3.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/15


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8832 — Knauf/Armstrong)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 232/05)

1.   

Fl-20 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Knauf International GmbH (il-Ġermanja),

—

Armstrong World Industries, Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerka)

Knauf International GmbH (“Knauf”) se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku (i) tas-sussidjarji ta’ Armstrong World Industries, Inc. (“Armstrong”) fl-Ewropa, il-Lvant Nofsani u l-Africa (Europem Middle east, Africa, EMEA), u fl-Asja Paċifiku (Asia Pacific, APAC), u (ii) tas-sussidjarji desinjati tal-joint venture ta’ Armstrong ma’ Worthington Industries b’operazzjonijiet fl-EMEA u fl-APAC (flimkien “il-Mira”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

Il-konċentrazzjoni kienet referuta lill-Kummissjoni mill-Awtorità Federali tal-Kompetizzjoni Awstrijaka skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Ir-referenza kienet suċċessivament saret ukoll mill-Ġermanja, il-Litwanja, Spanja u r-Renju Unit.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Knauf hija manifattur ta’ materjali tal-insulazzjoni, sistemi dry-lining, ġibs, u prodotti oħra.

—

Armstrong tiddisinja u timmanifattura soqfa kummerċjali u residenzjali, ħitan u u soluzzjonijiet tas-sistemi tas-sospensjoni.

—

Il-Mira hija attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ soqfa sospiżi modulari fl-EMEA u l-APAC u tikkonsisti fil-limitu tan-negozju ta’ Armstrong barra mill-Amerki.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8832 — Knauf/Armstrong

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).