Official Journal L 207 , 06/08/1999 P. 0013 - 0017
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/76/KE tat-23 ta’ Lulju 1999 li tistabbilixxi l-metodu tal-Komunità ta’ l-analiżi biex ikun stabbilit is-sodju lasaloċidu fl-għalf (Test b’relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/373/KEE ta’ l-20 ta’ Lulju 1970 dwar l-introduzzjoni tal-metodi tal-Komunità tat-teħid ta’ kampjuni u analiżi tal-kontroll uffiċjali ta’ l-għalf [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha, (1) Billi d-Direttiva 70/373/KEE tistipula li l-kontrolli uffiċjali ta’ l-għalf għall-iskop biex tkun ivverifikata l-konformità mal-ħtiġiet li joħorġu mill-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirregolaw il-kwalità u l-komposizzjoni tagħhom għandhom isiru bl-użu tal-metodi tal-Komunità’ tat-teħid ta’ kampjuni u analiżi; (2) Billi d-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar addittivi fl-għalf [2], kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 866/1999 tas-26 ta’April 1999 [3] tistipula li l-kontenut tas-sodju lasaloċidu jrid ikun indikat fuq it-tabella fejn dawn is-sostanzi huma miżjuda mat-taħlitiet ta’ qabel u ma’ l-għalf; (3) Billi l-metodi ta’ analiżi tal-Komunità jridu jkunu stabbiliti għall-ivverifikar ta’ dawn is-sustanzi; (4) Billi l-miżuri li hemm provduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Għalf, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-analiżi mwettqa bil-ħsieb ta’ kontrolli uffiċjali tal-kontenut lasaloċidu fl-għalf u taħlit minn qabel jitwettqu skond il-metodu preskritt fl-Anness hawn mehmus. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ, mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2000, il-liġijiet, regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni mill-ewwel dwarhom. Huma għandhom japplikaw il-miżuri mill-1 ta’ Frar 2000. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati bl-imsemmija referenza fiż-żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għall-imsemmija riferenza tkun adottata mill-Istati Membri. Artikolu 3 Din id- Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl 20 jum mill-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-23 ta’ Lulju 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 170, tat-3.8.1970, p. 2. [2] ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p. 1. [3] ĠU L 108, tas-27.4.1999, p. 20. -------------------------------------------------- L-ANNESS STABBILIMENT TA’ SODJU LASALOĊIDU Melħ tas-sodju ta’ aċidu polyether monocarboxylic prodott bi Streptomyces lasaliensis 1. Għan u kamp ta’ applikazzjoni Il-metodu huwa għall-istabbilir ta’ sodju lasaloċidu fl-għalf u t-taħlitiet minn qabel. Il-limitu ta’ kxif huwa 5 mg/kg, il-limitu għall-istabbiliment huwa 30 mg/kg. 2. Prinċipju Sodju lasaloċidu huwa estratt minn kampjun ta’ metanol aċidifikat u stabbilit mill-kromatografija ta’ likwidu ta’ livell għoli b’fażi kuntrarja (HPLC) bl-użu ta’ ditekter spektroflorimetriku. 3. Riaġenti 3.1. Potassium dihidroġenu fosfat (KH2PO4) 3.2. Aċidu ortofosforiku, w = 85 % 3.3. Soluzzjoni ta’ aċidu ortofosforiku, σ = 20 % Ħallat 23,5ml ta’ aċidu ortofosforiku (3.2) għal 100 ml bl-ilma. 3.4. 6-Methyl-2-heptylamine (1,5-dimethylhexylamine), w = 99 % 3.5. Metanol, grad HPLC 3.6. Aċidu idrokloriku, ρ20 1,19 g/ml 3.7. Soluzzjoni mewwieta ta’ fosfat, c = 0,01 mol/l Ħoll 1,36g ta’ KH2PO4 (3.1) f’500 ml ta’ ilma (3.11), żid 3,5 ml ta’ aċidu ortofosforiku (3.2) u 10,0 ml ta’ 6-methyl-2-heptylamine (3.4). Aġġusta il-pH għal 4,0 b’soluzzjoni ta’ aċidu ortofosforiku (3.3) u ħallat sa 1000ml bl-ilma (3.11). 3.8. Metanol aċidifikat Ittrasferixxi 5,0 ml ta’ aċidu idrokloriku (3.6) fi fjaskun gradwat ta’ 1000ml, żid sal-marka bil-metanol (3.5) u ħallat. Din is-soluzzjoni trid tkun preparata friska qabel l-użu. 3.9. Fażi HPLC mobbli, soluzzjoni mewwieta metanol ta’ fosfat-5 + 95 (V + V) Ħallat 5ml tas-soluzzjoni mewwieta ta’ fosfat (3.7) ma’ 95ml ta’ metanol (3.5). 3.10. Sustanza normali tas-sodju lasaloċidu b’purità garantita, C34H53O8Na (melħ tas-sodju ta’ l-aċidu polyether monocarboxylic prodott bi Streptomyces lasaliensis), E763 3.10.1. Soluzzjoni normali ta’ l-istokk sodju lasaloċidu, 500 μg/ml Iżen sa l-eqreb 0,1 mg, 50 mg ta’ sodju lasaloċidu (3.10) fi fjaskun gradwat ta’ 100 ml, ħoll f’metanol aċidifikat (3.8), żid sal-marka bl-istess sovent u ħawwad. Din is-soluzzjoni trid tkun preparata friska qabel l-użu. 3.10.2. Soluzzjoni normali intermedjarja tas-sodju lasaloċidu, 50 μg/ml Iġbed b’pipetta 10,0 ml tas-soluzzjoni normali ta’ l-istokk (3.10) fi fjaskun gradwat ta’ 100 ml, żid sal-marka bil-metanol aċidifikat (3.8) u ħallat. Din is-soluzzjoni trid tkun preparata friska qabel l-użu. 3.10.3. Soluzzjonijiet ta’ kalibrazzjoni F’serje ta’ fjaskuni gradwati ta’ 50 ml ittrasferixxi 1.0, 2.0, 4.0, 5.0 u 10.0 ml tas-soluzzjoni normali intermedjarja (3.10.2). Żid sal-marka bil-metanol aċidifikat (3.8) u ħallat. Dawn is-soluzzjonijiet jikkorrispondu għal 1.0, 2.0, 4.0, 5.0 u 10.0 μg ta’ sodju lasaloċidu għal kull ml rispettivament. Dawn is-soluzzjonijiet jridu jkunu ppreparati friski qabel l-użu. 3.11. Ilma, grad HPLC 4. Apparat 4.1. Banju ultrasoniku (jew banju ta’ l-ilma li jiċċaqlaq) bil-kontroll tat-temperatura 4.2. Filtri tal-membrana, 0,45 μm 4.3. Tagħmir HPLC b’sistema ta’ injezzjoni, adattat għall-injettar ta’ volumi ta’ 20 μl. 4.3.1. Kolonna likwidu kromatografika 12 mm x 4 mm, fażi maqluba-phase C18, 5 μm pakkettar jew ekwivalenti 4.3.2. Spektroflorimetru b’aġġustament ta’ frekwenza varjabbli ta’ frekwenzi ta’ tqanqil u ta’ emmissjoni 5. Proċedura 5.1. Ġenerali 5.1.1. Kampjun bjank Biex isir l-eżami ta’ rkupru (5.1.2) kampjun bjank għandu jkun analiżżat biex ikun verifikat li la s-sodju lasaloċidu u lanqas sostanzi ta’ tfixkil ma’ huma presenti. Il-kampjun bjank għandu jkun simili fit-tip għal dak tal-kampjun u m’għandux ikun hemm s-sodju lasaloċidu jew is-sostanzi tat-tfixkil. 5.1.2. Test ta’ rkupru Eżami ta’ rkupru għandu jsir bl-analiżi tal-kampjun bjank li kien ġie msaħħaħ bl-addizzjoni ta’ kwantità ta’ sodju lasaloċidu, simili bħal dik li presenti fil-kampjun. Biex issaħħaħ f’livell ta’ 100 mg/kg, ittrasferixxi 10,0 ml ta’ l-istokk normali (3.10.1) għal ġo fjaskun koniku ta’ 250 ml u evapora s-soluzzjoni għal madwar 0,5 ml. Żid 50 g tal-kampjun bjank, ħawwad sew u ħalli għal 10 minuti u erġa ħallat bosta drabi qabel ma tkompli bil-pass ta’ l-estrazzjoni (5.2). Minflok, jekk kampjun bjank simili bħala tip ma’ dak tal-kampjun mhux disponibbli (ara 5.1.1), eżami ta’ rkupru jista’ jsir permezz tal-metodu standard ta’ l-addizzjoni. F’dan il-każ il-kampjun li għandu jkun analiżżat huwa msaħħaħ bi kwantità ta’ sodju lasaloċidu simili għal dak li diġa hemm preżenti fil-kampjun. Dan l-kampjun huwa analiżżat flimkien mal-kampjun mhux imsaħħaħ u l-irkupru kkalkolat permezz ta’ tnaqqis. 5.2. Estrazzjoni 5.2.1. Għalf Iżen sa l-eqreb 0,01 g, minn 5 g sa 10 g tal-kampjun ġo fjaskun koniku ta’ 250 ml b’saddieda. Żid 100,0 ml ta’ metanol aċidifikat (3.8) b’pipetta. Sodd bmod laxk u dawwar biex jinfirex. Poġġi l-fjaskun f’banju ultrasoniku (4.1) f’madwar 40 °C għal 20 minuta, imbagħad neħħi u berred għat-temperatura tal-kamra. Ħalli wieqaf għal madwar 1 siegħa sakemm il-materjal sospiż iku sab postu, imbagħad iffiltra porzjon eżatt minn filtru tal-membrana ta’ 0,45 μm (4.2) f’reċipjent xieraq. Kompli għall-istabbiliment tal-HPLC (5.3). 5.2.2. Taħlit minn qabel Iżen sa l-eqreb 0,001 g madwar 2 g ta’ taħlit minn qabel mhux mitħun ġo fjaskun gradwat ta’ 250 ml. Żid 100,0 ml ta’ metanol aċidifikat (3.8) u dawwar biex jinfirex. Poġġi l-flask u l-kontenut f’banju ultrasoniku (4.1) f’madwar 40 °C għal 20 minuta, imbagħad neħħi u berred għat-temperatura tal-kamra. Żid sal-marka bil-metanol aċidifikat (3.8) u ħallat kollox sew. Ħalli wieqaf għal siegħa sakemm il-materjal sospiż ikun sab postu, imbagħad iffiltra porzjon eżatt minn filtru tal-membrana ta’ 0,45 μm (4.2). Żid volum xieraq tal-filtrat ċar b’metanol aċidifikat (3.8) biex tkun prodotta soluzzjoni finali ta’ l-eżami li fiha madwar 4 μg/ml ta’ sodju lasaloċidu. Kompli għall-istabbiliment tal-HPLC (5.3). 5.3. Stabbiliment tal-HPLC 5.3.1. Parametri Il-kondizzjonijiet li ġejjin huma offruta għall-għajnuna; kondizzjonijiet oħra jistgħu jintużaw, sakemm jagħtu riżultati ekwivalenti: Kolonna likwida kromatografika (4.3.1): | 125 mm × 4 mm, fażi maqluba C18, 5 µm ippakkjar | Fażi mobbli (3.9): | jew ekwivalentiTaħlita ta' soluzzjoni mewwieta ta' fosfat(3.7) u metanol (3.5), 5 +95 (V +V) | Rata ta' ċirkolazzjoni: | 1,2 ml/min | Frekwenzi ta' detezzjoni: | | – Tqanqil: | 310 nm | – Emissjoni: | 419 nm | Volum ta' injezzjoni: | 20 µl | Ivverifika l-istabilita tas-sistema kromatografika, injetta s-soluzzjoni tal-kalibrazzjoni (3.10.3) li fiha 4,0 μg/ml bosta drabi, sakemm l-għola livelli kostanti (jew meded) u d-drabi ta’ retenzjoni jinkisbu. 5.3.2. Graff ta’ kalibrazzjoni Injetta kull soluzzjoni ta’ kalibrazzjoni (3.10.3) bosta drabi u stabbilixxi l-medja ta’ l-għola livelli (meded) għal kull konċentrazzjoni. Ippjanta graff ta’ kalibrazzjoni billi tuża l-medji ta’ l-għola livelli (meded) bħala l-ordinati u l-konċentrazzjonijiet li jikkorrispondu fi μg/ml bħala l-abscissae. 5.3.3. Soluzzjoni kampjun Injetta l-estratti tal-kampjun miksuba fi 5.2.1 jew 5.2.2 bosta drabi, uża l-istess volum kif meħud fis-soluzzjoni ta’ kalibrazzjoni u stabbilixxi l-medja ta’ l-għola livelli (meded) ta’ l-ogħla livelli tas-sodju lasaloċidu. 6. Kalkolazzjoni tar-riżultati Mill-medja ta’ l-għola livelli (meded) prodotti mill-injezzjoni tas-soluzzjoni tal-kampjun (5.3.3) stabbilixxi l-konċentrazzjoni tas-sodju lasaloċidu (μg/ml) b’riferenza għall-graff ta’ kalibrazzjoni. 6.1. Għalf Il-kontenut tas-sodju lasaloċidu, w (mg/kg) fil-kampjun jingħata permezz tal-formula li ġejja: w = β · V 1mmg/kg β = il-konċentrazzjoni tas-sodju lasaloċidu tas-soluzzjoni tal-kampjun (5.2.1) fi μg/ml V1 = volum ta’ l-estratt tal-kampjun skond 5.2.1 f’ ml (i.e. 100) m = it-toqol tal-porzjon ta’ l-eżami f’ g 6.2. Taħlit minn qabel Il-kontenut tas-sodju lasaloċidu, w (mg/kg) fil-kampjun jingħata permezz tal-formula li ġejja: w = β · V · f mmg/kg β = il-konċentrazzjoni tas-sodju lasaloċidu tas-soluzzjoni tal-kampjun (5.2.2) fi μg/ml V2 = volum ta’ l-estratt tal-kampjun skond 5.2.2 f’ ml (i.e. 250) f = fattur li jħoll skond 5.2.2 m = it-toqol tal-porzjon ta’ l-eżami f’ g 7. Validazzjoni tar-riżultati 7.1. Identità Il-metodi bbażati fuq l-ispetroflormetrija huma anqas suġġetti għall-interferenza minn dawk li jużaw id-detezzjoni tal-UV. L-identità ta’ l-analiżżat jista’ jkun ikkonfermat bil-ko-kromatografija. 7.1.1. Ko-kromatografija L-estratt tal-kampjun (5.2.1 jew 5.2.2) huwa msaħħaħ bl-addizzjoni ta’ l-ammont xieraq ta’ soluzzjoni ta’ kalibrazzjoni (3.10.3). L-ammont ta’ sodju lasaloċidu miżjud għandu jkun simili għall-ammont tas-sodju lasloċidu li jinstab fl-estratt tal-kampjun. L-għoli tal-livelli tas-sodju lasaloċidu biss għandu jkun mkabbar sa limitu bbażat fuq l-ammont ta’ sodju lasaloċidu miżjud u d-diluzzjoni ta’ l-estratt. L-akbar wisa’, f’nofs l-għoli, irid ikun fi ± 10 % ta’ l-akbar wisa’ oriġinali prodott mill-estratt mhux imsaħħaħ tal-kampjun. 7.2. Ripetizzjoni Id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ stabbilimenti parallelli mwettqa fuq l-istess kampjun m’għandiex teċċedi: - 15 % relattiva għall-għola valur għall-kontenuti ta’ sodju lasaloċidu minn 30 mg/kg sa 100 mg/kg; - 15 mg/kg għall-kontenuti ta’ sodju lasaloċidu minn 100 mg/kg sa 200 mg/kg; - 7,5 % relattiv għall-għola valur għall-kontenuti ta’ sodju lasaloċidu ta’ aktar minn 200 mg/kg. 7.3. Irkupru Għall-kampjun (bjank) imsaħħaħ, l-irkupru għandu jkun mill-anqas 80 %. Għall-kampjuni msaħħa ta’ taħlit minn qabel, l-irkupru għandu jkun mill-anqas 90 %. 8. Ir-riżultati ta’ studju kollaborattiv Studju kollaborattiv [1] kien irranġat fejn żewġ taħlitiet minn qabel (kampjuni 1 u 2) u 5 kampjuni (kampjuni 3-7) kienu analiżżati minn 12-il laboratorju. Analiżi duplikati twettqu fuq kull kampjun. Ir-riżultati jingħataw fit-tabella li ġejja: L = numru ta' laboratorji n = numru ta' riżultati waħdenija Sr = devjazzjoni standard tar-ripetizzjoni Sg = devjazzjoni standard tar-riproduċibilità CVr = koeffiċent tal-varjazzjoni tar-ripetizzjoni, % CVg = koeffiċjent tal-varjazzjoni tar-riproduċibilità, % | Kampjun 1 Tiġieġtaħlitaminn qabel | Kampjun 2 Dundjantaħlitaminn qabel | Kampjun 3 Dundjanboċċi | Kampjun 4 Tiġieġfrak | Kampjun 5 DundjanGħalf | Kampjun 6 TjurGħalfA | Kampjun 7 TjurGħalfB | L | 12 | 12 | 12 | 12 | 12 | 12 | 12 | N | 23 | 23 | 23 | 23 | 23 | 23 | 23 | Medja (mg/kg) | 5050 | 16200 | 76,5 | 78,4 | 92,9 | 48,3 | 32,6 | sr (mg/kg) | 107 | 408 | 1,71 | 2,23 | 2,27 | 1,93 | 1,75 | Cvr (%) | 2,12 | 2,52 | 2,24 | 2,84 | 2,44 | 4,00 | 5,37 | sg (mg/kg) | 286 | 883 | 3,85 | 7,32 | 5,29 | 3,47 | 3,49 | CVg (%) | 5,66 | 5,45 | 5,03 | 9,34 | 5,69 | 7,18 | 10,70 | Kontenutnominali (mg/kg) | 5000 | 16000 | 80 | 105 | 120 | 50 | 35 | [1] Analista, 1995, 120, 2175-2180. --------------------------------------------------