|
20.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 13/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/78
tad-19 ta’ Jannar 2022
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għad-dażomet, għall-eksitijażoks, għall-metam u għall-metilisotijoċjanat f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-livelli massimi għar-residwi (“MRLs”) għad-dażomet, għall-eksitijażoks, għall-metam u għall-metilisotijoċjanat ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
Għad-dażomet u għall-metam, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (2). Hija pproponiet definizzjoni komuni tar-residwi riveduta bbażata fuq il-metilisotijoċjanat, il-metabolit ewlieni għad-dażomet u għall-metam. Għalhekk, jenħtieġ li d-definizzjoni tar-residwi tinbidel skont dan. L-Awtorità rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għall-grejpfrut, għal-larinġ, għal-lumi, għall-ixkomp, għall-mandolin, għat-tuffieħ, għal-lanġas, għall-isfarġel, għan-naspli, għal-loquat/in-naspli tal-Ġappun, għall-berquq, għaċ-ċirasa (ħelwa), għall-ħawħ, għall-għanbaqar, għall-għeneb għall-inbid u tal-mejda, għat-tut, għat-tut salvaġġ, għal-lampun (aħmar u isfar), għall-mirtill, għall-cranberries, għall-passolina (ħamra, sewda u bajda), għar-ribes (aħdar, aħmar u isfar), għall-warda skoċċiża, għaċ-ċawsli (suwed u bojod), għall-azarole/naspla Mediterranja, għall-elderberries (frott is-sebuqa), għat-tin, għaż-żebbuġ tal-mejda, għall-kumquat, għall-frotta tal-kaki, għall-kiwi (aħdar, aħmar u isfar), għall-bajtar tax-xewk, għall-avokado, għall-mango u għar-rummien. Għal prodotti oħrajn irrakkomandat li l-MRLs eżistenti jogħlew jew jibqgħu kif inhuma. Jenħtieġ li l-MRLs għal dawk il-prodotti jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità. L-Awtorità kkonkludiet li dwar l-MRLS ta’ dawn li ġejjin, kien hemm xi informazzjoni nieqsa u li b’hekk kien hemm bżonn ta’ aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju: il-frawli, il-pitravi, iz-zunnarija, il-krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi, l-għeruq tal-mustarda, l-artiċokks, iz-zunnarija bajda, it-tursin ta’ Hamburg, ir-ravanell, is-sassefrika, ir-rutabaga, il-ġdur, it-tadam, il-bżar/bżar aħmar, il-brunġiel, l-okra, il-ħjar, il-ħjar tal-pikles, iz-zukkini, il-bettieħ, il-qara’ aħmar, id-dulliegħ, il-kaboċċa ċiniża, il-ħass tal-ħaruf/insalata tal-qamħ/valerjanella, il-ħass, l-indivja tal-werqa wiesgħa, krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn, krexxuni tal-art, l-aruka, il-mustarda ħamra, il-ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom speċijiet ta’ brassika), l-ispinaċi, il-burdlieq, il-weraq tal-pitravi, l-infużjonijiet erbali mill-għeruq, u l-ħops. Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se jsir rieżami ta’ dawn l-MRLs; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni li tkun disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(3) |
Rigward l-eksitijażoks, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (3). Hija pproponiet li tinbidel id-definizzjoni tar-residwi. Għalhekk, jenħtieġ li d-definizzjoni tar-residwi tinbidel skont dan. L-Awtorità rrakkomandat li jitnaqqsu l-MRLs għall-grejpfrut, għal-larinġ, għal-lumi, għall-ixkomp, għall-mandolin, għal-lewż, għall-ġewż tal-Brażil, għall-ġewż tal-anakardju, għall-qastan, għall-ġewż tal-Indi, għall-ġellewż, għall-macadamia, għall-ġewż Amerikan, għall-qlub tal-ġewż tal-arżnu, għall-pistaċċi, għall-isfarġel, għan-naspli, għal-loquat/in-naspli tal-Ġappun, għall-ħawħ, għat-tut, għat-tut salvaġġ, għal-lampun (aħmar u isfar), għall-mirtill, għall-cranberries, għall-passolina (ħamra, sewda u bajda), għar-ribes (aħdar, aħmar u isfar), għall-warda skoċċiża, għaċ-ċawsli (suwed u bojod), għall-azarole/in-naspla Mediterranja, għall-elderberries (frott is-sebuqa), għat-tadam, għall-bżar/bżar aħmar, għall-brunġiel, għall-ħjar, għall-ħjar tal-pikles, għaz-zukkini, għall-bettieħ, għall-qara’ aħmar, għad-dulliegħ, għall-qamħirrum, u għall-ħops. Għal prodotti oħrajn irrakkomandat li l-MRLs eżistenti jogħlew jew jibqgħu kif inhuma. Jenħtieġ li l-MRLs għal dawk il-prodotti jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li dwar l-MRLs kien hemm xi informazzjoni nieqsa dwar il-berquq, iċ-ċirasa (ħelwa), l-għanbaqar, il-fażola tas-sojja, u xi prodotti li joriġinaw mill-annimali, u kien hemm bżonn ta’ aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. Billi ma hemmx riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell identifikat mill-Awtorità. Se jsir rieżami ta’ dawn l-MRLs; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni li tkun disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(4) |
Fl-opinjonijiet motivati tal-Awtorità tqiesu l-limiti massimi għar-residwi tal-Codex (CXLs) eżistenti. Is-CXLs li huma sikuri għall-konsumaturi fl-Unjoni ġew ikkunsidrati għall-istabbiliment tal-MRLs. |
|
(5) |
Rigward il-prodotti li fuqhom mhux awtorizzat li jintuża l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernat, u li ma jeżistux tolleranzi tal-importazzjoni jew CXLs għalihom, jenħtieġ li l-MRLs jiġu stabbiliti fil-limitu ta’ determinazzjoni (“LOD”) speċifiku jew japplika l-MRL prestabbilit, kif stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi rigward il-ħtieġa li jiġu adattati ċerti LODs. Rigward għadd ta’ sustanzi, dawk il-laboratorji kkonkludew li għal ċerti prodotti bażiċi, l-iżvilupp tekniku jirrikjedi li jiġu stabbiliti LODs speċifiċi. |
|
(7) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tal-kwistjoni kkunsidrata, il-modifiki x-xierqa tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(8) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, u tqiesu l-kummenti tagħhom. |
|
(9) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(10) |
Biex jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi arranġament tranżizzjonali għall-prodotti li ġew manifatturati qabel il-modifika tal-MRLs u li għalihom l-informazzjoni turi li nżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi. |
|
(11) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs immodifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu konformi mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-prodotti li ġew manifatturati fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel id-9 ta’ Awwissu 2022.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-9 ta’ Awwissu 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for dazomet according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005; EFSA Journal 2019;17(1):5562; u Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for metam according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005; EFSA Journal 2019;17(1):5561.
(3) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for hexythiazox according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005; EFSA Journal 2019;17(1):5559.
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness II, jiżdiedu l-kolonni li ġejjin għad-dażomet, għall-eksitijażoks, għall-metam u għall-metilisotijoċjanat: "Ir-residwi ta’ pestiċidi u l-livelli massimi ta’ residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
fil-Parti A tal-Anness III, il-kolonni għad-dażomet, għall-eksitijażoks u għall-metam jitħassru. |
(*1) Limitu tal-kwantifikazzjoni analitika
(1) Il-lista sħiħa ta’ prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs tinsab fl-Anness I.