<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-192/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0192</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:194">EU:C:2020:194</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20200311">11.3.2020</DATE> – Kawża C‑192/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Rensen Shipbuilding</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20200311">11 ta’ Marzu 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tariffa doganali komuni</KEYWORD><KEYWORD>Nomenklatura Magħquda</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni tariffarja</KEYWORD><KEYWORD>Intestatura 8901</KEYWORD><KEYWORD>Bwieq ta’ bastimenti</KEYWORD><KEYWORD>Navigazzjoni marittima</KEYWORD><KEYWORD>Bastimenti maħsuba biex jaqsmu l-ibħra</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑192/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Gerechtshof Amsterdam (il-Qorti tal-Appell ta’ Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190212">12 ta’ Frar 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20190227">27 ta’ Frar 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">Rensen Shipbuilding BV</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Inspecteur van de Belastingdienst/Douane district Rotterdam,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn P. G. Xuereb, President tal-Awla, T. von Danwitz u A. Kumin (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Rensen Shipbuilding BV, minn B. J. B. Boersma, advocaat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman u J. M. Hoogveld, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Caeiros, P. Vanden Heede u M. Salyková, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tan-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 89 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat‑<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE> dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008 tad‑<DATE ISO="20080919">19 ta’ Settembru 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="291" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 291, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>NM<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Rensen Shipbuilding BV u l-Inspecteur van de Belastingdienst/Douane district Rotterdam (l-Ispettur tat-Taxxi/Dwana tad-distrett ta’ Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) dwar il-klassifikazzjoni tariffarja ta’ bwieq ta’ bastimenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">In-NM</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>In-NM, stabbilita bir-Regolament Nru 2658/87, hija bbażata fuq is-sistema armonizzata ta’ deskrizzjoni u ta’ kodifikazzjoni tal-merkanzija, imfassla mill-Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali, li sar l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana (ODD), u adottat bil-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata ta’ Deskrizzjoni u ta’ Kodifikazzjoni tal-Merkanzija, konkluża fi Brussell fl‑<DATE ISO="19830614">14 ta’ Ġunju 1983</DATE>. Din il-konvenzjoni ġiet approvata, flimkien mal-Protokoll li jemendaha tal‑<DATE ISO="19860624">24 ta’ Ġunju 1986</DATE>, f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE tas‑<DATE ISO="19870407">7 ta’ April 1987</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 288).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>It-tieni parti tan-NM, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Skeda ta’ dazji tad-dwana<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, tinkludi Taqsima XVII, li fiha hemm, b’mod partikolari, il-Kapitolu 89, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Bastimenti, dgħajjes u strutturi li jżommu fil-wiċċ<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-Kapitolu 89 tan-NM jinkludi l-intestatura 8901, li hija fformulata kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>8901</NO.P><TXT>Vapuri ta’ kruċiera, dgħajjes ta’ eskursjoni, laneċ, braken u bastimenti simili għat-trasport ta’ persuni jew oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-intestatura 8901 ta’ dan il-Kapitolu 89 tinkludi s-subintestaturi li ġejjin:</TXT><TBL NO.SEQ="0001" COLS="2" CLASS="GEN"><CORPUS><ROW><CELL COL="1">[…]</CELL><CELL COL="2">[…]</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">890120</FT></CELL><CELL COL="2">‐:Tankers</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">89012010</FT></CELL><CELL COL="2">‐ ‐ Li jaqsmu l-ibħra [Għal navigazzjoni marittima]</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">89012090</FT></CELL><CELL COL="2">‐ ‐ Oħrajn</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[…]</CELL><CELL COL="2">[…]</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">890190</FT></CELL><CELL COL="2">‐ Bastimenti oħrajn għat-trasport ta’ oġġetti u bastimenti oħrajn għat-trasport kemm ta’ persuni kif ukoll ta’ oġġetti:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">89019010</FT></CELL><CELL COL="2">‐ ‐ Li jaqsmu l-ibħra [Għal navigazzjoni marittima]</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">– – Oħrajn:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">89019091</FT></CELL><CELL COL="2">– – –Mhux immexxijin b’mod mekkaniku</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">89019099</FT></CELL><CELL COL="2">– – –Immexxijin b’mod mekkaniku</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[…]</CELL><CELL COL="2">[…]</CELL></ROW></CORPUS></TBL></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>In-Nota 1 tal-Kapitolu 89 tan-NM tistipula:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Buq, bastiment mhux lest jew inkomplet, immuntat, mhux immuntat jew żarmat, jew bastiment komplet mhux immuntat jew żarmat, għandu jkun ikklassifikat f’titlu 8906 jekk ma jkollux il-karatteristiċi essenzjali ta’ bastiment ta’ xi tip partikulari.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>In-Nota Addizzjonali 1 ta’ dan il-Kapitolu 89 tipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Subtitli […] <FT TYPE="CN">89012010</FT>, […] <FT TYPE="CN">89019010</FT> […], għandhom jitqiesu li japplikaw biss għal bastimenti, maħsubin biex jaqsmu l-ibħra, b’buq ta’ tul totali (ħlief xi partijiet li jisporġu ‘l barra) ta’ mhux inqas minn 12m. Madankollu dgħajjes tas-sajd u dgħajjes tas-salvataġġ, maħsubin biex jaqsmu l-ibħra, għandhom jitqiesu bħala bastimenti biex jaqsmu l-ibħra mingħajr ma jingħata każ tat-tul tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">In-Noti ta’ Spjega għan-NM</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, il-Kummissjoni Ewropea għandha tadotta Noti ta’ Spjega għan-NM (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Noti ta’ Spjega għan-NM<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>In-Noti ta’ Spjega għan-NM, kif ippubblikati f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> fit‑<DATE ISO="20080530">30 ta’ Mejju 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="133" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, C 133, p. 1</REF.DOC.OJ>), huma redatti kif ġej f’dak li jirrigwarda n-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 89 tan-NM:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>L-espressjoni <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>vetturi, iddisinjati bħala għall-baħar<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> [<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>bastimenti, maħsubin biex jaqsmu l-ibħra<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>] tfisser vetturi [bastimenti] li, minħabba l-kostruzzjoni u t-tagħmir tagħhom, huma kapaċi jaħdmu fil-baħar anki f’temp ħażin (irjieħat ta’ madwar qawwa 7 fuq l-iskala <HT TYPE="ITALIC">Beaufort</HT>). Vetturi [bastimenti] bħal dawn ġeneralment ikunu mgħammrin bi gverti li jifilħu l-ilma u superstrutturi għal kull tip ta’ temp.</P><P>[…]</P><?PAGE NO="4"?><P>L-espressjoni <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>vetturi għall-baħar<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> [<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>bastimenti għan-navigazzjoni marittima<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>] tfisser vapuri jew hovercraft li jżommu mal-kundizzjonijiet t’hawn fuq, kemm jekk dawn jintużaw prinċipalment f’ilmijiet tal-kosta, f’estwarji jew f’għadajjar, eċċ.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fix-xhur ta’ Mejju u ta’ Settembru 2009, Rensen Shipbuilding għamlet dikjarazzjoni fid-dwana taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">89019010</FT> tan-NM, applikabbli għall-bastimenti għat-trasport ta’ merkanzija għan-navigazzjoni marittima, 27 buq li joriġinaw miċ-Ċina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Wara spezzjoni doganali li saret fix-xahar ta’ Marzu 2012, l-Ispettur tat-Taxxi/Dwana tad-distrett ta’ Rotterdam ikkonkluda, abbażi ta’ ċerti dokumenti kummerċjali u ċertifikati misjuba fost ir-rekords kontabbilistiċi ta’ din il-kumpannija, li l-merkanzija ddikjarata kellha titqies bħala bwieq ta’ bastimenti intiżi għall-kostruzzjoni ta’ bastimenti, mhux għan-navigazzjoni marittima, iżda għan-navigazzjoni fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni. Għaldaqstant, il-bwieq ta’ bastimenti kkonċernati ġew ikklassifikati, rispettivament, fis-subintestatura <FT TYPE="CN">89012090</FT> tan-NM, bħala tankers minbarra dawk għan-navigazzjoni marittima, kif ukoll fis-subintestaturi <FT TYPE="CN">89019091</FT> u <FT TYPE="CN">89019099</FT> tan-NM, bħala bastimenti oħrajn għat-trasport ta’ merkanzija u bastimenti oħrajn maħsuba kemm għat-trasport ta’ persuni kif ukoll ta’ merkanzija, immexxija b’mod mekkaniku jew le, minbarra dawk għan-navigazzjoni marittima. Konsegwentement, il-persuna kkonċernata ngħatat avviż għall-ħlas fis‑<DATE ISO="20120427">27 ta’ April 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Adita bit-tilwima li segwiet minn dan, il-Gerechtshof Amsterdam (il-Qorti tal-Appell ta’ Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) ikkonfermat, permezz ta’ sentenza tal‑<DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, is-sentenza tal-ewwel istanza li ddikjarat ir-rikors ippreżentat minn Rensen Shipbuilding mhux fondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat‑<DATE ISO="20170630">30 ta’ Ġunju 2017</DATE>, il-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) annullat l-imsemmija sentenza tal-Gerechtshof Amsterdam (il-Qorti tal-Appell ta’ Amsterdam).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Peress li l-kawża reġgħet kienet pendenti quddiem din il-qorti tal-aħħar, hija ppreċiżat li, f’dan l-istadju tal-proċedura, it-tilwima tirrigwarda biss il-kwistjoni dwar jekk hemmx lok li l-bwieq ta’ bastimenti kkonċernati jiġu kklassifikati bħala bastimenti għan-navigazzjoni marittima, fis-subintestaturi <FT TYPE="CN">89012010</FT> u <FT TYPE="CN">89019010</FT> tan-NM, jew bħala li ma humiex bastimenti għan-navigazzjoni marittima, fis-subintestaturi <FT TYPE="CN">89012090</FT>, <FT TYPE="CN">89019091</FT> u <FT TYPE="CN">89019099</FT> tan-NM. F’dan il-każ, dawn il-bwieq ta’ bastimenti jistgħu jiġu kklassifikati f’dawn it-tliet subintestaturi tal-aħħar, rispettivament, minħabba l-fatt li dawn jistgħu jservu bħala bwieq għan-navigazzjoni fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni. Issa, kieku kien stabbilit li l-imsemmija bwieq ta’ bastimenti jistgħu wkoll iservu bħala buq għal bastiment intiż għan-navigazzjoni marittima, kien ikun hemm lok li ssir il-klassifikazzjoni tagħhom bħala tali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-imsemmija qorti, filwaqt li ma huwiex ikkontestat li l-bwieq ta’ bastimenti kkonċernati ma jistgħux iservu bħala buq ta’ bastiment li jippermetti li jinqasmu l-oċeani b’tagħbija sħiħa f’temp ħażin, il-partijiet fil-kawża prinċipali ma jaqblux dwar id-distanza li bastiment għandu jkun jista’ jivvjaġġa mix-xatt sabiex ikun jista’ jitqies bħala bastiment għan-navigazzjoni marittima. F’dan ir-rigward, Rensen Shipbuilding argumentat prinċipalment li l-bwieq ta’ bastimenti kkonċernati jistgħu jservu bħala bwieq ta’ tali bastimenti, għar-raġuni li dawn jistgħu jinnavigaw fil-baħar ladarba l-kostruzzjoni tagħhom titlesta. Fil-fatt, skont dikjarazzjonijiet ta’ esperti, bastimenti bid-dimensjonijiet tal-imsemmija bwieq ta’ bastimenti għandhom ikunu jistgħu jinnavigaw f’madwar 21 mil nawtiku (madwar 38 kilometru) mill-kosta f’temp ħażin.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Sa fejn in-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 89 tan-NM tipprevedi li taħt is-subintestaturi <FT TYPE="CN">89012010</FT> u <FT TYPE="CN">89019010</FT> tan-NM jaqgħu biss il-bastimenti maħsuba <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>biex jaqsmu l-ibħra<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, il-Gerechtshof Amsterdam (il-Qorti tal-Appell ta’ Amsterdam) qiegħda tistaqsi dwar kif għandu jinftiehem dan il-kliem. Hija tosserva, f’dan il-kuntest, li mill-formulazzjoni tan-nota ta’ spjega tal-Kummissjoni dwar l-imsemmija nota addizzjonali jista’ jiġi dedott li l-ilmijiet kostali, il-bokki tax-xmajjar u l-lagi ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>ibħra<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. Madankollu, fl-assenza ta’ definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>ilmijiet kostali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, id-distanza li għandu jivvjaġġa bastiment sabiex ikun jinsab fl-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>ibħra<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> għadha impreċiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Din il-qorti żżid li, fid-dawl tal-imsemmija nota ta’ spjega tal-Kummissjoni, skont liema għandhom jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>vetturi, iddisinjati bħala għall-baħar<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> [<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>bastimenti, maħsubin biex jaqsmu l-ibħra<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/>] […] vetturi [bastimenti] li, minħabba l-kostruzzjoni u t-tagħmir tagħhom, huma kapaċi jaħdmu fil-baħar anki f’temp ħażin (irjieħat ta’ madwar qawwa 7 fuq l-iskala <HT TYPE="ITALIC">Beaufort</HT>)<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jista’ jitqies li ma hijiex id-distanza bejn il-bastiment u l-kosta li hija importanti, iżda biss il-possibbiltà li din tal-aħħar tkun fuq il-baħar fil-maltemp. Madankollu, id-distanza mill-kosta ssaħħaħ l-effetti tat-maltemp minħabba, b’mod partikolari, li l-għoli tal-mewġ jiżdied. Barra minn hekk, anki jekk kellu jitwarrab il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>ibħra<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> u jekk kien hemm lok biss li jiġi vverifikat jekk bastiment, minħabba l-kostruzzjoni u tat-tagħmir tiegħu, jistax jaħdem fil-baħar f’riħ forza 7 fuq l-iskala Beaufort, ikun importanti li wieħed ikun jaf liema distanza mill-kosta bastiment għandu jkun jista’ jimmanuvra f’dawn iċ-ċirkustanzi sabiex ikun jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>bastiment li jaqsam l-ibħra [bastiment għan-navigazzjoni marittima]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fis-sens tal-Kapitolu 89 tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Gerechtshof Amsterdam (il-Qorti tal-Appell ta’ Amsterdam) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>In-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 89 tan-Nomenklatura Magħquda tistabilixxi li taħt is-subintestaturi <FT TYPE="CN">89012010</FT> u <FT TYPE="CN">89019010</FT> intitolati <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>bastimenti għall-baħar<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> jaqgħu (b’mod partikolari) biss bastimenti ddisinjati għall-baħar. X’għandu jinftiehem, bit-terminu <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>għall-baħar<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/>?<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li t-tilwima fil-kawża prinċipali tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk il-bwieq ta’ bastimenti kkonċernati għandhomx jiġu kklassifikati f’subintestaturi tan-NM dwar il-bastimenti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>li jaqsmu l-ibħra [għan-navigazzjoni marittima]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, jiġifieri, skont in-natura ta’ dawn il-bwieq ta’ bastimenti, is-subintestaturi <FT TYPE="CN">89012010</FT> u <FT TYPE="CN">89019010</FT>, jew f’subintestaturi applikabbli għal bastimenti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, jiġifieri s-subintestaturi <FT TYPE="CN">89012090</FT>, <FT TYPE="CN">89019091</FT> u <FT TYPE="CN">89019099</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li, konformement man-Nota 1 tal-Kapitolu 89 tal-NM, meta ma jkunx hemm dubju dwar it-tip ta’ bastimenti li jirrigwardaw il-bwieq tal-bastimenti, dawn għandhom jiġu kklassifikati fis-subintestaturi applikabbli għal dawn il-bastimenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fl-interess taċ-ċertezza legali u tal-faċilità tal-ispezzjonijiet, il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija għandu jiġi mfittex, b’mod ġenerali, fil-karatteristiċi u fil-proprjetajiet oġġettivi tagħha, kif iddefiniti mill-formulazzjoni tal-intestatura tan-NM u min-noti ta’ taqsimiet jew ta’ kapitoli (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Amoena,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑677/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1142">EU:C:2019:1142</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Dawn il-karatteristiċi u dawn il-proprjetajiet oġġettivi tal-prodotti għandhom ikunu jistgħu jiġu vverifikati fil-mument tar-rilaxx mid-dwana (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Amoena,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑677/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1142">EU:C:2019:1142</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Issa, bħalma rrilevat il-Kummissjoni, fl-assenza ta’ informazzjoni fattwali addizzjonali dwar il-bwieq ta’ bastimenti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, wieħed għandu jitlaq mill-prinċipju li, f’dan il-każ, il-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi, li abbażi tagħhom dawn il-bwieq ta’ bastimenti għandhom<?PAGE NO="6"?> jiġu kklassifikati, rispettivament, fis-subintestatura <FT TYPE="CN">890120</FT> tan-NM, bħala tankers, u fis-subintestatura <FT TYPE="CN">890190</FT> tan-NM, bħala bastimenti oħrajn għat-trasport ta’ merkanzija u bastimenti oħrajn maħsuba kemm għat-trasport ta’ persuni kif ukoll ta’ merkanzija, kienu diġà preżenti fil-mument tar-rilaxx mid-dwana u, għaldaqstant, li l-imsemmija bwieq ta’ bastimenti ma humiex identiċi, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Wara li dan ġie ppreċiżat, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija din tal-aħħar li għandha tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utli li tgħinha tiddeċiedi l-kawża li hija adita biha. F’dan id-dawl, huwa l-obbligu, jekk ikun il-każ, tal-Qorti tal-Ġustizzja li tifformula mill-ġdid id-domandi li jsirulha (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170216">16 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Aramex Nederland,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑145/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:130">EU:C:2017:130</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju, minn naħa, jirriżulta li l-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax isservi bħala bwieq li jippermettu li jinqasmu l-oċeani b’tagħbija sħiħa f’temp ħażin. Min-naħa l-oħra, skont id-dikjarazzjonijiet tal-esperti prodotti minn Rensen Shipbuilding, il-bastimenti bid-dimensjonijiet tal-merkanzija kkonċernata għandhom ikunu jistgħu jinnavigaw f’madwar 21 mil nawtiku mill-kosta f’temp ħażin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għalhekk, sabiex tiddeċiedi l-kawża li hija adita biha, hija rilevanti għall-qorti tar-rinviju l-kwistjoni dwar jekk jaqgħux taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>bastimenti [..] maħsubin biex jaqsmu l-ibħra<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, li jinsab fin-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 89 tan-NM, bastimenti li jistgħu jinnavigaw f’madwar 21 mil nawtiku mill-kosta f’temp ħażin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Sabiex tingħata tweġiba għal din il-kwistjoni, għandu jitfakkar li minn din in-nota addizzjonali jirriżulta li jaqgħu taħt is-subintestaturi dwar il-bastimenti għan-navigazzjoni marittima biss il-bastimenti li huma, l-ewwel nett, maħsuba biex jaqsmu l-ibħra u, it-tieni nett, li għandhom buq totali (ħlief xi partijiet li jisporġu ’l barra) ta’ mhux inqas minn 12‑il metru, iżda din it-tieni kundizzjoni ma hijiex rilevanti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-formulazzjoni tal-imsemmija nota addizzjonali, l-użu tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>maħsubin<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> jimplika li huwa l-mod kif il-bastiment inkwistjoni huwa maħsub li jintuża, u mhux l-użu tiegħu, li huwa determinanti. Għalhekk, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>bastiment<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens tal-istess nota addizzjonali, huwa bastiment li, minħabba l-proprjetajiet inerenti fil-kostruzzjoni tiegħu, jista’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>[jaqsam] l-ibħra<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, mingħajr ma jkun rilevanti l-fatt li effettivament ma jintużax f’din il-kwalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>jaqsmu l-ibħra<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, il-verżjonijiet lingwistiċi tan-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 89 tan-NM ivarjaw. Fil-fatt, minkejja li, b’mod partikolari, il-verżjonijiet fil-lingwa Franċiża (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/><HT TYPE="ITALIC">tenir la haute mer</HT><QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>) u fil-lingwa Olandiża (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/><HT TYPE="ITALIC">vaart in volle zee</HT><QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>) jagħmlu riferiment għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>ibħra internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, il-verżjonijiet fil-lingwa Ġermaniża (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/><HT TYPE="ITALIC">seetüchtig</HT><QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>) u fil-lingwa Ingliża (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/><HT TYPE="ITALIC">sea-going</HT><QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>) sempliċement jagħmlu riferiment għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>baħar<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minkejja dawn id-diverġenzi, minn dawn il-verżjonijiet lingwistiċi kollha tan-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 89 tan-NM jista’ jiġi dedott li bastimenti, sabiex ikunu jistgħu jitqiesu li jaqgħu taħt din id-dispożizzjoni, għandhom ikunu jistgħu jaħdmu, b’mod ġenerali, kullimkien fil-baħar, inkluż fl-ibħra internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, bastiment li, minħabba l-proprjetajiet inerenti fil-kostruzzjoni tiegħu, jista’ jaħdem biss f’żona ddeterminata matul il-kosta, ma jistax jitqies li huwa maħsub sabiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>jaqsam l-ibħra<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija sostnuta mill-istruttura tal-Kapitolu 89 tan-NM, peress li dan tal-aħħar jinkludi subintestaturi speċifiċi li jikkorrispondu mal-bastimenti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>għan-navigazzjoni marittima<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, minn naħa, u mal-bastimenti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, min-naħa l-oħra, u dawn is-subintestaturi tal-aħħar jirrigwardaw, <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT>, il-bastimenti għan-navigazzjoni mhux marittima, jiġifieri n-navigazzjoni fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni, bħall-ixmajjar u l-lagi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Issa, bħalma rrileva l-Gvern Olandiż, id-distinzjoni bejn il-bastimenti għan-navigazzjoni marittima u l-bastimenti għan-navigazzjoni interna ma tibqax rilevanti jekk il-bastimenti kollha għan-navigazzjoni interna kellhom jitqiesu bħala bastimenti għan-navigazzjoni marittima għar-raġuni li dawn teknikament jistgħu jaħdmu f’xi mili nawtiċi mill-kosta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata wkoll min-noti ta’ spjega tan-NM, li, filwaqt li ma humiex legalment vinkolanti, jikkostitwixxu għodda importanti għall-finijiet tal-interpretazzjoni tad-diversi intestaturi tariffarji (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190905">5 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>TDK-Lambda Germany,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑559/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:667">EU:C:2019:667</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, min-noti ta’ spjega dwar in-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 89 tan-NM jirriżulta li jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>vetturi, iddisinjati bħala għall-baħar<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="2019" ID="QE0042"/> [<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>bastimenti, maħsubin biex jaqsmu l-ibħra<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="2019" ID="QE0043"/>]<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, il-bastimenti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>li, minħabba l-kostruzzjoni u t-tagħmir tagħhom, huma kapaċi jaħdmu fil-baħar anki f’temp ħażin (irjieħat ta’ madwar qawwa 7 fuq l-iskala <HT TYPE="ITALIC">Beaufort</HT>)<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>. Ċertament, il-fatt li dawn in-noti ta’ spjega jagħmlu riferiment għall-fatt li jkunu kapaċi jaħdmu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>fil-baħar<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> jippermetti interpretazzjoni skont liema jkun biżżejjed li l-bastiment inkwistjoni jkun jista’ jaħdem xi mkien fil-baħar, anki qrib il-kosta biss. Madankollu, jekk din kienet l-interpretazzjoni maħsuba mill-imsemmija noti ta’ spjega, ma kienx ikun neċessarju li jiġi miżjud, f’dawn l-istess noti ta’ spjega, li għadhom jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>vetturi, iddisinjati bħala għall-baħar<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="2019" ID="QE0047"/> [<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>bastimenti, maħsubin biex jaqsmu l-ibħra<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="2019" ID="QE0048"/>]<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, dawk li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ippreċitati, iżda li jintużaw prinċipalment matul il-kosta, fil-bokki tax-xmajjar jew fil-lagi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li bastimenti li jistgħu jaħdmu biss f’massimu ta’ xi mili nawtiċi mill-kosta f’temp ħażin ma jistgħux jitqiesu li huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>bastimenti, maħsubin biex jaqsmu l-ibħra<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, fis-sens tan-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 89 tan-NM, u, għalhekk, ma jaqgħux taħt is-subintestaturi dwar il-bastimenti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>li jaqsmu l-ibħra [għan-navigazzjoni marittima]<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li n-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 89 tan-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>bastimenti, maħsubin biex jaqsmu l-ibħra<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, li jinsab f’din in-nota addizzjonali, bastimenti li, minħabba l-proprjetajiet inerenti fil-kostruzzjoni tagħhom, jistgħu jaħdmu biss f’madwar 21 mil nawtiku mill-kosta f’temp ħażin.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">In-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 89 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat‑<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE> dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008 tad‑<DATE ISO="20080919">19 ta’ Settembru 2008</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>bastimenti, maħsubin biex<?PAGE NO="8"?> jaqsmu l-ibħra<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, li jinsab f’din in-nota addizzjonali, bastimenti li, minħabba l-proprjetajiet inerenti fil-kostruzzjoni tagħhom, jistgħu jaħdmu biss f’madwar 21 mil nawtiku mill-kosta f’temp ħażin.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>