|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5768 |
26.9.2024 |
Dikjarazzjoni konġunta dwar it-trattament baġitarju tal-imgħax jew imposti oħra dovuti fuq multi kkanċellati jew imnaqqsa, penali jew sanzjonijiet oħra fl-okkażjoni tal-adozzjoni tar-Regolament 2024/2509
(C/2024/5768)
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu li kwalunkwe imgħax jew imposta oħra dovuti fuq multi kkanċellati jew imnaqqsa, penali jew sanzjonijiet oħra ser jiġu rreġistrati bħala dħul negattiv għad-durata tal-qafas pluriennali attwali. Din hija eċċezzjoni għall-projbizzjoni ta’ dħul negattiv, li hija limitata għal din is-sitwazzjoni speċifika u imprevedibbli.
Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi rispettivi, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu, b’kont meħud tal-esperjenza passata u tal-iżviluppi futuri mistennija, li jeżaminaw soluzzjoni sostenibbli fit-tul, f’konformità mal-applikazzjoni tal-prinċipji baġitarji tar-Regolament Finanzjarju, għall-finanzjament ta’ tali imgħax jew imposti oħra, applikabbli wara l-2027, inkluż fir-rigward tar-rata tal-imgħax li għandha titħallas fuq l-ammont tal-multi jew penali oħra li għandhom jitħallsu lura bħala kumpens adegwat għall-impriżi riċevituri f’sitwazzjonijiet bħal dawn.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5768/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)