European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1060

11.5.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2026/1060

tal-5 ta’ Mejju 2026

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2026/310 (EUNAVFOR ATALANTA/2/2026)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, li tipprevedi operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA).

(2)

Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) sabiex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għal EUNAVFOR ATALANTA (il-“Kmandant tal-Forza tal-UE”).

(3)

Fit-3 ta’ Frar 2026, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2026/310 (2), li taħtar lill-Viċi Ammirall Daniele Paolo Maria MARTINUZZI bħala Kmandant tal-Forza tal-UE mill-20 ta’ Frar 2026.

(4)

Fil-11 ta’ Frar 2026, l-awtoritajiet militari Spanjoli pproponew il-ħatra tal-Viċi Ammirall Francisco Javier VÁZQUEZ SANZ biex jieħu post il-Viċi Ammirall Daniele Paolo Maria MARTINUZZI bħala Kmandant tal-Forza tal-UE (“il-ħatra proposta”) mill-10 ta’ Ġunju 2026.

(5)

Fis-16 ta’ Marzu 2026, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE ta’ EUNAVFOR ATALANTA appoġġa l-ħatra proposta.

(6)

Fl-20 ta’ Marzu 2026, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa l-ħatra proposta u qabel li l-Viċi Ammirall Francisco Javier VÁZQUEZ SANZ jinħatar bħala Kmandant tal-Forza tal-UE.

(7)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Viċi Ammirall Francisco Javier VÁZQUEZ SANZ bħala Kmandant tal-Forza tal-UE.

(8)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2026/310 titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Viċi Ammirall Francisco Javier VÁZQUEZ SANZ huwa maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA) mill-10 ta’ Ġunju 2026.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2026/310 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Ġunju 2026.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Mejju 2026.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

P. MAVRIKIOS


(1)   ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2008/851/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2026/310 tat-3 ta’ Frar 2026 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2025/2244 (EUNAVFOR ATALANTA/1/2026) (ĠU L, 2026/310, 5.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/310/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1060/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)