|
10.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/7 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10732 – EQT / BPEA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 226/06)
1.
Fit-2 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
EQT AB (“EQT”, l-Isvezja), |
|
— |
Baring Private Equity Asia Group Limited (“BPEA”, Ħong Kong u Singapore). |
EQT takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ BPEA kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
EQT hija organizzazzjoni ta’ investiment globali ffukata fuq strateġiji ta’ sjieda attiva. EQT bħalissa għandha EUR 73,4 biljun f’assi ġestiti f’madwar 28 fond attiv f’żewġ segmenti tan-negozju - Kapital Privat u Assi Reali. Il-kumpaniji tal-portafoll tal-fondi EQT huma attivi f’varjetà ta’ industriji u setturi, bħall-konsumaturi, il-prodotti tal-konsumatur, l-enerġija u l-ambjent, it-teknoloġija finanzjarja, il-kura tas-saħħa, it-teknoloġija industrijali, l-assikurazzjoni, il-proprjetà immobbli, is-servizzi, soċjali, TMT u t-trasport u l-loġistika, |
|
— |
BPEA hija ditta pan-Asjatika tas-swieq privati. BPEA tiġġestixxi programm ta’ investiment ta’ ekwità privata, tisponsorja l-akkwiżizzjonijiet u tipprovdi kapital għat-tkabbir lil kumpaniji għall-espansjoni jew l-akkwiżizzjonijiet b’enfasi partikolari fuq ir-reġjun tal-Asja tal-Paċifiku, kif ukoll fondi ddedikati ffukati fuq proprjetà immobbli privata u kreditu privat. BPEA tagħti pariri lil fondi ta’ ekwità privata attivi f’diversi swieq differenti, inklużi s-setturi tal-edukazzjoni, tas-servizzi tan-negozju, tal-manifattura, tal-loġistika, tal-kura tas-saħħa u tal-konsumatur. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10732 – EQT / BPEA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).