32003R2112



Official Journal L 317 , 02/12/2003 P. 0022 - 0023


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 2112/2003

ta’ l-1 ta’ Diċembru 2003

li jikkorreġi r-Regolament Nru 1334/2003 li jemenda l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ numru ta’ additivi fil-għalf li jappartjieni għall-grupp ta’ mikro-elementi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda l-addittivi fil-għalf ta’ l-annimali [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1756/2002 [2] u b’mod partikolari l-Artikoli 3, 9d u 9e tagħha,

Billi:

(1) L-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2003 [3] fih żball tat-tipa li jeħtieġ li jiġi kkoreġut.

(2) Il-miżuri provvduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1334/2003 huwa emendat kif ipprovvdut fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-1 ta’ Diċembru 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 270, ta’ - 14.12.1970, p. 1.

[2] ĠU L 265, tat-3.10.2002, p. 1.

[3] ĠU L 187, tas-26.7.2003, p. 11.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Il-lista ta’ l-additivi taħt l-intestatura

"E1 Il-Fe tal-ħadid"

hija mibdula b’dan li ġej:

"Nru (KE) | L-Element | L-Addittiv | Il-Formola kimika u d-deskrizzjoni | Il-Kontenut massimu ta' l-element f'mg/kg tal-għalf ikkompletat jew f'mg/kull jum | Disposizz-jonijiet Oħra | It-Tmiem tal-perjodu taż-żmien ta' l-awtorizzazzjoni |

Il-Mikro-Elementi

1.E. | Il-Fe tal-ħadid | Il-Karbonat tal-ħadid | FeCO3 | L-Ovinin500 (total) mg/kg tal-għalf ikkompletat. L-Annimali pets: 1 250 (total) mg/kg ta' għalf ikkompletat. Il-Ħnieżer: il-qżieżeż sa ġimgħa qabel il-ftama: 250 mg/kuljumil-ħnieżer l-oħra: 750 (total) mg/kg tal-għalf ikkomplettatL-Ispeċji l-oħra: 750 (total) mg/kg tal-għalf ikkompletat | | Mingħajr limitu taż-żmien' |

Il-Klorur tal-ħadid, tetraidrat | FeCI2. 4H2O | |

Il-Klorur tal-ħadid, eksaidrat | FeCI3. 6H2O | |

Iċ-Ċitrat tal-ħadid, eksaidrat | Fe3(C6H2O7 )2.6H2O | |

Il-Fumarat tal-ħadid | FeC4H2O4 | |

Il-Lattat tal-ħadid, tri-idrat | Fe(C3H5O3)2.3H2O | |

L-Ossidu tal-Ħadid | Fe2O3 | |

Is-Sulfat tal-ħadid, mono-idrat | FeSO4H2O | |

Is-Sulfat tal-ħadid, eptaidrat | FeSO4.7H2O | |

Iċ-Ċelat tal-ħadid ta' l-amino-aċidi, idrat | Fe(x)1-3.nH2O (x = anjonu ta' kull amino aċidu dderivat mill-proteina idrolizzata tas-soya) Il-piż molekulari ma jaqbiżx il-1 500" | |

--------------------------------------------------