|
5.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 139/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-4 ta’ Ġunju 2009
li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjonijiet għall-applikazzjoni taċ-ċomb bħala impurità f’rotaturi Faraday RIG li jintużaw f’sistemi ta’ komunikazzjoni tal-fibra ottika
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4165)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/428/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju [perikolużi] fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(c) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2002/95/KE tesiġi li l-Kummissjoni tirrevedi l-eżenzjoni ta’ ċerti materjali u komponenti ta’ tagħmir elettriku u elettroniku mill-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Il-valutazzjoni teknika u xjentifika meħtieġa twettqet, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-rotaturi Faraday RIG (rare earth iron garnet) li jħarsu l-valuri massimi ta’ konċentrazzjoni stabbiliti bid-Direttiva 2002/95/KE huma attwalment disponibbli u li l-eżenzjoni mogħtija f’dan ir-rigward għandha tiġi rriveduta. |
|
(3) |
Għalhekk id-Direttiva 2002/95/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2002/95/KE, il-Kummissjoni kkonsultat il-partijiet rilevanti. Waqt il-konsultazzjoni ssemmiet il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-produtturi jingħataw żmien suffiċjenti għall-kwalifika xierqa tar-rotaturi RIG Faraday bir-restrizzjoni taċ-ċomb kif stipulat bid-Direttiva 2002/95/KE. Għalhekk għandu jiġi żgurat li ma jkunx hemm il-possibbiltà li l-impatti fuq is-saħħa jew is-sikurezza tal-konsumatur ikkawżati bis-sostituzzjoni jgħelbu l-benefiċċji tas-sostituzzjoni għall-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur, b’mod partikolari f’tagħmir rilevanti għas-sikurezza pereżempju s-sistemi ta’ komunikazzjoni. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2002/95/KE, il-punt 22 għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
“22. |
Iċ-ċomb bħala impurità f’rotaturi Faraday RIG (rare earth iron garnet) li jintużaw għal sistemi ta’ komunikazzjoni tal-fibra ottika sal-31 ta’ Diċembru 2009.” |