31989L0617



Official Journal L 357 , 07/12/1989 P. 0028 - 0030
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0118
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0118


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-27 ta’ Novembru 1984

li temenda d-Direttiva 80/181/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl

(89/617/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kumissjoni [1],

B’koOperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi d-Direttiva 80/181/KEE [4], kif emendata bid-Direttiva 85/1/KEE [5], tipprovdi għall-iffissar ta’ data definittiva għall-użu ta’ l-unitajiet imperjali legali ta’ kejl elenkati fil-Kapitolu III ta’ l-Anness tagħha; billi, għal xi unitajiet imperjali u għal xi użu speċifiku, deher neċessarju li l-Istati Membri konċernati jitħallew jiffisaw data xierqa sa liema dawn l-unitajiet huma unitajiet legali ta’ kejl;

Billi l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 80/181/KEE jħalli li jiġu ffissati dati ġodda finali għall-użu ta’ indikazzjonijiet supplementari,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 80/181/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 1, il-punti (b) u (ċ) għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

"(b) dawk elenkati fil-Kapitolu II ta’ l-Anness biss f’dawk l-Istati Membri fejn kienu awtorizzati fil-21 ta’ April 1973 u sa data li għad trid tiġi stabbilita minn dawk l-Istati Membri;

(ċ) dawk elenkati fil-Kapitolu III ta’ l-Anness biss f’dawk l-Istati Membri fejn kienu awtorizzati fil-21 ta’ April 1973 u sa data li għad trid tiġi stabbilita minn dawk l-Istati Membri. Din id-data ma tistax tkun iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1994;

(d) dawk elenkati fil-Kapitolu IV ta’ l-Anness biss f’dawk l-Istati Membri fejn ġew awtorizzati nhar l-21 ta’ April 1973 u sa data li għad trid tiġi stabbilita minn dawk l-Istati Membri. Din id-data ma tistax tkun iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1999."

2. Fl-Artikolu 3:

- fil-paragrafu 2, "il-31 ta’ Diċembru 1989" għandha tiġi mibdula b’ "il-31 ta’ Diċembru 1999";

- il-paragrafu 5 għandu jiġi mħassar.

3. Fl-Artikolu 5, "l-1 ta’ Marzu 1974" għandha tiġi mibdula b’ "il-15 ta’ Mejju 1983".

4. Fl-Artikolu 6 it-tieni subparagrafu għandu jiġi mħassar.

5. L-Anness għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-Kapitolu II għandu jiġi mibdul b’li ġej:

"IL-KAPITOLU II

L-UNITAJIET LEGALI TA’ KEJL IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(b), AWTORIZZATI GĦAL UŻU SPEĊIFIKU BISS

Settur ta’ applikazzjoni | Unità |

Isem | Valur approssimat | Simbolu |

| |

Sinjali tat-traffiku, kejl ta’ distanza u veloċità | mil | 1 mil = | 1609 m | mil |

jarda | 1 jarda = | 0,9144 m | jarda |

pied | 1 pied = | 0,3048 m | pied |

pulzier | 1 pulzier = | 2,54 x 10-2m | pulzier |

Tqassim ta’ birra draught u ċidru; ħalib f’reċipjenti li jingħataw lura | pinta | 1 pintat = | 0,5683 x 10-3 m3 | pinta |

Reġistrazzjoni ta’ l-art | acre | 1 ac = | 4047 m2 | ac |

Transazzjoni f’metalli prezzjużi | uqija troj | 1 uqija troj = | 31,10 x 10-3 kg | uqija troj |

Sad-data li għad trid tiġi stabbilita taħt l-Artikolu 1(b), l-unitajiet elenkati f’dan il-Kapitolu jistgħu jiġu kkombinati ma’ xulxin jew ma’ dawk fil-Kapitolu I sabiex jiffurmaw unitajiet komposti."

(b) l-unità "fathom" għandha titneħħa mill-Kapitolu III.

(ċ) Il-Kapitolu li ġej għandu jiddaħħal:

"Il-KAPITOLU IV

L-UNITAJIET LEGALI TA’ KEJL IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(d), AWTORIZZATI GĦAL OQSMA SPEĊJALIZZATI BISS

Settur ta’ applikazzjoni | Unità |

Isem | Valur approssimat | Simbolu |

| |

Navigazzjoni marittima | fathom | 1 fm = | 1,829 m | fm |

Birra, ċidru, ilmijiet, luminati u meraq tal-frott f’reċipjenti li jistgħu jingħataw lura | pinta | 1 pinta = | 0,5683 x 10-3 m3 | pintat |

uqija fluwida | 1 uqija fluwida = | 28,41 x 10-6 m3 | uqija fluwida |

Xorb alkoħoliku | kwart ta’ pinta | kwart ta’ pinta = | 0,142 x 10-3 m3 | kwart ta’ pinta |

Oġġetti mibjugħin b’waħdiet f’lott | uqija (avoir dupois) | 1 uqija = | 28,35 x 10-3 kg | oz |

libbra | 1 libbra = | 0,4536 kg | libbra |

Provvista tal-gass | term | 1 term = | 105,506 x 106 J | term |

Sad-data li għad trid tiġi stabbilita taħt l-Artikolu 1(d), l-unitajiet elenkati f’dan il-Kapitolu jistgħu jiġu kkombinati ma’ xulxin jew ma’ dawk fil-Kapitolu I sabiex jiffurmaw unitajiet komposti."

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva f’mhux aktar tard minn 24 xahar min-notifikazzjoni tagħha [6].

Għandhom javżaw lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

L-Artikolu 3

Minkejja d-Direttiva 80/181/KEE, l-Istati Membri għandhom, wara l-31 ta’ Diċembru 1989, jawtorizzaw jew jibqgħu jħallu l-użu ta’ l-indikazzjonijiet supplementari msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Novembru 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Dumas

[1] ĠU C 31, tas-7.2.1989, p. 7.

[2] ĠU C 120, tas-16.5.1989, p. 73;ĠU C 291, ta’ l-20.11.1989.

[3] ĠU C 159, tas-26.6.1989, p. 3.

[4] ĠU L 39, tal-15.2.1980, p. 40.

[5] ĠU L 2, tat-3.3.1985, p. 11.

[6] Din id-Direttiva ġiet innotifikata lill-Istati Membri nhar it-30 ta’ Novembru 1989.

--------------------------------------------------