|
15.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/707
tat-28 ta' Frar 2018
li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 fir-rigward tal-kriterji ta' eliġibbiltà għall-appoġġ tal-qanneb skont l-iskema ta' pagament bażiku u ċerti rekwiżiti fir-rigward tal-appoġġ akkoppjat volontarju
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 35(3), 52(9) u 67(1) u (2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 (2) jeħtieġ li ż-żrieragħ użati għall-produzzjoni tal-qanneb ikunu ċċertifikati skont id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE (3). Madankollu, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/62/KE (4) tistipula ċertifikazzjoni alternattiva taż-żerriegħa tal-qanneb fil-każ ta' varjetajiet tal-konservazzjoni. Għalhekk jixraq li fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 tiġi inkluża referenza għal dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ akkoppjat lill-bdiewa skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu 1 tat-Titolu IV ta' dak ir-Regolament u fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014. |
|
(3) |
L-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) sabiex tingħata aktar ċarezza dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-karattru li jillimita l-produzzjoni tal-appoġġ akkoppjat volontarju. Għalhekk jenħtieġ li t-terminoloġija użata fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 5 u fl-Artikolu 67 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 kif ukoll fl-Anness I ta' dak ir-Regolament tiġi allinjata mal-kliem tal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Abbażi tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tal-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, jixraq ukoll li jiġi aġġornat il-kontenut tal-informazzjoni li trid tintbagħat mill-Istati Membri lilll-Kummissjoni f'konformita mal-Anness I tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014. |
|
(4) |
F'konformità mal-Artikolu 52(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-appoġġ akkoppjat volontarju jista' jingħata biss lil dawk is-setturi jew ir-reġjuni fejn tipi speċifiċi ta' biedja jew setturi agrikoli jesperjenzaw ċerti diffikultajiet. Skont l-Artikolu 52(3) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014, tip ta' biedja jew settur agrikolu speċifiku jistgħu jitqiesu bħala f'diffikultà biss jekk ikun hemm riskju ta' abbandun jew ta' tnaqqis ta' produzzjoni. Minħabba l-kjarifika tar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-karattru li jillimita l-produzzjoni tal-appoġġ akkoppjat volontarju, limitazzjoni bħal din mhijiex ġustifikata. Għalhekk jixraq li l-Artikolu 52(3) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 jitħassar. Jixraq ukoll li l-projbizzjoni tal-akkumulazzjoni tal-appoġġ kif stabbilita fl-Artikolu 54(3) ta' dak ir-Regolament tiġi aġġornata. |
|
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Billi t-tħassir tal-Artikolu 52(5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u r-riformulazzjoni tal-Artikolu 52(6) ta' dak ir-Regolament bir-Regolament (UE) 2017/2393 japplikaw mill-1 ta' Jannar 2015, jixraq li l-emendi korrispondenti tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 japplikaw fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-snin kalendarji sussegwenti għas-sena kalendarja 2014, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjoni dwar il-kumulazzjoni tal-appoġġ. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, jenħtieġ li l-kumulazzjoni tal-appoġġ tkompli tiġi determinata abbażi ta' tqabbil bejn l-objettivi rispettivi tal-miżuri tal-appoġġ akkoppjat jew tal-miżuri u l-politiki kkonċernati l-oħra tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-objettiv tal-appoġġ akkoppjat volontarju jitqies bħala ż-żamma tal-livelli attwali tal-produzzjoni f'konformità mal-Artikolu 52(5) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 qabel ma ġie emendat bir-Regolament (UE) 2017/2393. Għalhekk, jenħtieġ li l-emenda tal-Artikolu 54(3) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 tapplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-sena kalendarja 2019 u mas-snin kalendarji ta' wara. |
|
(7) |
Fir-rigward tad-dispożizzjoni l-ġdida dwar iċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa tal-qanneb, huwa xieraq li din tapplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-sena kalendarja 2018 u s-snin kalendarji sussegwenti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: “1. Għall-finijiet tal-Artikolu 32(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-eliġibbiltà ta' żoni użati għall-produzzjoni tal-qanneb għandha tkun soġġetta għall-użu taż-żerriegħa tal-varjetajiet elenkati fil-“Katalgu Komuni ta' Varjetajiet ta' Speċijiet ta' Pjanti Agrikoli” fil-15 ta' Marzu tas-sena li għaliha jkun qed jingħata l-pagament u jiġi ppubblikat f'konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE (*1). Iż-żerriegħa għandha tiġi ċċertifikata f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE (*2) jew f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/62/KE (*3) fil-każ tal-varjetajiet tal-konservazzjoni. (*1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta' katalgi ta' speċi ta' pjanti agrikoli (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1)." (*2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74)." (*3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/62/KE tal-20 ta' Ġunju 2008 li tipprevedi ċerti derogi għall-approvazzjoni ta' landraces (tipi partikolari) u varjetajiet agrikoli li huma adattati b'mod naturali għall-kundizzjonijiet lokali u reġjonali u mhedda minn tagħwir ġenetiku, u t-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa u patata taż-żerriegħa ta' dawk il-landraces u varjetajiet (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 13).”;" |
|
(2) |
fl-Artikolu 52, jitħassar il-paragrafu 3; |
|
(3) |
fl-Artikolu 53(2), it-tielet subparagrafu jinbidel b'dan li ġej: “Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 52(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, għall-ammont unitarju tal-appoġġ li hemm referenza għalih fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw ammonti unitarji modulati għal ċerti kategoriji ta' bdiewa jew fil-livell tal-azjendi agrikoli sabiex jiġu kkunsidrati l-ekonomiji ta' skala li jirriżultaw mid-daqs tal-istrutturi ta' produzzjoni fit-tip ta' biedja speċifika fil-mira jew fis-settur agrikolu speċifiku, jew, jekk il-miżura timmira lejn reġjun jew settur sħiħ, fir-reġjun jew fis-settur ikkonċernat. L-Artikolu 67(1) ta' dan ir-Regolament għandu japplika mutatis mutandis għan-notifika ta' deċiżjonijiet bħal dawn.”; |
|
(4) |
fl-Artikolu 53a, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej: “2. Meta l-erja jew l-għadd ta' annimali eliġibbli għall-appoġġ taħt miżura ta' appoġġ akkoppjat volontarju fis-sena tat-talba kkonċernata jkunu ugwali għal jew jaqbżu l-erja jew in-numru ta' annimali msemmija fl-Artikolu 52(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 kif notifikat skont il-punt (3)(j) tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, il-miżura ta' appoġġ ma għandhiex tibbenefika minn trasferiment ta' fondi minn xi miżura(i) oħra ta' appoġġ. 3. Meta l-erja jew in-numru ta' annimali eliġibbli għall-appoġġ taħt miżura ta' appoġġ akkoppjat volontarju fis-sena tat-talba kkonċernata jkunu inqas meta mqabbla mal-erja jew man-numru ta' annimali msemmija fl-Artikolu 52(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 kif notifikat skont il-punt (3)(j) tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, it-trasferiment ta' fondi ma għandux jirriżulta f'ammont unitarju li jsir anqas mill-proporzjon bejn l-ammont stabbilit għall-finanzjament kif notifikat skont il-punt (3)(i) ta' dak l-Anness u l-erja jew in-numru ta' annimali msemmija fl-Artikolu 52(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.”; |
|
(5) |
fl-Artikolu 54, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej: “3. Meta appoġġ taħt ċertu miżura ta' appoġġ akkoppjat jista' jingħata wkoll taħt miżura ta' appoġġ akkoppjat oħra, jew taħt miżura implimentata skont miżuri u politiki oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bidwi kkonċernat jista' jirċievi appoġġ li għandu fil-mira l-istess diffikultà, kif imsemmija fl-Artikolu 52(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u kif iddefinit għal dik il-miżura ta' appoġġ akkoppjat, taħt miżura waħda biss bħal din għal kull settur, reġjun, tip ta' biedja speċifika jew settur agrikolu speċifiku li tkun fil-mira skont dik id-dispożizzjoni.”; |
|
(6) |
fl-Artikolu 67(3), il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(7) |
L-Anness I jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punti 2, 3, 4, 6 u 7 tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw fir-rigward ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-snin kalendarji wara s-sena kalendarja 2014.
Il-punt 1 tal-Artikolu 1 għandu japplika fir-rigward ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-sena kalendarja 2018 u s-snin kalendarji ta' wara.
Il-punt 5 tal-Artikolu 1 għandu japplika fir-rigward ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna relatati mas-sena kalendarja 2019 u s-snin kalendarji ta' wara.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Frar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 tal-11 ta' Marzu 2014, li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lil bdiewa skont skemi ta' appoġġ fi ħdan il-qafas tal-politika agrikola komuni u li jemenda l-Anness X ta' dak ir-Regolament (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 1).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74).
(4) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/62/KE tal-20 ta' Ġunju 2008 li tipprevedi ċerti derogi għall-approvazzjoni ta' landraces (tipi partikolari) u varjetajiet agrikoli li huma adattati b'mod naturali għall-kundizzjonijiet lokali u reġjonali u mhedda minn tagħwir ġenetiku u t-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa u patata taż-żerriegħa ta' dawk il-landraces u varjetajiet (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 13).
(5) Ir-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u (UE) Nru 652/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal- pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti (ĠU L 350, 29.12.2017, p. 15).
ANNESS
“ANNESS I
Kontenut tal-informazzjoni li trid tiġi sottomessa lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 67(1)
L-informazzjoni għandha tinkludi:
|
(1) |
il-perċentwali tal-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għal kull sena sal-2020; |
|
(2) |
it-titolu ta' kull miżura ta' appoġġ; |
|
(3) |
deskrizzjoni ta' kull miżura ta' appoġġ, li tinkludi mill-anqas:
|
|
(4) |
fejn xieraq, id-deskrizzjoni ddettaljata tas-sitwazzjoni partikolari fir-reġjun jew fis-settur immirat u l-karatteristiċi tat-tipi ta' biedja jew setturi agrikoli speċifiċi, li minħabba fihom il-perċentwal imsemmi fl-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ma jkunx biżżejjed biex jindirizza d-diffikultajiet identifikati u li jiġġustifikaw livell ogħla ta' appoġġ skont l-Artikolu 54(2) ta' dak ir-Regolament; |
|
(5) |
fejn xieraq, il-prova tal-eżistenza ta' waħda mill-ħtiġijiet imsemmija fl-Artikolu 55(1)(a), (b), (c) jew (d) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. |