17.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 119/2009

tat-22 ta’ Ottubru 2009

li temenda l-Protokoll 26 (Dwar il-poteri u funzjonijiet tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat) tal-Ftheim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 26 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistipula r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Skont l-Artikolu 1 tal-Protokoll 26 tal-Ftheim, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA ingħatat l-istess livell ta’ poteri u funzjonijiet simili għal dawk tal-Kummissjoni tal-KE għall-applikazzjoni tar-regoli applikabbli għall-għajnuna mill-Istat, u r-Regolament (KE) Nru 271/2008 għandu b’hekk jiġi inkluż fil-Protokoll 26 tal-Ftehim għal skopijiet ta’ informazzjoni biss,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jkun miżjud mal-Punt 2 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004) tal-Artikolu 2 tal-Protokoll 26 tal-Ftehim:

‘, kif emendat minn:

—

32008 R 0271: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta’ Jannar 2008 (ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1)’.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 271/2008 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-23 ta’ Ottubru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)   ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.

(2)   ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.