|
2.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 235/14 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1084
tat-30 ta’ Ġunju 2021
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2021) 4947)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-punt (c) tal-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli (HPAI) hija marda virali infettiva tal-għasafar u jista’ jkollha impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tat-tjur u toħloq tfixkil għall-kummerċ fl-Unjoni u fl-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi. Il-viruses tal-HPAI jistgħu jinfettaw lill-għasafar migratorji u dawn imbagħad jistgħu jinxterdu fuq distanzi twal waqt il-migrazzjonijiet tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għaldaqstant, il-preżenza tal-viruses tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi hija theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses fl-azjendi fejn jinżammu t-tjur jew l-għasafar tat-trobbija. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinfirex f’azjendi oħra fejn jinżammu t-tjur jew l-għasafar tat-trobbija. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi qafas leġiżlattiv ġdid għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li hu trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. L-HPAI taqa’ fid-definizzjoni ta’ marda elenkata f’dak ir-Regolament, u hija soġġetta għar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fih. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, inkluż miżuri ta’ kontroll tal-mard għall-HPAI. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/641 (3) ġiet adottata fi ħdan il-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tal-mard marbuta ma’ tifqigħat tal-HPAI. |
|
(4) |
B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-Istati Membri wara t-tifqigħat tal-HPAI, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, għandhom jinkludu mill-anqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(5) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 ġie emendat dan l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/989 (4), wara tifqigħat ulterjuri tal-HPAI fi tjur jew għasafar tat-trobbija fin-Netherlands u fil-Polonja li kienu jeħtieġu li jiġu riflessi f’dak l-Anness. |
|
(6) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/989, il-Polonja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ġdida tal-HPAI tas-sottotip H5N8 f’azjenda fejn kienu jinżammu t-tjur jew l-għasafar tat-trobbija fil-provinċja ta’ Małopolskie ta’ dak l-Istat Membru. |
|
(7) |
Barra minn hekk, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ġdida tal-HPAI tas-sottotip H5N8 f’azjenda fejn kienu jinżammu t-tjur jew l-għasafar tat-trobbija fil-Land tas-Sassonja t’Isfel ta’ dak l-Istat Membru. |
|
(8) |
It-tifqigħat il-ġodda fil-Ġermanja u fil-Polonja huma barra miż-żoni li attwalment huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641, u l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri ħadu l-miżuri għall-kontroll tal-mard meħtieġa f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar dawn it-tifqigħat il-ġodda. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri għall-kontroll tal-mard li ttieħdu mill-Ġermanja u mill-Polonja f’kollaborazzjoni ma’ dawk l-Istati Membri, u tinsab sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ġermanja u tal-Polonja jinsabu ’l bogħod biżżejjed minn kwalunkwe azjenda fejn ġew ikkonfermati t-tifqigħat reċenti tal-HPAI. |
|
(10) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn fil-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u sabiex tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li fil-livell tal-Unjoni, f’kollaborazzjoni mal-Ġermanja u mal-Polonja, jiġu deskritti malajr iż-żoni ġodda ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn dawk l-Istati Membri f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li jiġu emendati ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza elenkati għall-Ġermanja u għall-Polonja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641. |
|
(12) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi emendat l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jitqiesu ż-żoni l-ġodda ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ġermanja u tal-Polonja f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u d-durata tar-restrizzjonijiet li japplikaw fihom. |
|
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 tiġi emendata skont dan. |
|
(14) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-HPAI, huwa importanti li l-emendi li għandhom isiru għall-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 permezz ta’ din id-Deċiżjoni, isiru effettivi kemm jista’ jkun malajr. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/641 tas-16 ta’ April 2021 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 134, 20.4.2021, p. 166).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/989 tas-17 ta’ Ġunju 2021 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/641 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’livell patoġeniku għoli f’ċerti Stati Membri (ĠU L 218, 18.6.2021, p. 41).
ANNESS
“ANNESS
PARTI A
Iż-żoni ta’ protezzjoni msemmija fl-Artikoli 1 u 2:
|
Stat Membru: Il-Ġermanja
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Stat Membru: Franza
|
||||||
|
Stat Membru: Il-Litwanja
|
|
Stat Membru: In-Netherlands
|
|
Stat Membru: Il-Polonja
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
PARTI B
Iż-żoni ta’ soorveljanza msemmija fl-Artikoli 1 u 3:
|
Stat Membru: Il-Ġermanja
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Stat Membru: Franza
|
||||||||||||
|
Stat Membru: Il-Litwanja
|
|
Stat Membru: In-Netherlands
|
|
Stat Membru: Il-Polonja
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||