|
5.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 205/4 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1357
tal-25 ta’ Mejju 2022
li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-arzella tal-pellegrini (Pecten maximus) fil-Kanal Ingliż
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness VI tar-Regolament (UE) 2019/1241 jipprevedi dispożizzjonijiet speċifiċi rigward miżuri tekniċi stabbiliti fil-livell reġjonali għall-Ilmijiet tal-Majjistral. |
|
(2) |
Il-Belġju, l-Irlanda, Franza, in-Netherlands u Spanja (“l-Istati Membri kkonċernati”) għandhom interess ta’ ġestjoni dirett tas-sajd fil-Kanal Ingliż. F’konformità mal-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) 2019/1241, l-Istati Membri kkonċernati ressqu r-rakkomandazzjoni konġunta lill-Kummissjoni għal att delegat fit-30 ta’ April 2021. Ir-rakkomandazzjoni konġunta ntbagħtet mill-Istati Membri kkonċernati lill-Kunsill Konsultattiv għall-Ilmijiet tal-Majjistral (NWWAC) għall-konsultazzjoni. |
|
(3) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta mressqa mill-Istati Membri kkonċernati fir-rigward tal-arzella tal-pellegrini (Pecten maximus) fil-Kanal Ingliż issuġġeriet l-introduzzjoni ta’ żona ta’ rkupru tal-istokkijiet fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 7d tal-ICES fin-Nofsinhar tal-latitudni 49°42′ N u sal-limitu tal-ilmijiet territorjali Franċiżi, u l-introduzzjoni ta’ staġun magħluq fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjonijiet 7d u 7e tal-ICES. |
|
(4) |
Fis-sajf tal-2021, l-Unjoni u r-Renju Unit kellhom diskussjonijiet bil-ħsieb li jfittxu ftehim ad hoc għall-għeluq staġjonali fir-rigward tal-arzella tal-pellegrini għall-2021. Dan l-għeluq staġjonali kien ibbażat fuq il-miżuri proposti fir-rakkomandazzjoni konġunta ppreżentata mill-Istati Membri kkonċernati fit-30 ta’ April 2021. B’riżultat ta’ dan, intlaħaq qbil dwar approċċ reċiprokament sodisfaċenti fejn l-għeluq tas-sajd staġjonali speċifiku għall-arzella tal-pellegrini fil-Kanal ġie rrispettat mill-Unjoni u mir-Renju Unit minn Awwissu sa Ottubru 2021. |
|
(5) |
Minħabba li r-rakkomandazzjoni konġunta tipproponi bidliet fl-Anness VI tar-Regolament (UE) 2019/1241, dan ir-Regolament delegat għandu l-għan li jinkorpora d-dispożizzjonijiet mitluba mill-Istati Membri kkonċernati f’att wieħed. |
|
(6) |
Il-miżuri inklużi f’dan ir-Regolament ġew evalwati f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2019/1241. L-Istati Membri pprovdew evidenza biex juru li l-proposti huma konformi mal-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) 2019/1241. |
|
(7) |
Il-Grupp ta’ Esperti dwar is-Sajd u l-Akkwakultura ġie kkonsultat permezz ta’ proċedura bil-miktub. |
|
(8) |
Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) analizza u vvaluta b’mod pożittiv l-evidenza ppreżentata mill-Istati Membri kkonċernati. Dan ikkonkluda (2) li l-projbizzjoni tas-sajd għall-arzella tal-pellegrini mill-flotot kollha matul perjodu ta’ żmien speċifikat tirrappreżenta pass kbir ’il quddiem u ssegwi l-konklużjonijiet tal-STECF (3). L-STECF ikkonkluda wkoll li perjodu ta’ żmien estiż (mill-15 ta’ Mejju sal-15 ta’ Ottubru) għall-għeluq fil-Kanal Ingliż tal-Lvant fin-Nofsinhar tal-latitudni 49°42′ N x’aktarx li jkun ta’ benefiċċju għall-bijomassa tal-istokk. Barra minn hekk, l-STECF iddikjara li filwaqt li l-għeluq fil-bqija taż-żona tad-diviżjonijiet 7d u 7e tal-ICES (mill-15 ta’ Mejju sat-30 ta’ Settembru) huwa kemxejn iqsar minn dak għall-Baie de Seine, din il-miżura x’aktarx li tkun ta’ benefiċċju minħabba li tapplika għall-flotot kollha. Għalhekk jenħtieġ li l-miżura proposta tiġi inkluża f’dan ir-Regolament. |
|
(9) |
Il-miżuri f’dan ir-Regolament applikabbli għall-ilmijiet tal-Unjoni għandhom l-għan li jilħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 494(1) u (2) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (il-Ftehim), u jikkunsidraw il-prinċipji msemmija fl-Artikolu 494(3) ta’ dak il-Ftehim. Dawn huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura applikabbli fl-ilmijiet tar-Renju Unit. |
|
(10) |
Peress li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom impatt dirett fuq l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni u fuq l-attivitajiet ekonomiċi relatati, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2019/1241 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105.
(2) Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) — Evalwazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet Konġunti dwar l-Obbligu tal-Ħatt u dwar ir-Regolament dwar il-Miżuri Tekniċi (STECF-21–05). EUR 28359 EN, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2021, ISBN 978-92-76-40593-1, doi:10.2760/83668, JRC126128.
(3) Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) — it-52 Rapport tal-Laqgħa Plenarja (PLEN-16–02); L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu; EUR 28106 EN; doi:10.2788/6958.
ANNESS
Fl-Anness VI tar-Regolament (UE) 2019/1241, fil-Parti C, jiżdied il-punt li ġej:
|
“11. |
Miżuri ta’ konservazzjoni għall-istokk tal-arzella tal-pellegrini (Pecten maximus) fid-diviżjonijiet 7d u 7e tal-ICES. |
|
11.1. |
Iż-żona ta’ rkupru tal-istokkijiet għall-istokk tal-arzella tal-pellegrini fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 7d tal-ICES fil-Kanal Ingliż tal-Lvant fin-Nofsinhar tal-latitudni 49°42′ N u sal-limitu tal-ilmijiet territorjali Franċiżi:
|
|
11.2. |
Staġun magħluq fis-sajd għall-arzella tal-pellegrini fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjonijiet 7d u 7e tal-ICES:
|