiegħu tkun saret applikazzjoni biex jiġi approvat mill-Ministru għall-Ambjent skont is-sezzjoni 51 tar-Roads Act, 1993, ma jkun la direttament konness ma’ u l-anqas neċessarju għall-imaniġġar ta’ sit Ewropew, iżda x’aktarx ikollu effett<?PAGE NO="5"?> sinjifikattiv fuqu kemm jekk waħdu jew jekk isir flimkien ma’ xi żviluppi oħra, il-Ministru għall-Ambjent għandu jiżgura li ssir evalwazzjoni xierqa tal-konsegwenzi fir-rigward ta’ dan is-sit fil-kuntest tal-għanijiet ta’ konservazzjoni tiegħu.</TXT></NP></ITEM></LIST>
<LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-Ministru għall-Ambjent jista’, billi jieħu kont tal-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni magħmulha skont il-paragrafu (1), jaqbel mal-iżvilupp propost tat-triq biss wara li jkun żgura ruħu li dan mhux ser jaffettwa ħażin l-integrità tas-sit Ewropew ikkonċernat.</TXT></NP></ITEM></LIST>
<LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-Ministru għall-Ambjent jista’ minkejja evalwazzjoni negattiva u meta jkun sodisfatt li ma jeżistux soluzzjonijiet alternattivi, jiddeċiedi li jaqbel mal-iżvilupp propost tat-triq meta dan l-iżvilupp ikollu jsir minħabba raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku li jieħu preċedenza.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Suġġett għall-paragrafu (b) raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku li jieħu preċedenza għandhom jinkludu raġunijiet ta’ natura soċjali jew ekonomika;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Jekk is-sit inkwistjoni jkun jospita tip ta’ habitat naturali ta’ priorità jew speċi ta’ priorità, l-uniċi fatturi li jistgħu jiġu kkunsidrati li huma ta’ interess pubbliku li jieħdu preċedenza huma:</TXT>
<LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>dawk li jikkonċernaw is-saħħa tal-bniedem jew is-sigurtà pubblika,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>konsegwenzi benefiċi essenzjali għall-ambjent, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>dawk li l-Kummissjoni tistabilixxi, permezz ta’ opinjoni, bħala raġunijiet oħra imperattivi ta’ interess pubbliku li jieħu preċedenza.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></ITEM></LIST>
</NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S>
<HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi magħmula</HT>
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/813/KE, tas-<DATE ISO="20041207">7 ta’ Diċembru 2004</DATE>, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, il-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku Atlantiku (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="150" NO.OJ="269" DATE.PUB="2004">ĠU L 269M, p. 150</REF.DOC.OJ>)
</NOTE>, il-Kummissjoni adottat lista preliminari taż-ŻSK skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva. Din il-lista tinkludi sit li jinkludi l-Lough Corrib u ż-żoni ta’ madwarha, li jinsabu f’County Galway, l-Irlanda. L-erja totali ta’ dan is-sit hija ta’ bejn wieħed u ieħor <FT TYPE="NUMBER">20582</FT> ettaru.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni 2008/23<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005">
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/23/KE, tat-<DATE ISO="20071112">12 ta’ Novembru 2007</DATE>, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-ewwel elenku aġġornat ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Atlantiku (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="012" DATE.PUB="2008">ĠU L 12, p. 1</REF.DOC.OJ>).
</NOTE>, il-Kummissjoni ħassret id-Deċiżjoni 2004/813 u adottat l-ewwel lista aġġornata ta’ ŻSK. Din il-lista kienet tinkludi s-sit ta’ Lough Corrib, li l-kejl tiegħu baqa’ l-istess.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>F’Diċembru 2006, il-ministru kompetenti ħareġ avviż, ġewwa l-Irlanda, li skontu s-sit ta’ Lough Corrib kien ġie estiż u li kien jikkonsisti f’25 253 ettaru. Il-parti estiża kienet tammonta għal bejn wieħed u ieħor <FT TYPE="NUMBER">4760</FT> ettaru. Fil-parti estiża ta’ dan is-sit jinsabu 270 ettaru ta’ paviment b’ħaġar tal-ġir, li huwa tip ta’ habitat naturali ta’ priorità elenkat fl-Anness I tad-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>F’Diċembru 2007, is-sit estiż ġie inkluż f’lista ta’ siti li ġiet mibgħuta lill-Kummissjoni mill-Irlanda skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni 2009/96<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006">
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/96/KE, tat-<DATE ISO="20081212">12 ta’ Diċembru 2008</DATE>, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, it-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Atlantiku (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="466" NO.OJ="043" DATE.PUB="2009">ĠU L 43, p. 466</REF.DOC.OJ>).
</NOTE>, il-Kummissjoni ħassret id-Deċiżjoni 2008/23 u adottat it-tieni lista aġġornata ta’ ŻSK. Dik il-lista kienet tinkludi s-sit estiż ta’ Lough Corrib.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Sadanittant, fl-<DATE ISO="20081120">20 ta’ Novembru 2008</DATE>, l-An Bord Pleanala (il-Bord Irlandiż tal-Ippjanar) (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Bord<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>), li huwa l-awtorità nazzjonali kompetenti fl-Irlanda għall-iskopijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva, fl-<DATE ISO="20081120">20 ta’ Novembru 2008</DATE> adotta deċiżjoni (iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>deċiżjoni inkwisjtoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>) li permezz tagħha ngħata permess għall-bini ta’ triq li kellha tgħaddi minn parti mis-sit ta’ Lough Corrib. It-triq proposta hija magħrufa bħala l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>N6 Galway City Outer Bypass road scheme<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Il-parti tas-sit li minnha kien ippjanat li tgħaddi t-triq tinsab fl-estensjoni ta’ <FT TYPE="NUMBER">4760</FT> ettaru msemmija fil-punt 15 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Jekk l-iżvilupp tat-triq iseħħ, jintilfu għal dejjem 1.47 ettaru ta’ paviment b’ħaġar tal-ġir<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007">
Il-Kummissjoni ssostni li din il-figura ma hijiex eżatta u ma tistmax kemm suppost dik iż-żona ta’ paviment b’ħaġar tal-ġir li għandha tiġi ssagrifikata. Madankollu, dan il-punt ma tqajjimx fid-digriet tar-rinviju - la espliċitament u lanqas impliċitament. Sa fejn dan il-punt jikkonċerna kwistjoni ta’ fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tittrattah. Sa fejn l-argumenti tal-Kummissjoni dwar dan il-punt iqajmu kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni – u għalhekk ta’ dritt – dawn il-kwistjonijiet ma jaqgħux fi ħdan il-qafas tad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju, u lanqas ma hemm bżonn li jingħataw tweġiba sabiex jiġu ttratati dawn id-domandi. Għalhekk ma iniex ser inkompli nikkunsidrahom.
</NOTE>. Dawn ikunu qed jintilfu minn dik il-parti estiża tas-sit, li fiha jinsabu 85 ettaru mit-total tas-270 ettaru ta’ paviment b’ħaġar tal-ġir li jinsab fis-sit intier ta’ Lough Corrib.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Qabel ma ġiet adotatta d-deċiżjoni inkwistjoni, il-Bord ħatar spettur espert biex jagħmel evalwazzjoni tal-konsegwenzi ambjentali (<HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>) li l-iżvilupp tat-triq seta’ jkollu fuq dan is-sit. Bħala parti mid-doveri tiegħu, huwa spezzjona s-sit fuq perjodu ta’ disa’ xhur u laqqa’ seduta, li damet għaddejja 21 ġurnata u li fiha l-partijiet interessati ġew irrappreżentati oralment u/jew bil-miktub. L-ispettur, abbażi tal-ispezzjoni, tal-informazzjoni u tal-argumenti ppreżentati waqt is-seduta, ħejja rapport u rakkomandazzjonijiet li huwa ssottometta lill-Bord. F’dan ir-rapport, huwa esprima l-fehma tiegħu li t-telf <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>ta’ bejn wieħed u ieħor 1.5 ettaru<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> ta’ paviment b’ħaġar tal-ġir kellu jiġi kkunsidrat fil-kuntest tal-85 ettaru ta’ paviment li kienu jinsabu fil-parti estiża tas-sit oriġinali ta’ Lough Corrib – meta wieħed iqis l-estensjoni bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>sottożona distinta<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="2019" ID="QE0030"/> tas-sit kollu – u mhux fil-kuntest ta’ 270 ettaru ta’ paviment li jinsabu fis-sit meta wieħed iqisu fl-intier tiegħu. Huwa nnota wkoll li bit-teħid ta’ miżuri biex inaqqsu mit-telf ta’ paviment, il-parti tal-paviment bil-ħaġar tal-ġir li kien ser ikollha titneħħa biex tinbena t-triq kienet ċkienet b’ammont li deherlu li kien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>ammont sinjifikattiv<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> (minn 3.8 ettaru għal 1.5 ettaru). F’dak li jikkonċerna t-telf innifsu, l-ispettur ikkonkluda li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>f’dak li jirrigwarda l-kwantità, dan it-telf relattivament żgħir ma jkunx jammonta għal effett ħażin fuq l-integrità taż-żona<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. F’dak li jikkonċerna kwistjonijiet relatati mal-frammentazzjoni u d-disturb, huwa sab li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>l-iżvilupp propost ma kienx ser jafettwa b’mod serju l-ilħuq tal-għanijiet ta’ konservazzjoni tas-sit u ma kienx ser jaffettwa b’mod serju l-integrità tas-sit<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>L-ispettur ikkonkluda wkoll li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>l-fatt li ġie stmat effetti ta’ livell negattiv ħafna, li jagħti lok għal miżuri xierqa biex itaffu dan l-effetti<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> kien raġonevoli. Mid-diġriet tar-rinviju jirriżulta ċar li meta uża l-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>effetti ta’ livell negattiv ħafna<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> fir-rapport tiegħu, l-ispettur kien qed jimxi skont il-linji gwida stabbiliti mill-Irish National Roads Authority (L-Awtorità Nazzjonali tat-Toroq). L-effett ta’ dawk il-linji gwida kien li jeżiġu li kwlunkwe effetti permanenti fuq sit bħalma huwa l-Lough Corrib jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>negattivi ħafna<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>. Għalhekk l-użu ta’ din l-espressjoni għandu jinftiehem bħala li jirreferi għall-permanenza tal-effetti.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni inkwistjoni, il-Bord qabel mal-evalwazzjoni li l-ispettur għamel tal-effetti ambjentali tal-proġett. Il-Bord ikkonkluda li l-iżvilupp <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>filwaqt li għandu effetti lokalizzati qawwija fuq [is-sit] ta’ Lough Corrib, ma jaffettwax ħażin l-integrità ta’ dan [is-sit]. Għalhekk l-iżvilupp [...] ma għandux ikollu effetti mhux aċċettabbli fuq l-ambjent u għandu jkun konformi mal-ippjanar xieraq u l-iżvilupp sostenibbli ta’ din iż-żona<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>P. Sweetman ikkontesta d-deċiżjoni inkwistjoni quddiem il-High Court (Irlanda), billi qal, b’mod partikolari, li l-Bord ma kellux raġun li jikkonkludi li l-proġett tal-bini tat-triq ma kienx ser jaffettwa ħażin l-integrità tas-sit ta’ Lough Corrib. Peress li tilef dan ir-rikors fl-ewwel istanza, P. Sweetman appella quddiem is-Supreme Court, li għamlet id-domandi preliminari segwenti:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>(1)</NO.P><TXT>Liema huma l-kriterji legali li għandhom jiġu applikati minn awtorità kompetenti għall-evalwazzjoni tal-probabbiltà li pjan jew proġett, imsemmija fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitat, ikollhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>effett ħażin fuq l-integrità tas-sit<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>L-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni twassal sabiex tali pjan jew proġett ma jkunux jistgħu jiġu awtorizzati jekk jirriżultaw fit-telf permanenti u mhux sostenibbli tal-habitat inkwistjoni kollu jew ta’ parti minnu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>X’inhi r-relazzjoni, jekk hemm, bejn l-Artikolu 6(4) u t-teħid tad-deċiżjoni taħt l-Artikolu 6(3) li l-pjan jew proġett ma humiex se jaffettwaw ħażin l-integrità tas-sit?<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S>
<HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT>
<HT TYPE="ITALIC">Ammissibbiltà</HT>
Id-deċiżjoni inkwistjoni kienet tal-<DATE ISO="20081120">20 ta’ Novembru 2008</DATE>. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinkludi l-estensjoni tas-sit fil-lista aġġornata taż-ŻSK ġiet adottata fit-<DATE ISO="20081212">12 ta’ Diċembru 2008</DATE>, jiġifieri xi tliet ġimgħat wara d-data tad-deċiżjoni inkwistjoni.
</NOTE>. Ninsab ċert li s-Supreme Court kienet konxja sew ta’ dan il-punt meta għamlet ir-rinviju. Madankollu, l-Awtoritajiet Lokali jikkontendu li għalhekk id-domandi magħmula jirrigwardaw biss l-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali u għaldaqstant ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Għalhekk il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex taċċetta li tirrispondihom.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, interpretazzjoni daqshekk ristretta tal-Artikolu 267 TFUE ma hijiex ġustifikata.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jidher ċar li din il-Qorti għandha ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjonijiet preliminari f’każijiet li jirrigwardaw leġiżlazzjoni nazzjonali li tkun saret bil-għan li timplementa d-dritt tal-Unjoni Ewropea, anki meta s-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali ma tkunx, strettament, irregolata mid-dritt tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Dan ikun il-każ meta l-għan tad-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni jkun li jiġu adottati l-istess soluzzjonijiet adottati permezz tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ikunu applikabbli, skont id-dritt nazzjonali, b’mod dirett u assolut. Il-leġiżlazzjoni għandha tinkludi indikazzjonijiet preċiżi biżżejjed biex minnhom ikun jista’ jiġi dedott li l-leġiżlatura nazzjonali kellha l-għan li tirreferi għall-kontenut tad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Il-Qorti tal-Ġustizzja ġġustifikat din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 267 TFUE abbażi tal-fatt li, sabiex jiġu antiċipati u evitati differenzi futuri ta’ interpretazzjoni, id-dispożizzjonijiet jew il-kunċetti meħuda mid-dritt tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati b’mod uniformi, irrispettivament miċ-ċirkustanzi li fihom għandhom japplikaw<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009">
F’dan ir-rigward, ara b’mod ġenerali s-sentenza tal-<DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, Cicala (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-482/10" PAGE.ECR="I-14139" YEAR="2011">C-482/10, Ġabra p. I-14139</REF.DOC.ECR>, punti 17 sa 19).
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Dan ma jfissirx li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha taċċetta l-ġurisdizzjoni li tiddeċiedi f’kull każ li jinvolvi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali bbażati fuq id-dritt tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk fis-sentenza Kleinwort Benson<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010">
Sentenza tat-<DATE ISO="19950328">28 ta’ Marzu 1995</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-346/93" PAGE.ECR="I-615" YEAR="1995">C-346/93, Ġabra p. I-615</REF.DOC.ECR>, punt 16).
</NOTE>, hija ppreċiżat li r-rinviju ma kienx ammissibbli minħabba li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni ma kellhiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/><HT TYPE="ITALIC">renvoi</HT> diretta u assoluta<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Ewropew b’tali mod li tkun tista’ tinkorporahom fl-ordinament ġuridiku nazzjonali, iżda minnflok użat dawk id-dispożizzjonijiet biss bħala mudell. Barra minn hekk, filwaqt li ċerti dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ttieħdu mil-leġiżlazzjoni korrispondenti Ewropea kważi kelma b’kelma, xi oħrajn tbiegħedu minnha u saru provvedimenti espliċiti għall-awtoritajiet tal-Istat Membru inkwistjoni biex jadottaw modifiki <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>maħsuba biex joħolqu diverġenza<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> minn dik il-leġiżlazzjoni korrispondenti.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Filwaqt li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament 30 huwa limitat għall-proposti għall-iżvilupp tat-toroq, u għalhekk huwa iżjed ristrett minn dak tal-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva, jidher xorta waħda ċar li l-għan tiegħu huwa li f’dan il-kuntest jiġu adottati l-istess soluzzjonijiet bħal dawk previsti mid-Direttiva. L-applikazzjoni tar-Regolament 30 huwa kemm dirett kif ukoll assolut. Barra dan, it-titlu tar-Regolamenti jagħmilha ċara li dawn ir-regolamenti saru bl-iskop li l-leġiżlazzjoni Ewropea tiġi trasposta fid-dritt nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011">
Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tat-<DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Les Vergers du Vieux Tauves (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-48/07" PAGE.ECR="I-10627" YEAR="2008">C-48/07, Ġabra I-10627</REF.DOC.ECR>, punt 22).
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>F’dan l-isfond, jien tal-fehma li l-bżonn li jiġu antiċipati u evitati differenzi futuri ta’ interpretazzjoni, bħal fil-każ tar-Regolament 30 tar-Regolamenti u l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva, huwa tal-ikbar importanza. Ladarba sit ikun ġie inkluż fil-lista ta’ ŻSK tal-Kummissjoni, ma hemmx dubju li r-Regolament 30, meta jkun qed jiġi applikat fir-rigward ta’ dan is-sit, għandu jiġi interpretat skont l-Artikolu 6(3). Bl-istess mod, ir-Regolament 30 għandu jiġi interpretat u applikat b’mod konsistenti taħt id-dritt nazzjonali, indipendentement minn jekk is-sit inkwistjoni jkun (għadu) ġie inkluż fil-lista. Għalhekk, il-qrati Irlandiżi għandhom jiżguraw li, meta jkunu qed jinterpretaw ir-Regolament 30 f’każ fejn l-Artikolu 6(3) ikun (għadu) ma japplikax, ma jkollhomx għalfejn ibiddlu dik l-interpretazzjoni f’każ fejn dan l-Artikolu jsir japplika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012">
Kif fil-fatt issa japplika għas-sit estiż ta’ Lough Corrib.
<HT TYPE="ITALIC">L-ewwel domanda</HT>
Ara pereżempju, is-sentenza tal-<DATE ISO="20071004">4 ta’ Ottubru 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Taljana (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-179/06" PAGE.ECR="I-8131" YEAR="2007">C-179/06, Ġabra p. I-8131</REF.DOC.ECR>); is-sentenza tal-<DATE ISO="20100304">4 ta’ Marzu 2010</DATE>, il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Franċiża (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-241/08" PAGE.ECR="I-1697" YEAR="2010">C-241/08, Ġabra p. I-1697</REF.DOC.ECR>); is-sentenza tal-<DATE ISO="20100114">14 ta’ Jannar 2010</DATE>, Stadt Papenburg (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-226/08" PAGE.ECR="I-131" YEAR="2010">C-226/08, Ġabra p. I-131</REF.DOC.ECR>); u s-sentenza tas-<DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE> <HT TYPE="ITALIC">Solvay et</HT> (C-182/10).
</NOTE>. Hawnhekk, min-naħa l-oħra, l-evalwazzjoni saret u ma hemm ebda implikazzjoni li din ma kinitx twettqet kif suppost – fil-fatt, l-indikazzjonijiet huma li din saret b’reqqa kbira<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014">
Ara l-punti 20 sa 22 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
L-għanijiet tad-Direttiva
L-Artikolu 6
F’dan ir-rigward ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenzi, tas-<DATE ISO="20040907">7 ta’ Settembru 2004</DATE>, Waddenvereniging u Vogelbeschermingsvereniging (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-127/02" PAGE.ECR="I-7405" YEAR="2004">C-127/02, Ġabra p. I-7405</REF.DOC.ECR>, punt 32); tal-<DATE ISO="20101014">14 ta’ Ottubru 2010</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-535/07" PAGE.ECR="I-9483" YEAR="2010">C-535/07, Ġabra p. I-9483</REF.DOC.ECR>, punt 58), u tal-<DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-404/09" PAGE.ECR="I-11853" YEAR="2011">C-404/09, Ġabra p. I-11853</REF.DOC.ECR>, punt 127).
</NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeskriviet dan ir-rekwiżit bħala wieħed <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>li jippermetti li jintlaħaq l-għan essenzjali tal-preservazzjoni u tal-protezzjoni tal-kwalità tal-ambjent, inkluża l-konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa u jistabbilixxi obbligu ta’ protezzjoni ġenerali, li jikkonsisti li jiġu evitati deterjorazzjonijiet u tfixkil li jista’ jkollhom effetti sinjifikattivi fir-rigward tal-għan ta’ din id-direttiva<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016">
Ara s-sentenza Stadt Papenburg, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13 iktar ’il fuq, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata.
</NOTE>. L-obbligu li jistabbilixxi l-Artikolu 6(2) ma huwiex wieħed assolut fis-sens li jimponi d-dover li jiġi żgurat li ma jsiru tibdiliet ta’ ebda tip, u f’ebda żmien, fis-sit inkwistjoni. Pjuttost wieħed għandu jqisu billi jieħu kont tal-għanijiet ta’ konservazzjoni tas-sit<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017">
Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza Waddenvereniging u Vogelbeschermingsvereniging, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15 iktar ’il fuq, punt 46.
</NOTE>,<?PAGE NO="11"?> minħabba li s-sit ikun ġie nnominat għal din ir-raġuni. Għalhekk ir-rekwiżit huwa li jittieħdu l-passi xierqa kollha biex jiġi evitat li dawk l-għanijiet jiġu ppreġudikati. B’hekk tkun qed tiġi ppreżervata l-awtentiċità tas-sit bħala habitat naturali, b’dak kollu li dan jimplika għall-bijodiversità tal-ambjent. It-traskuraġni li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent ma hijiex possibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>B’kuntrast ma dan, l-Artikolu 6(3) ma huwiex ikkonċernat bl-amministrazzjoni ta’ kuljum tas-sit. Dan l-artikolu japplika biss fejn ikun hemm pjan jew proġett li ma huwiex direttament konness ma’ jew meħtieġ għall-immaniġġar tas-sit. L-istess artikolu jistabbilixxi test b’żewġ stadji. Fl-ewwel stadju jkun neċessarju li jiġi ddeterminat jekk il-pjan jew il-proġett inkwistjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>x’aktarx se jkollu effett sinjifikanti [fuq is-sit]<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Hawnhekk nixtieq nieqaf ftit biex nosserva li, għalkemm il-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>likely to have [an] effect<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> użat fil-verżjoni Ingliża tat-test<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018">
Meta d-Direttiva ġiet adottata, f’Mejju tal-1992, il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kienu d-Daniż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Ispanjol, il-Franċiż, it-Taljan, l-Olandiż, u l-Portugiż. It-test tad-Direttiva huwa għalhekk awtentiku f’kull waħda minn dawn il-verżjonijiet lingwistiċi.
</NOTE> jista’ mill-ewwel jagħti lil wieħed x’jifhem li hemm għalfejn jiġi stabbilit element ta’ probabbiltà – jiġifieri li jista’ jidher li qed jeżiġi determinazzjoni immedjata, u possibbilment iddettaljata, tal-effetti li l-pjan jew il-proġett inkwistjoni jista’ jkollu fuq is-sit – l-espressjoni użata f’verżjonijiet lingwistiċi oħra hija iżjed dgħajfa. Għalhekk, pereżempju, fil-verżjoni Franċiża l-espressjoni hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>susceptible d’affecter<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, il-verżjoni Ġermaniża tuża <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>beeinträchtigen könnte<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, l-Olandiża tirreferi għal pjan jew proġett li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>gevolgen kan heben<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>, filwaqt li dik Spanjola tuża <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>pueda afectar<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>. Kull waħda minn dawn il-verżjonijiet tissuġġerixxi li l-livell tat-test huwa iżjed baxx u li l-mistoqsija hija sempliċement jekk il-pjan jew il-proġett inkwistjoni jistax ikollu xi effett. Huwa f’dan is-sens li għandha tinftiehem il-frażi Ingliża <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/><HT TYPE="ITALIC">likely to</HT><QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019">
Ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20040401">1 ta’ April 2004</DATE>, Borgmann (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-1/02" PAGE.ECR="I-3219" YEAR="2004">C-1/02 Ġabra p. I-3219</REF.DOC.ECR>) f’dak li jirrigwarda l-bżonn, fil-każ ta’ diverġenza bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi ta’ regola tal-Unjoni Ewropea, li dispożizzjoni tiġi interpretata billi wieħed iqis l-iskop u l-istruttura ġenerali tar-regoli li din tifforma parti minnhom (punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll, f’dak li jirrigwarda d-diffikultajiet li jistgħu joħolqu d-differenzi fil-verżjonijiet lingwistiċi, il-konklużjonijiet tiegħi għas-sentenza tal-<DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, Emirates Airlines (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-173/07" PAGE.ECR="I-5237" YEAR="2008">C-173/07, Ġabra p. I-5237</REF.DOC.ECR>).
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-<HT TYPE="ITALIC">possibbiltà</HT> li jkun hemm effett sinjifikattiv fuq is-sit toħloq il-bżonn ta’ evalwazzjoni xierqa għall-iskopijiet tal-Artikolu 6(3)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020">
Eżempju tat-tip ta’ konfużjoni li tista’ twassal għaliha din il-leġiżlazzjoni abbozzata b’mod xejn metikoluż, wieħed jista’ jarah fis-sentenza Waddenvereniging u Vogelbeschermingsvereniging, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15 iktar ’il fuq. Fil-punt 41 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja tippreċiża li jekk teżisti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>sempliċi probabbiltà<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> li jista’ jkun hemm effetti sinjifikattivi, ikun meħtieġ li ssir evalwazzjoni xierqa. Fil-punt 43 hija tagħmel riferiment għal fatt li jkun hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>probabbiltà jew riskju<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>. Fil-punt 44, hija tuża l-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>f’każ ta’ dubju<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>. Jidhirli li hija din il-frażi tal-aħħar li tesprimi l-pożizzjoni bl-aħjar mod.
</NOTE>. Ir-rekwiżit, f’dan l-istadju, li l-pjan jew il-proġett x’aktarx ikollu effett sinjifikattiv, huwa għalhekk l-element li jiġġenera l-obbligu li ssir evalwazzjoni xierqa. Ma hemm ebda bżonn li jiġi <HT TYPE="ITALIC">stabbilit</HT> dan l-effett; kif tosserva l-Irlanda, huwa sempliċement neċessarju li jiġi ddeterminat li <HT TYPE="ITALIC">jista’ jkun hemm</HT> dan l-effett.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Ir-rekwiżit li l-effett inkwistjoni jkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>sinifikanti<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> qiegħed hemm biex jiġi stabbilit livell <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>. Dawk il-pjanijiet jew dawk il-proġetti li ma għandhom ebda effett li jista’ jiġi evalwat fuq is-sit huma għalhekk esklużi. Li kieku l-pjanijiet jew il-proġetti kollha li jista’ jkollhom <HT TYPE="ITALIC">kwalunkwe</HT> effett fuq is-sit kellhom jaqgħu taħt l-Artikolu 6(3), ikun hemm ir-riskju li kull attività fuq jew viċin is-sit issir impossibbli minħabba dan l-eċċess leġiżlattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Il-livell tal-ewwel stadju tal-Artikolu 6(3) huwa għalhekk wieħed baxx ħafna. Dan iservi biss ta’ attivatur, sabiex ikun jista’ jiġi ddeterminat jekk għandhiex issir evalwazzjoni xierqa tal-konsegwenzi li l-pjan jew il-proġett jista’ jkollu fuq l-għanijiet ta’ konservazzjoni tas-sit. L-iskop ta’ din l-evalwazzjoni huwa li l-pjan jew il-proġett inkwistjoni jiġi kkunsidrat bir-reqqa, abbażi ta’ dak li l-Qorti tal-Ġustizzja sejħet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>l-aħjar għarfien xjentifiku f’dan il-qasam<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021">
Sentenza Waddenvereniging u Vogelbeschermingsvereniging, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15 iktar ’il fuq, punt 54.
</NOTE>. Il-membri tal-pubbliku jistgħu wkoll jiġu mistiedna jagħtu l-opinjoniet tagħhom. Dawn l-opinjonijiet jistgħu ta’ spiss jipprovdu għerf prattiku ta’ valur ibbażat fuq il-konoxxenza tagħhom, bħala nies tal-lokal, tas-sit inkwistjoni u fuq informazzjoni rilevanti oħra li altrimenti tista’ ma tkunx disponibbli għal dawk li jkunu qed jagħmlu l-evalwazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Dak li l-evalwazzjoni esperta għandha tiddetermina huwa jekk il-pjan jew il-proġett inkwistjoni għandux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>effett ħażin fuq l-integrità tas-sit<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>, minħabba li huwa fuq dan li jridu jibbażaw ruħhom l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jaslu għad-deċiżjoni tagħhom. Huwa ċar li l-livell ta’ dan (it-tieni) stadju huwa ogħla minn dak stabbilit fl-ewwel stadju. Dan huwa minħabba li l-mistoqsija ma hijiex (biex nuża terminolġijia iżjed sempliċi) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>għandna nindenjaw ruħna nivverifikaw?<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> (li hija l-mistoqsija tal-ewwel stadju) iżda pjuttost <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>x’ser jiġri lis-sit jekk dan il-pjan jew proġett jipproċedi?; u dan ikun konsistenti <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>mal-manteniment jew ir-ripristinar tal-istat favorevoli ta’ konservazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="2019" ID="QE0067"/> tal-habitat jew tal-ispeċi kkonċernat?<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>. Fil-kawża preżenti huwa paċifiku li jekk il-bini tat-triq iseħħ parti mill-habitat tintilef għal dejjem. Il-kwistjoni hawn hija sempliċement jekk il-bini tat-triq jistax jiġi awtorizzat mingħajr ma jinqabeż dak il-livell u mingħajr ma jkollhom jiġu invokati l-bqija tal-elementi tal-Artikolu 6(3) [u jekk meħtieġ, tal-Artikolu 6(4)].</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Madankollu, huwa ċar, li l-livell stabbilit f’dan l-istadju tal-Artikolu 6(3) ma jistax jiġi ffissat wisq fl-għoli, minħabba li l-evalwazzjoni għandha ssir billi tingħata attenzjoni rigoruża għall-prinċipju ta’ prekawzjoni. Dan il-prinċipju japplika meta jkun hemm l-inċertezza fir-rigward tal-eżistenza jew tal-livell tar-riskji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022">
Sentenza tal-<DATE ISO="19980505">5 ta’ Mejju 1998</DATE>, National Farmers’ Union <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-157/96" PAGE.ECR="I-2211" YEAR="1998">C-157/96, Ġabra p. I-2211</REF.DOC.ECR>, punt 63).
</NOTE>. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jawtorizzaw pjan jew proġett <HT TYPE="ITALIC">biss jekk ikunu konvinti li dan ma huwiex ser jaffettwa ħażin l-integrità tas-sit ikkonċernat</HT>. Jekk ma jkunux ċerti li mhux ser ikun hemm effetti ħżiena, għandhom jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023">
Ara f’dan ir-rigward, is-sentenza Waddenvereniging u Vogelbeschermingsvereniging, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15 iktar ’il fuq, punti 56 sa 59.
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Kif għandu jiġi interpretat ir-riferiment, f’din l-espressjoni, għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>integrità<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> tas-sit?</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Għal darba oħra, hawnhekk, ta’ min wieħed jieqaf ftit biex josserva d-differenzi fil-verżjonijiet lingwistiċi tal-Artikolu 6(3). Il-verżjoni Ingliża tuża kelma astratta (integrity) – l-istess sistema adottata, pereżempju, fil-verżjoni Franċiża (intégrité) u dik Taljana (integrità). Xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra huma iżjed konkreti. Għaldaqstant, il-verżjoni Ġermaniża tirreferi għas-sit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>als solches<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/> (fis-sens strett tal-kelma). Il-verżjoni Olandiża titkellem dwar il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>natuurlijke kennmerken<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/> (karatteristiċi naturali) tas-sit.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Minkejja dawn id-differenzi lingwistiċi, jidhirli li kollha qed jittrattaw l-istess punt. Hija l-unità essenzjali tas-sit li hija rilevanti. Fi kliem ieħor, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>integrità<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> għandu jinftiehem bħala li qed jirreferi għat-totalità u l-kundizzjoni tajba kontinwi tal-karatteristiċi kostituttivi tas-sit ikkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>L-integrità li għandha tiġi ppreservata għandha tkun dik <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>tas-sit<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/>. Fil-kuntest ta’ sit li jikkonsisti f’habitat naturali, dan ifisser sit li ġie nnominat wara li jkun ġie kkunsidrat il-bżonn li l-habitat inkwistjoni jiġi mantenut (jew ripristinat) fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli. Dan ikun ta’ importanza partikolari meta, bħalma huwa l-każ fil-kawża preżenti, is-sit inkwistjoni jkun habitat naturali ta’ prijorità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024">
Ara, f’dan ir-rigward, il-punt 40 iktar ’il fuq.
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-karatteristiċi kostituttivi tas-sit li għandhom ikunu rilevanti huma dawk li fir-rigward tagħhom ġie nnominat is-sit u l-għanijiet ta’ konservazzjoni assoċjati magħhom. Għalhekk, meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk l-integrità tas-sit hijiex ser tiġi affettwata, il-mistoqsija li għandu jistaqsi min ikun qed jieħu d-deċiżjoni hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>għaliex ġie nnominat <HT TYPE="ITALIC">dan is-sit partikolari</HT> u x’inhuma l-għanijiet ta’ konservazzjoni tiegħu?<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/>. Fil-kawża preżenti, in-nominazzjoni saret, għall-inqas sa ċertu punt, minħabba l-preżenza ta’ paviment b’ħaġar tal-ġir f’dan is-sit – riżorsa naturali fil-periklu li tgħib, li ladarba tinqered, ma tistax tiġi ssostitwita u li għalhekk huwa essenzjali li tiġi kkonservata.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-effett fuq l-integrità tas-sit għandu jkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>ħażin<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/>. Fi kwalunkwe każ, l-evalwazzjoni xierqa tat-tieni stadju skont l-Artikolu 6(3) tista’ tiddetermina li l-effett tal-pjan jew tal-proġett fuq is-sit ser ikun newtrali, jew saħansitra ta’ benefiċċju. Iżda jekk l-effett ikun negattiv, dan il-pjan jew proġett ma jistax jipproċedi – għall-inqas skont din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Allura x’jikkostitwixxi effett negattiv jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0075" REF.END="QE0075"/>ħażin<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/>? Hawnhekk jista’ jkun ta’ għajnuna li niddistingwu bejn tliet sitwazzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Pjan jew proġett jista’ jinvolvi xi telf strettament temporanju ta’ karatteristika li kapaċi tiġi rkuprata – fi kliem ieħor, is-sit jista’ jiġi ripristinat fl-istat xieraq ta’ konservazzjoni tiegħu fi żmien qasir. Eżempju ta’ dan jista’ jkun it-tħaffir ta’ xi trinka sabiex tkun tista’ tingħadda kanna sotterranea minn naħa għal oħra ta’ xi parti ta’ sit. <HT TYPE="ITALIC">Sakemm</HT> ikun possibbli li kwalunkwe disturb fis-sit jiġi rripristinat, ma jkunx hemm (kif nifhimha jien) effett ħażin fuq l-integrità tas-sit.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Madankollu, għall-kuntrarju ta’ dan, miżuri li jinvolvu l-qerda permanenti ta’ parti mill-habitat li minħabba l-eżistenza tagħha jkun ġie nnominat is-sit, għandhom fil-fehma tiegħi, jiġu kkategorizzati bħala ħżiena. L-għanijiet ta’ konservazzjoni tas-sit huma, minħabba din il-qirda, suġġetti li jiġu fundamentalment – u b’mod irreversibbli – imdgħajfa. Il-fatti li fuqhom huwa bbażat ir-rinviju preżenti jaqgħu f’din il-kategorija.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>It-tielet sitwazzjoni tikkonsisti fi pjanijiet jew proġetti li l-effett tagħhom fuq is-sit ikun jaqa’ bejn dawn iż-żewġ estremi. Il-Qorti tal-Ġustizzja ma semgħetx argumenti ddettaljati dwar jekk dawn il-proġetti jew pjanijiet għandhomx (jew ma għandhomx) jiġu meqjusa li joħolqu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0076" REF.END="QE0076"/>effett ħażin fuq l-integrità tas-sit<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/>. Jidhirli li jkun prudenti li nħallu dan il-punt miftuħ sabiex jiġi deċiż f’xi kawża sussegwenti.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Ejja nassumu li pjan jew proġett jaqbeż il-limitu stabbilit fit-tieni sentenza tal-Artikolu 6(3). F’dan il-każ ikun meħtieġ li wieħed jikkunsidra jekk jistax jipproċedi skont l-Artikolu 6(4). Din id-dispożizzjoni tiġi attivata meta jkun hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0077" REF.END="QE0077"/>evalwazzjoni negattiva tal-implikazzjonijiet għas-sit<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/>. Sabiex l-Artikolu 6 jkun jagħmel sens bħala ħaġa sħiħa u koerenti, dan il-kliem għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Artikou 6(4) jkompli eżatt minn fejn ikun spiċċa l-Artikolu 6(3), jiġifieri hekk kif jinsab li l-pjan jew il-proġett inkwistjoni ma jistax jipproċedi skont l-Artikolu 6(3).</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(4), bħall-Artikolu 6(3), huwa maqsum f’żewġ partijiet. L-ewwel parti tapplika għal kull pjan jew proġett li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 6(3). It-tieni parti tapplika biss meta s-sit inkwistjoni jospita tip ta’ habitat naturali ta’ prijorità jew speċi ta’ prijorità.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-ewwel sett – ġenerali – ta’ rekwiżiti, il-pjan jew il-proġett jista’ jipproċedi biss jekk ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku li jieħdu l-preċedenza u jekk ma tkun teżisti ebda soluzzjoni alternattiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025">
Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza Solvay <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13 iktar ’il fuq, punti 71 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.
</NOTE>. Barra minn dan, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kumpensatorji kollha neċessarji biex jiżgura li l-koerenza ġenerali tan-Natura 2000 tiġi mħarsa. Filwaqt li l-Kummissjoni għandha tiġi informata dwar il-miżuri kumpensatorji adottati, din, strettament, ma tipparteċipax fil-proċedura. Fi kliem ieħor il-leġiżlazzjoni tirrikonoxxi li jistgħu jeżistu ċirkustanzi eċċezzjonali li fejn il-ħsara lil jew il-qirda ta’ habitat naturali protett jistgħu jkunu neċessarji, iżda meta tippermetti li dan id-dannu jew il-qirda jitwettqu, tinsisti li jkun hemm kumpens sħiħ fir-rigward tal-konsegwenzi ambjentali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026">
Għal eżempju ta’ passi li <HT TYPE="ITALIC">ma jikkostitwixxux</HT> miżuri kumpensatorji adegwati, ara l-punt 29 tal-konklużjonijiet tiegħi għas-sentenza tal-<DATE ISO="20070920">20 ta’ Settembru 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Taljana (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-388/05" PAGE.ECR="I-7555" YEAR="2007">C-388/05, Ġabra p. I-7555</REF.DOC.ECR>), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0078" REF.END="QE0078"/>Valloni e steppe pedegarganiche<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/>. Jien ma iniex ser nittratta d-domanda ġenerali dwar kif wieħed għandu jidentifika <HT TYPE="ITALIC">x’jikkostitwixxi</HT> miżuri kumpensatorji adegwati fi kwalunkwe każ.
</NOTE>. B’hekk l-<HT TYPE="ITALIC">istatus quo</HT>, jew l-iżjed li wieħed jista’ joqrob lejn l-<HT TYPE="ITALIC">istatus quo</HT> fiċ-ċirkustanzi kollha, jinżamm.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>It-tieni parti hija iżjed ristretta. Ir-raġunijiet li għalihom il-pjan jew il-proġett jista’ jipproċedi huma iżjed limitati u jista’ jkun neċessarju li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru kkonċernat jiksbu opinjoni mill-Kummissjoni qabel ma jipproċedu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027">
Il-leġiżlazzjoni tindika li l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni jiġu ppreżentati bħala opinjoni iktar milli bħala deċiżjoni. Għalhekk dawn ma jkunux direttament vinkolanti fuq il-partijiet ikkonċernati. Iżda l-Kummissjoni xorta waħda għandha l-possibbiltà li tieħu l-passi kontra Stat Membru li jikser, jew jippermetti lil min jikser, l-opinjoni tagħha. Alternattivament, terza persuna leża tista’ tiftaħ kawża quddiem qorti nazzjonali biex tikseb deċiżjoni b’effett xieraq.
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Filwaqt li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6(4) huma intenzjonalment rigorużi, huwa importanti li wieħed josserva li dawn ma jikkostitwixxux ostakoli għall-awtorizzazzjoni li ma jistgħux jingħelbu. Waqt is-seduta l-Kummissjoni indikat li mill-15 sa 20 talba li saru taħt din id-dispożizzjoni sa issa għal opinjoni, waħda biss irċiviet riposta negattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Jidhirli li, f’dan il-kuntest ġenerali, kull interpretazzjoni tal-Artikolu 6(3) li tipprovdi livell ta’ ħarsien iktar baxx minn dak ikkontemplat fl-Artikolu 6(4) ma tistax tkun korretta. Il-fatt li l-Istati Membri jkunu obbligati jieħdu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0079" REF.END="QE0079"/>l-miżuri kollha kumpensatorji meħtieġa<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/> meta jkunu qed iwettqu pjan jew proġett skont din id-dispożizzjoni tal-aħħar, sabiex tiġi ppreżervata l-koerenza ġenerali tan-Natura 2000, filwaqt li fl-istess ħin jingħataw permess li jawtorizzaw proġetti żgħar oħra skont id-dispożizzjoni ta’ qabel anki jekk dan jinvolvi xi ħsara jew qirda permanenti jew dewwiema, ikun inkompatibbli mas-sistema ġenerali prevista fl-Artikolu 6. Interpretazzjoni bħal din tkun ukoll tonqos milli tipprevjeni dak li l-Kummissjoni ssejjaħ il-fenomenu ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0080" REF.END="QE0080"/><HT TYPE="ITALIC">death by a thousand cuts</HT><QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/>, jiġifieri, it-telf kumulattiv ta’ habitat minħabba bosta, jew għallinqas numru ta’, proġetti żgħar li jitħallew jitwettqu fl-istess sit<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028">
Waqt is-seduta ġie diskuss ukoll jekk dan il-fenomenu kellux sehem fid-determinazzjoni ta’ jekk ġiex sodisfatt it-test tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0081" REF.END="QE0081"/>effett ħażin fuq l-integrità tas-sit<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/> skont l-Artikolu 6(3). Fil-fehma tiegħi, ma għandu ebda sehem f’dan il-kuntest. Il-kriterji rilevanti f’dan il-każ huma dawk imsemmija fil-punti 50 sa 60 iktar ’il fuq. Ma hemmx bżonn li wieħed imur oltre.
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>L-analiżi preċedenti hija essenzjalment insostenn tar-raġunament espost minn P. Sweetman, mill-Irlanda u mill-Kummissjoni. Il-Bord, l-Awtoritajiet Lokali u r-Renju Unit jadottaw loġika differenti, ibbażata mill-qrib fuq il-kliem letterali tal-Artikolu 6(3). B’mod partikolari dawn jenfasizzaw il-proċess ta’ żewġ stadji li timponi din id-dispożizzjoni. Huma jikkontendu li kull stadju huwa separat u għalhekk għandu jiġi mifhum li kull wieħed għandu tifsira u skop differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Dan ir-raġunar alternattiv nista’ niġbru fil-qosor skont kif ġej.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Matul interpretazzjoni tal-Artikolu 6, għandha ssir distinzjoni bejn l-Artikolu 6(1) u (2), minn naħa, u l-Artikolu 6(3) u (4), min-naħa l-oħra. L-ewwel tnejn qegħdin hemm biex jirregolaw l-immaniġġar ta’ kuljum tas-sit. It-tnejn tal-aħħar, min-naħa tagħhom, jittrattaw pjanijiet u proġetti li ma humiex relatati mal-immaniġġar. Dawn għalhekk jistgħu jiġu interpretati bħala li jistabbilixxu eċċezzjonijiet għall-Artikolu 6(1) u (2). Matul kunsiderazzjoni ta’ pjan jew proġett bħal dan, għandu l-ewwel nett jiġi kkunsidrat jekk dan x’aktarx għandux ikollu effett sinjifikattiv fuq is-sit. F’dan il-kuntest il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0082" REF.END="QE0082"/>x’aktarx<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/> għandha tiġi interpretata fis-sens li tikkonsisti f’test ta’ probabbiltà (minkejja l-fatt li huwa bbażat fuq prinċipju ta’ prekawzjoni – ma jidhirlix li dan qiegħed b’xi mod jiġi kkontestat). Pjan jew proġett li ma huwiex meqjus li x’aktarx ikollu effett sinjifikattiv jista’ jipproċedi, mingħajr ebda bżonn ta’ evalwazzjoni tal-konsegwenzi tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju ta’ dan, meta jkun ġie previst dan l-effett, ikun meħtieġ li ssir evalwazzjoni. Meta jkun qed isir dan l-eżerċizzju, jiġifieri meta jkun qed jiġi ddeterminat jekk il-pjan jew il-proġett <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0083" REF.END="QE0083"/>jaffettwawx ħażin l-integrità tas-sit<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/>, wieħed għandu jżomm f’moħħu li din l-espressjoni għandha tfisser iżjed minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0084" REF.END="QE0084"/>jaffettwa ħażin is-sit<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/>. Bl-istess mod l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0085" REF.END="QE0085"/>effett ħażin<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/> għandha tfisser li għandha sinjifikat iktar qawwi mill-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0086" REF.END="QE0086"/>jaffettwa b’mod sinjifikattiv<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="201D" ID="QE0086"/> użata fl-ewwel stadju<?PAGE NO="15"?> tal-Artikolu 6(3). Li kieku dan ma kienx hekk, ma jkun hemm ebda distinzjoni bejn l-attivatur sabiex jiġi deċiż jekk hijiex meħtieġa stima (l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(3)) u l-kriterju għad-determinazzjoni ta’ jekk għandiex tinċaħad l-awtorizzazjoni għat-tkomplija tal-pjan jew tal-proġett (it-tieni sentenza tal-Artikolu 6(3)).</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dan, Il-Bord jikkontendi li d-deċiżjoni li tiġi awtorizzata l-iskema tal-bini tat-triq inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġiet adottata b’mod korrett.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet tal-partijiet li qed jappoġġaw l-interpretazzjoni li għadni kif iddeskrivejt huma strutturati tajjeb. Ċertament ma għandhomx jiġu mwarrba mingħajr ma wieħed jaħseb ftit dwarhom.</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Madankollu, fil-fehma tiegħi, din l-interpretazzjoni ma hijiex korretta. Din tiffoka b’mod partikolari fuq il-kliem tal-Artikolu 6(3) moqri waħdu u tonqos milli tieħu inkunsiderazzjoni l-kuntest iżjed wiesa’ li fih għandha tiġi interpretata din id-dispożizzjoni. Għaldaqstant, din tinvolvi tensjoni inerenti li ma tistax tiġi solvuta bejn l-għoti ta’ permess għal ċerti proġetti skont l-Artikolu 6(3), u sitwazzjoni fejn il-proġetti li jaqgħu taħt l-Artikolu 6(4) jingħataw permess biss jekk jiġu adottati l-miżuri kumpensatorji kollha. Din ukoll tonqos milli ssolvi l-kwistjoni tad-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0087" REF.END="QE0087"/><HT TYPE="ITALIC">death by a thousand cuts</HT><QUOT.END REF.START="QS0087" CODE="201D" ID="QE0087"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Barra minn dan, dawn l-argumenti ma humiex kompatibbli mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita f’Waddenvereniging u Vogelbeschermingsvereniging<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029">
Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15 iktar ’il fuq. Meta sussegwentement isir evidenti li pjan jew proġett x’aktarx ser iwassal għal deterjorament jew disturb, anki meta l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jistgħu jinżammu responsabbli għal ebda żball, għandu japplika l-Artikolu 6(2) biex jiġi żgurat li l-integrità ta’ dak is-sit tiġi ripristinata (ara, f’dan is-sens, il-punt 37 tas-sentenza).
</NOTE> . Meta l-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat, fil-punt 35, li l-Artikolu 6(3) jagħmel l-applikazzjoni konkomitanti tar-regola dwar il-protezzjoni ġenerali stipulata fl-Artikolu 6(2) superfluwa, hija ma kinitx qed tipprova tenfasizza d-differenzri bejn dawn id-dispożizzjonijiet. Pjuttost, hija għażlet li tenfasizza s-<HT TYPE="ITALIC">similarità</HT> ta’ bejniethom. Kien b’dan l-argument f’moħħha li kompliet tosserva, fil-punt 36, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0088" REF.END="QE0088"/>l-awtorizzazzjoni ta’ pjan jew ta’ proġett, mogħtija bis-saħħa tal-Artikolu 6(3) [tad-Direttiva] neċessarjament tippresupponi li ġie meqjus bħala li mhuwiex ta’ natura li jeffettwa ħażin l-integrità tas-sit ikkonċernat u, konsegwentement, li lanqas ma huwa ta’ natura li jwassal għad-deterjorament tal-habitats jew għat-tfixkil sinjifikattiv tal-ispeċi skont l-Artikolu 6(2)<QUOT.END REF.START="QS0088" CODE="201D" ID="QE0088"/>. Kien għal din l-istess raġuni li fis-sentenza Il-Kummissjoni vs Spanja l-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li l-Artikolu 6(2) u (3) tad-Direttiva huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0089" REF.END="QE0089"/>intiż sabiex jiżgura l-istess livell ta’ protezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0089" CODE="201D" ID="QE0089"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030">
Iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15, punt 142.
<HT TYPE="ITALIC">It-tieni domanda</HT>
Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15 iktar ’il fuq, punt 58.
<HT TYPE="ITALIC">It-tielet domanda</HT>
Ara l-punti 62 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.
<HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT>
Sabiex jiġi stabbilit jekk pjan jew proġett li għalih japplika l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE>, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, għandux effett ħażin fuq l-integrità ta’ sit, huwa neċessarju li jiġi ddeterminat jekk dan il-pjan jew dan il-proġett għandux ikollu effett negattiv fuq l-elementi kostituttivi tas-sit ikkonċernat, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni r-raġunijiet li għalihom dan is-sit ġie nnominat u l-għanijiet ta’ konservazzjoni relatati magħhom. Effett li huwa permanenti jew dewwiemi għandu jiġi kkunsidrat bħala effett ħażin. Biex jiġi ddeterminat dan għandu japplika l-prinċipju ta’ prekawzjoni.
</NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>