2004R0881 — MT — 01.01.2009 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 881/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (ir-Regolament ta' l-Aġenzija) (ĠU L 164, 21.6.2004, p.1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT (KE) Nru 1335/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta' Diċembru 2008 |
L 354 |
51 |
31.12.2008 |
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 881/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-29 ta' April 2004
li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji
(ir-Regolament ta' l-Aġenzija)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-L-Artikolu 71(1),
tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewopew ( 2 ).
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ( 3 ),
Huma u jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 4 ), fid-dawl,
tat-test konġunt approvat mill-Kumitat tal-Konċiljazzjoni tat-23 ta' Marzu 2004,
Billi:|
(1) |
L-istabbiliment progressiv ta' żona Ewropea tal-ferroviji mingħajr fruntieri teħtieġ azzjoni Komunitarja fil-kamp tar-regolamenti tekniċi u l-aspetti tas-sigurtà, bit-tnejn marbuta flimkien f'manjiera li ma tistax tinħall. |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE tad-29 ta' Ġunju 1991 dwar l-iżvilupp tal-ferroviji Komunitarji ( 5 ) tipprovdi għall-ftuħ b'mod progressiv tad-drittijiet għall-aċċess għall-infrastruttura għal kull impriża Komuntarja lliċenzjata tal-ferroviji li tixtieq topera servizzi tal-merkanzija. |
|
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 95.18/KE tad-9 ta' Ġunju 1995 dwar il-għoti tal-liċenzji lill-impriżi tal-ferroviji ( 6 ) tipprovdi illi l-impriżi kollha tal-ferroviji jrid ikollhom liċenzja u li liċenzja maħruġa fi Stat Membru għandha tkun valida fil-Komunità kollha. |
|
(4) |
Id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-ferroviji u l-ġbir ta' imposti għall-użu ta' l-infrastruttura tal-ferroviji u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà ( 7 ) tistabbilixxi qafas ġdid bil-għan li tinħoloq żona Ewropea tal-ferroviji mingħajr fruntieri. |
|
(5) |
Id-differenzi tekniċi u operattivi bejn is-sistemi tal-ferroviji ta' l-Istati Membri ġew ikkompartimentalizzati fis-swieq nazzjonali tal-ferroviji u pprevenew l-iżvilupp dinamiku ta' dan i-settur fuq skala Ewropea. Id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-interoprabbiltà tas-sistema Trans-Ewropea tal-ferroviji ta' veloċità qawwija u d-Direttiva 2001/16/KE ( 8 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema Trans-Ewropea tal-ferroviji konvenzjonali ( 9 ) jiddefinixxu l-ħtiġiet essenzjali u jistabbilixxu mekkaniżmu għalbiex jiddifinixxi l-ispeċifikazzjonijiet mandatorji tekniċi għall-interoperabbiltà. |
|
(6) |
Is-segwiment simultanju tal-għanijiet tas-sigurtà u l-interoperabbiltà jeħtieġ xogħol tekniku sostanzjali li jrid jitmexxa minn korp speċjalizzat. Huwa għalhekk li hu meħtieġ li tinħoloq, fil-qafas istituzzjonali eżistenti u rigward il-bilanċ tal-poter fil-Komunità, Aġenzija Ewqropea responsabbli mis-sigurtà u l-interoperabbiltà tal-ferroviji (minn issa 'l quddiem imsejħa “l-Aġenzija”). Il-ħolqien ta' din l-Aġenzija jrid tipprovdi mezz għalbiex jiġu kkunsidrati l-għanijiet tas-sigurtà u l-interoperabbiltà għan-network Ewropew tal-ferroviji b'mod konġunt u b'livell għoli ta' kompetenza u b'dan il-mod jikkontribwixxi għall-għoti tal-ħajja mill-ġdid lill-ferroviji u għall-għanijiet ġenerali tal-politika komuni tat-trasport. |
|
(7) |
Sabiex tippromwovi l-istabbiliment ta' żona Ewropea tal-ferroviji mingħajr fruntieri u għalbiex tgħin li tagħti l-ħajja mill-ġdid lis-settur ferrovjarju filwaqt li tirrinforza l-vantaġġi essenzjali tagħha f'termini ta' sigurtà, l-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' kultura Ewropea ġenwina tal-ferroviji u tifforma għodda essenzjali għad-djalogu, il-konsultazzjoni u l-iskambju bejn l-atturi kollha fis-settur ferrovjarju, filwaqt li jitqiesu l-kompetenzi individwali tagħhom kif mistħoqq. |
|
(8) |
Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà fuq il-ferroviji Komunitarji (id-Direttiva dwar is-Sigurtà tal-Ferroviji) ( 10 ) tipprovdi għall-iżvilupp ta' indikaturi komuni tas-sigurtà, miri komuni tas-sigurtà u metodi komuni tas-sigurtà. L-iżvilupp ta' dawn il-għodod jeħtieġ kompetenza teknika indipendenti. |
|
(9) |
Għalbiex jiġu ffaċilitati l-proċeduri għall-ħruġ taċ-ċertifikati tas-sigurtà lill-impriżi tal-ferroviji, huwa essenzjali li jiġi żviluppat format armonizzat għaċ-ċertifikat tas-sigurtà u format armonizzat għall-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati tas-sigurtà. |
|
(10) |
Id-Direttiva dwar is-Sigurtà tal-Ferroviji tipprovdi eżami tal-miżuri ta' sigurtà nazzjonali mil-lat tas-sigurtà u l-interoperabbiltà. Għal dan il-fini, hija essenzjali opinjoni msejsa fuq kompetenza indipendenti u newtrali. |
|
(11) |
Fil-kamp tas-sigurtà, huwa importanti li jiġu żgurati l-ikbar trasparenza possibbli u mixi effettiv tat-tagħrif. Għadu ma jeżistix analiżi tat-twettiq tax-xogħol, imsejjes fuq indikaturi komuni u li jorbot lil dawk kollha li jieħdu parti f'dan is-settur, u din il-għodda għandha tiddaħħal. Rigward l-istatistika, hija meħtieġa kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-Eurostat. |
|
(12) |
L-organizzazzjonijiet, ir-regolaturi u l-awtoritajiet l-oħra nazzjonali dwar is-sigurtà tal-ferroviji nazzjonali għandhom ikunu kapaċi li jitolbu opinjoni teknika indipendenti meta jeħtieġu tagħrif li jirrigwarda numru ta' Stati Membri. |
|
(13) |
Id-Direttiva 2001/15/KE tipprovdi illi grupp ta' l-ewwel ta' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (TSIs) irid jitfassal mhux iktar tard mill-20 ta' April 2004. Il-Kummissjoni tat mandat għalbiex dan ix-xogħol jitwettaq mill-Assoċjazzjoni Ewropea ta' l-Interoperabbiltà tal-Ferroviji (l-AEIF), li ġġib flimkien lill-fabbrikanti tat-tagħmir tal-ferroviji u lill-amministraturi u l-operaturi ta' l-infrastruttura. Għandhom jittieħdu passi għalbiex tiġi ppriservata l-esperjenza mibnija mill-professjonisti mill-industrija fil-kuntest ta' l-AIEF. Il-kontinwità tax-xogħol u l-iżvilupp tat-TSIs matul iż-żmien jeħtieġu qafas tekniku permanenti. |
|
(14) |
L-interoperabbiltà tan-network Trans-Ewropew għandha tiġi mtejba u l-proġetti l-ġodda ta' l-investiment magħżula għall-appoġġ mill-Komunità għandhom ikunu f'linja mal-għan ta' interoperabbiltà ffissat bid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar il-linji gwida Komunitarji għall-iżvilupp tan-network Trans-Ewropew tat-trasport ( 11 ). |
|
(15) |
Sabiex jiżguraw il-kontinwità, il-gruppi tax-xogħol li jridu jiġu stabbiliti mill-Aġenzija għandhom jistrieħu kif approprijat fuq il-kompożizzjoni ta' l-AIEF, issupplimentata minn membri addizzjonali. |
|
(16) |
Il-manutenzjoni tal-magni u l-vaguni tat-trenijiet meħuda flimkien hija parti importanti mis-sistema tas-sigurtà. Ma jeżisti l-ebda suq ġenwin Ewropew għall-manutenzjoni tat-tagħmir tal-ferroviji minħabba n-nuqqas ta' sistema għaċ-ċertifikazzjoni rigward il-manutenzjoni tal-ħwienet tax-xogħol. Din is-sitwazzjoni żżid ma' l-ispejjeż għas-settur u tirriżulta fi vjaġġi mingħajr tagħbijiet. Għandha għalhekk tiġi żviluppata bil-mod il-mod sistema ta' ċertifikazzjoni Ewropea għall-ħwienet tax-xogħol tal-manutenzjoni. |
|
(17) |
Il-kompetenzi vokazzjonali meħtieġa għas-sewwieqa tat-trenijiet huma fattur maġġuri kemm fis-sigurtà u kemm fl-interoperabbiltà fl-Ewropa. Huma wkoll prekondizzjoni għall-moviment ħieles tal-ħaddiema fl-industrija tal-ferroviji. Din il-kwistjoni għandha tiġi megħluba rigward il-qafas eżistenti għad-djalogu soċjali. L-Aġenzija għandha tipprovdi l-appoġġ tekniku meħtieġ sabiex tqis dan l-aspett fil-livell Ewropew. |
|
(18) |
Ir-reġistrazzjoni hija l-ewwel att ta' konoxximent u l-aktar importanti rigward il-kapaċità tal-magni u l-vaguni tal-ferroviji meħuda flimkien taħt kondizzjonijiet speċifiċi, Ir-reġistrazzjoni għandha tkun trasparenti u mhux diskriminatorja u taqa' taħt il-kompetenza ta' l-awtoritajiet pubbliċi. L-Aġenzija għandha tippovdi l-appoġġ tekniku sabiex tistabbilixxi sistema għar-reġistrazzjoni. |
|
(19) |
Għalbiex tiġi żgurata l-akbar trasparenza possibbli u l-aċċess indaqs għall-partijiet kollha rigward it-tagħrif rilevanti, id-dokumenti previsiti għall-proċess ta' l-interoperabbiltà għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku. L-istess japplika għal-liċenzji u ċ-ċertifikati tas-sigurtà. L-Aġenzija għandha tipprovdi mezz effiċjenti għall-iskambju ta' dan it-tagħrif. |
|
(20) |
Il-promozzjoni ta' l-innovazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u l-interoperabbiltà tal-ferroviji hija kompitu importanti li l-Aġenzija għandha tinkoraġġixxi. Kull assistenza finanzjarja pprovvduta fil-qafas ta' l-attivitajiet ta l-Aġenzija f'dan ir-rigward ma għandha twassal għall-ebda tagħwiġ fis-suq rilevanti. |
|
(21) |
Għalbiex twettaq ix-xogħol tal-kompiti tagħha sewwa, l-Aġenzija għandha jkollha l-personalità legali u l-estimi finanzjarji awtonomi ffinanzjati prinċipalment permess ta' kontribuzzjoni mill-Komunità. Sabiex tiġi żgurata l-indipendenza fil-ġestjoni tagħha ta' kuljum u fl-opinjoni tar-rakkommandazzjonijiet li toħroġ, id-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija għandu jkollu r-responsabbiltà sħiħa u l-personal ta' l-Aġenzija għandu jkun indipendenti. |
|
(22) |
Sabiex jiżguraw b'mod effettiv it-twettiq tal-funzjonijiet ta' l-Aġenzija, l-Istati Membri u l-Komunità għandhom ikunu rrappreżentati fuq Bord Amministrattiv mogħti l-poteri meħtieġa għalbiex jistabbilixxi l-estimi finanzjarji, jivverifika l-eżekuzzjoni tagħhom, jaddotta r-regoli finanzjarji proprji, jistabbilixxi proċeduri trasparenti tax-xogħol meta jsiru d-deċiżjoniet mill-Aġenzija, japprova l-programm tagħha tax-xogħol, jaddotta l-estimi fnanzjarji, jiddefinxxi politika għall-viżti mill-Istati Membri u jaħtar id-Direttur Eżekuttiv. |
|
(23) |
Sabiex jiggarantixxu t-trasparenza fid-deċiżjonijiet, ir-rappreżentanti tas-setturi interessati għandhom jattendu d-deliberazzjonijiet tiegħu, imma mingħajr id-dritt tal-vot, billi dan huwa dritt irriservat għar-rappreżentanti ta' l-awtoritajiet pubbliċi li huma responsabbli lejn l-awtoritajiet demokratiċi tal-kontroll. Ir-rappreżentanti tas-settur il-ġdid għandhom jiġu maħtura mill-Kummissjoni fuq il-bażi tar-rappreżentanti tagħhom fil-livell Ewropew għall-impriżi tal-ferroviji, l-amministraturi ta' l-infrastruttura, l-industrija tal-ferroviji, l-għaqiet tal-ħaddiema, tal-passiġġieri u tal-klijenti tal-merkanzija bit-trasport. |
|
(24) |
Ix-xogħol ta' l-Aġenzija għandu jkun trasparenti. Għandu jiġi żgurat il-kontroll efettiv mill-Parlament Ewropew u, għal dan il-fini, il-Parlament Ewropew għandu jkollu l-possibbiltà li jisma' lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija. L-Aġenzija għandha wkoll tapplika l-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti li tirrigwarda l-aċċess pubbliku għad-dokumenti. |
|
(25) |
Matul is-snin li għaddew, hekk kif inħolqu aktar aġenziji ddeċentralizzati, l-awtorità ta' l-estimi finanzjarji fittxet li ttejjeb it-trasparenza u l-kontroll fuq il-ġestjoni tal-finanzjament Komunitarju allokat lilhom, b'mod partikulari dak li jirrigwarda d-dħul tal-piżijiet fl-estimi ġenerali, il-kontroll finanzjarju, is-setgħa tas-sensja, il-kontribuzjoniiet għall-iskemi tal-pensjoni u l-proċedura interna ta' l-estimi finanzjarji (il-kodiċi tal-kondotta). F'manjiera simili, ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 li jirrigwarda l-investigazzjonijiet kondotti mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (l-OLAF) ( 12 ) għandu japplika għall-Aġenzija mingħajr restrizzjonijiet, li għandu jaċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Komunitajiet Ewropej li jirrigwarda l-ivestigazzjonijiet interni ta' l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi ( 13 ). |
|
(26) |
Ġaladarba l-għanijiet ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri li jiġi stabbilit korp speċjalizzat għalbiex jifformula soluzzjonijiet komuni rigward materji li jirrigwardaw is-sigurtà u l-interoperabbiltà tal-ferroviji ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba n-natura konġunta tax-xogħol li jrid isir, u għalhekk jista' jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' taddotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif iddikjarat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif iddikjarat f'dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hemm minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawn il-għanijiet, |
ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Il-KAPITLU 1
IL-PRINĊIPJI
Artikolu 1
L-Istabbiliment u l-għanijiet ta' l-Aġenzija
Dan ir-Regolament jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji, minn issa 'l quddiem imsejħa “l-Aġenzija”.
Il-għan ta' l-Aġenzija għandu jkun li tikkontribwixxi, f'materji tekniċi, għall-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja mmirata li ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tas-settur ferrovjarju billi ttejjeb il-livell ta' l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-ferroviji u tiżviluppa avviċinament komuni għas-sigurtà fuq is-sistema Ewropea tal-ferroviji, sabiex tikkonbtribwixxi għall-ħolqien ta' żona Ewropea tal-ferroviji mingħajr fruntieri u tiggarantixxi livell għoli ta' sigurtà.
Meta ssegwi dawn il-għanijiet, l-Aġenzija għandha tqis bis-sħiħ il-proċess tat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea u l-kostrizzjonijiet speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mar-rabtiet fil-ferroviji ma' pajjiżi terzi.
L-Aġenzija għandu jkollha r-responsabiltà waħdiena fil-kuntest tal-funzjonijiet u tal-poteri assenjati liha.
Artikolu 2
It-tip ta' azzjonijiet ta' l-Aġenzija
L-Aġenzija tista':
(a) tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 6,7, 9b, 12, 14, 16, 16a, 16b, 16c, 17 u 18; u
(b) tagħti opinjonijiet lill-Kummissjoni skond l-Artikoli 9a, 10, 13 u 15, u lill-awtoritajiet konċernati fl-Istati Membri skond l-Artikolu 10.
Artikolu 3
Il-kompożizzjoni tal-gruppi tax-xogħol
►M1 1. Għat-tfassil tar-rakkomandazzjonijiet previsti fl-Artikoli 6, 7, 9b, 12, 14, 16, 17 u 18 l-Aġenzija għandha tistabbilixxi numru limitat ta' gruppi ta' ħidma. ◄ Dawn il-gruppi tax-xogħol għandhom jieħdu bħala bażi, minn banda waħda, il-kompetenza mibnija mill-professjonisti fis-settur ferrovjarju, b'mod partikulari l-esperjenza miksuba mill-Assoċjazzjoni ta' l-Interoperabbiltà tal-Ferroviji (l-AEIF), u, mill-banda l-oħra, il-kompetenza ta' l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. L-Aġenzija għandha tiżgura illi l-gruppi tagħha tax-xogħol ikunu kompetenti u rappreżentattivi u li jinkludu rappreżentanza adegwata ta' dawk is-setturi fl-industrija u ta' dawk l-utenti li jiġu affettwati bil-miżuri li jistgħu jiġu proposti mill-Kummissjoni fuq il-bażi tar-rakkommandazzjonijiet indirizzati lilha mill-Aġenzija. Ix-xogħol tal-gruppi tax-xogħol għandu jkun trasparenti.
Kulmeta x-xogħol ipprovvdut fl-Artikli 6, 12, 16 u 17 ikollu impatt dirett fuq il-kondizzjonijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fl-industrija, ir-rappreżentanti mill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema għandhom jipparteċipaw fil-gruppi rilevanti tax-xogħol.
2. L-Aġenzija għandha tibgħat il-programm addottat tax-xogħol lill-korpi rappeżentattivi mis-settur tal-ferroviji li jaġixxu f'livell Ewropew. Il-lista ta' dawn il-korpi għandha tiġi mfassla mill-Kumitat riferit fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 96/48/KE. Kull korp u/jew grupp ta' korpi għandhom jibagħtu lill-Aġenzija lista ta' l-esperti l-aktar ikkwalifikati mandati għalbiex jirrappreżentawhom f'kull grupp tax-xogħol.
3. L-awtoritajiet nazzjonali ta' sigurtà definiti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva tas-Sigurtà tal-Linji tal-Ferrovija, jew, skond is-suġġett, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, għandhom jaħtru r-rappreżentanti tagħhom għall-gruppi ta' ħidma li jixtiequ jieħdu sehem fihom.
4. L-Aġenzija tista', jekk meħtieġ, iżżid mal-gruppi tax-xogħol esperti indipendenti rikonoxxuti bħala kompetenti fil-kamp interessat,
5. Il-gruppi tax-xogħol għandhom jiġu ppresjeduti minn rappreżentant ta' l-Aġenzija.
Artikolu 4
Il-Konsultazzjonijiet tas-sieħba soċjali
Kulmeta x-xogħol ipprovdut fl-Artikli 6, 7, 12, 16 u 17 ikollu impatt dirett fuq l-ambjent soċjali jew il-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fl-industrija, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lis-sieħba soċjali fil-qafas tal-kumitat tad-djalogu settorjali stabbilit skond id-Deċiżjoni 98/500/KE ( 14 ).
Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru qabel ma l-Aġenzija tissottometti r-rakkommandazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tqis dawn il-konsultazzjonijiet kif mistħoqq, u għandha tkun disponibbli fil-ħinijiet kollha għalbiex tispjega dawn ir-rakkommandazzjonijiet. L-opinjonijiet espressi mill-kumitat tad-djalogu settorjali għandhom jintbagħtu mill-Aġenzija lill-Kummissjoni u mill-Kummissjoni lill-kumitat riferit fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 96/48/KE.
Artikolu 5
Il-Konsultazzjoni mal-klijenti tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u mal-passiġġieri
Kulmeta x-xogħol ipprovvdut fl-Artikli minn 6 sa 12 ikollu impatt dirett fuq il-klijenti tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u fuq il-passiġġieri, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom. Il-lista ta' l-organizzazzjonijiet li jridu jiġu kkonsultatii għandha tiġi mfassla mill-kumitat riferit fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 96/48/KE.
Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru qabel ma l-Aġenzija tissottometti l-proposti tagħha lill-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tqis dawn il-konsultazzjonijiet kif mistħoqq, u għandha tkun disponibbli fil-ħinijiet kollha għalbiex tispjega r-rakkommandazzjonijiet tagħha. L-opinjonijiet espressi mill-organizzazzjonijiet interessati għandhom jintbagħtu mill-Aġenzija lill-Kummissjoni u mill-Kummissjoni lill-kumitat riferit fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 96/48/KE.
Il-KAPITLU 2
IS-SIGURTÀ
Artikolu 6
L-appoġġ tekniku
1. L-Aġenzija għandha tirrakkommanda lill-Kummissjoni l-metodi komuni tas-sigurtà (CSMs) u l-miri komuni tas-sigurtà (CSTs) ipprovvduti fl-Artikli 6 u 7 tad-Direttiva dwar is-Sigurtà tal-Ferroviji.
2. L-Aġenzija għandha tirrakkommanda lill-Kummissjoni, fuq it-talba tal-Kummissjoni, jew tal-kumitat riferit fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 96.48/KE jew fuq l-inizjattiva tagħha nfisha, miżuri oħra fil-kamp tas-sigurtà.
3. L-Aġenzija tista' tipproponi kull rakkommandazzjoni approprjata lill-Kummissjoni matul il-perjodu transitorju taż-żmien qabel l-addozzjoni tas-CSTs, tas-CSMs u dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (TSIs), kif ukoll dwar il-materji li jinteressaw it-tagħmir u l-infrastruttura mhux koperti bit-TSIs. L-Aġenzija għandha tiżgura l-konsistenza bejn dawn ir-rakkommandazzjonijiet u t-TSIs diġà eżistenti jew li jkunu qegħdin jitfasslu.
4. L-Aġenzija għanda tippreżenta analiżi ddettaljat effettiv taħt il-profil tal-ġestjoni u ta' l-ispejjeż b'appoġġ għar-rakkommandazzjonijiet li hija tissottometti skond dan l-Artikolu.
5. L-Aġenzija għandha torganizza u tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà u l-korpi ta' l-investigazzjoni ddefiniti fl-Artikli 16 u 21 tad-Direttuva dwar is-Sigurtà tal-Ferroviji.
Artikolu 7
Iċ-Ċertifikati tas-sigurtà
Bil-ħsieb li jiġu applikati l-Artikolu 10 u 15 tad-Direttiva dwar is-Sigurtà tal-Ferroviji li tirrigwarda l-armonizzazzjoni taċ-ċertifikati tas-sigurtà, l-Aġenzija għandha tabbozza u tirrakkommanda format armonizzat taċ-ċerifikati tas-sigurtà, inkluża verżjoni elettronika, u format armonizzat għall-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati tas-sigurtà, inkluża lista tad-dettalji essenzali li jridu jiġu pprovvduti.
▼M1 —————
Artikolu 9
Il-Monitoraġġ tat-twettiq tax-xogħol ta' sigurtà
1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi network ma' l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mis-sigurtà u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-investigazzjonijiet ipprovvduti mid-Direttiva dwar is-Sigurtà tal-Ferroviji sabiex tiddefinixxi l-indikaturi komuni tas-sigurtà elenkati fl-Anness I ma' din id-Direttiva u għalbiex tiġbor l-informazzjoni rilevanti dwar is-sigurta tal-ferroviji.
2. Fuq il-bażi ta' l-indikaturi komuni tas-sigurtà, ir-rapporti nazzjonali dwar is-sigurtà u l-inċidenti u t-tagħrif tagħha nfisha, l-Aġenzija għandha tissottometti kull sentejn rapport dwar it-twettiq tax-xogħol ta' sigurtà, li għandu jintgħamel pubbliku. L-ewwel wieħed minn dawn ir-rapporti għandu jiġi ppubblikat matul it-tielet sena ta' l-operat ta' l-Aġenzija.
3. L-Aġenzija għandha tuża l-informazzjoni miġbura mill-Eurostat u għandha tikkoopera ma' l-Eurostat għalbiex tevita d-duplikazzjoni tax-xogħol u għalbiex tiżgura l-konsistenza metodoloġika bejn l-indikaturi komuni tas-sigurtà u l-indikaturi wżati f'modi oħra tat-trasport.
KAPITOLU 2a
REGOLI NAZZJONALI, AĊĊETTAZZJONI REĊIPROKA U OPINJONIJIET TEKNIĊI
Artikolu 9a
Regoli nazzjonali
1. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha twettaq eżami tekniku tar-regoli nazzjonali ġodda mibgħuta lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva tas-Sigurtà tal-Linji tal-Ferrovija jew l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-Interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (tfassil mill-ġdid) ( 15 ), (minn hawn 'il quddiem imsejjħa “id-Direttiva dwar l-Interoperabbiltà Ferrovjarja”).
2. L-Aġenzija għandha teżamina l-kompatibbiltà tar-regoli msemmija fil-paragrafu 1 mas-CSMs u mat-TSIs fis-seħħ. L-Aġenzija għandha wkoll teżamina jekk dawk ir-regoli jippermettux li jintlaħqu s-CSTs fis-seħħ.
3. Jekk, wara li tkun ħadet kont tar-raġunijiet mogħtija mill-Istati Membri, l-Aġenzija tikkunsidra li kwalunkwe minn dawn ir-regoli tkun jew inkompatibbli mat-TSIs jew is-CMSs jew ma tippermettix li jintlaħqu s-CSTs, hija għandha tippreżenta opinjoni lill-Kummissjoni xahrejn wara t-trasmissjoni tar-regoli lill-Aġenzija mill-Kummissjoni.
Artikolu 9b
Il-klassifikazzjoni tar-regoli nazzjonali
1. L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-aċċettazzjoni tal-vetturi mqegħda fis-servizz fi Stat Membru ieħor skond il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 4.
2. L-Aġenzija għandha, sad-19 ta' Jannar 2009 tirrevedi l-lista ta' parametri fit-taqsima 1 ta' l-Anness VII għad-Direttiva dwar l-Interoperabbiltà Ferrovjarja u tagħmel rakkomandazzjonijiet li hi tikkunsidra addati lill-Kummissjoni.
3. L-Aġenżija għandha tfassal abbozz għal dokument ta' referenza li jagħmel korrelazzjoni għar-regoli nazzjonali kollha applikati mill-Istati Membri għat-tqegħid ta' vetturi fis-servizz. Dan id-dokument għandu jkun fih ir-regoli nazzjonali ta' kull Stat Membru għal kull parametru elenkat fl-Anness VII tad-Direttiva dwar l-Interoperabbiltà Ferrovjarja u jispeċifika wkoll il-grupp imsemmi fit-Taqsima 2 ta' dak l-Anness li taħtu jaqgħu dawn ir-regoli. Dawn ir-regoli għandhom jinkludu dawk notifikati taħt l-Artikolu 17(3) tad- Direttiva dwar l-Interoperabbiltà Ferrovjarja, inklużi dawk notifikati wara l-adozzjoni tat-TSIs (każijiet speċifiċi, kwistjonijiet pendenti, derogi), u dawk notifikati taħt l-Artikolu 8 tad-Direttiva tas-Sigurtà tal-Linji tal-Ferrovija.
4. Bil-ħsieb li gradwalment jitnaqqsu r-regoli nazzjonali fil-Grupp B msemmi fit-Taqsima 2 ta' l-Anness VII tad-Direttiva dwar l-Interoperabbiltà Ferrovjarja, l-Aġenzija għandha regolarment tfassal abbozz biex jiġi aġġornat id-dokument ta' referenza u tibagħtu lill-Kummissjoni. L-ewwel verżjoni tad-dokument għandha tintbagħat lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 1 ta’ Jannar 2010.
5. Għall-fini ta' l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-Aġenzija għandha tagħmel użu mill-kooperazzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà stabbiliti taħt l-Artikolu 6(5) u tistabbilixxi grupp ta' ħidma skond il-prinċipji ta' l-Artikolu 3.
Artikolu 10
L-Opinjoniiet tekniċi
1. Il-korpi regolatorji nazzjonali riferiti fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14/KE jistgħu jitolbu opinjoni teknika mill-Aġenzija li tirrigwarda l-aspetti rrelatati mas-sigurtà tal-materji miġbuda għall-attenzjoni tagħhom.
2. Il-kumitati pprovvduti fl-Artikolu 35 tad-Direttiva 2001/14/KE u l-Artikolu 11a tad-Direttiva 91/440/KEE jistgħu jitolbu opinjoni teknika mill-Aġenzija li tirrigwarda aspetti rrelatati mas-sigurtà fiż-żoni rispettivi tal-kompetenza tagħhom.
2a. L-Aġenzija tista' tintalab li tipprovdi opinjonijiet tekniċi:
(a) minn awtorità tas-sigurtà nazzjonali jew mill-Kummissjoni, dwar l-ekwivalenza ta' regoli nazzjonali għal parametru wieħed jew aktar elenkati fit-Taqsima 1 ta' l-Anness VII għad-Direttiva dwar l-Interoperabbiltà Ferrovjarja;
(b) mill-korp ta' appell kompetenti imsemmi fl-Artikolu 21(7) tad-Direttiva dwar l-Interoperabbiltà Ferrovjarja, fil-każ ta' deċiżjoni minn awtorità tas-sigurtà nazzjonali kompetenti li tirrifjuta t-tqegħid fis-servizz ta' vettura ferrovjarja.
2b. L-Aġenzija tista' tintalab mill-Kummissjoni li tipprovdi opinjonijiet tekniċi dwar modifiki urġenti għat-TSIs, skond l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva dwar l-Interoperabbiltà Ferrovjarja.
3. L-Aġenzija għandha tagħti l-opinjoni tagħha fi żmien xahrejn. Din l-opinjoni għandha tkun magħmula pubblika mill-Aġenzija f'verżjoni li minnha jkun ġie mneħħi kull materjal kummerċjali kunfidenzali.
▼M1 —————
Il-KAPITLU 3
L-INTEROPERABBILTÀ
Artikolu 12
L-Appoġġ tekniku pprovvdut mill-Aġenzija
L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' l-interoperabbiltà tal-ferroviji skond il-prinċipji u d-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi 96/45/KE u 2001/15/KE.
Għal dan il-fini, l-Aġenzija għandha:
(a) torganizza u tikkonduċi, fuq mandat mill-Kummissjoni, ix-xogħol tal-gruppi tax-xogħol riferiti fl-Artiklu 3 dwar l-abbozzament tat-TSIs u tibgħat l-abbozzi tat-TSIs lil Kummissjoni;
(b) tiżgura illi l-TSIs jiġu addattati għall-progress tekniku u x-xejriet tas-suq u għall-ħtiġiet soċjali u tipproponi lill-Kummissjoni l-emendi għat-TSIs li tikkunsidra meħtieġa;
(ċ) tiżgura l-kordinament bejn l-iżvilupp u l-aġġornament tat-TSIs minn banda waħda l-iżvilupp ta' l-istandards Ewropej li jiġu ppruvati meħtieġa għall-interoperabbiltà mill-banda l-oħra u żżomm il-kuntatti rilevanti mal-korpi Ewropej ta' l-istandardizzazzjoni;
(d) tgħin lill-Kummissjoni li torganizza u tiffaċilita l-kooperazzjoni tal-korpi nnotifikati kif deskritti fl-Artikolu 20(5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE;
(e) tagħti pariri u tindirizza rakkommandazzjonijiet lill-Kummissjoni li jkollhom x'jaqsmu mal-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-personal kollu li jwettaq kompiti kritiċi tas-sigurtà.
Artikolu 13
Korpi notifikati
1. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ta' l-Istati Membri għall-korpi notifikati li huma jaħtru, l-Aġenzija tista', fuq talba tal-Kummissjoni, tissorvelja l-kwalità tal-ħidma ta' dawk il-korpi. L-Aġenzija għandha tippreżenta opinjoni lill-Kummissjoni fejn xieraq.
2. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ta' l-Istati Membri, l-Aġenzija għandha, fuq talba tal-Kummissjoni meta hija, skond l-Artikolu 28(4) tad-Direttiva dwar l-Interoperabbiltà Ferrovjarja, tikkunsidra li korp notifikat ma jilħaqx l-kriterji msemmijin fl-Anness VIII għal dik id-Direttiva, tivverifika biex tiżgura li dawk il-kriterji jintlaħqu. L-Aġenzija għandha toħroġ opinjoni lill-Kummissjoni.
Artikolu 14
Il-Monitoraġġ ta' l-interoperabbiltà
1. Fuq it-talba tal-Kummisjoni, l-Aġenzija għandha tirrakkommanda l-proċeduri sabiex tiġi implimentata l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-ferroviji billi tiffaċilita l-kordinament bejn l-impriżi tal-ferroviji u bejn l-amministraturi ta' l-infrastruttura, b'mod partikulari, li torganizza sistemi tal-migrazzjoni.
2. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-progress fl-interoperabbiltà tas-sistemi tal-ferroviji. Kull sentejn għandha tippreżenta u tippubblika rapport dwar il-progress fl-interoperabbiltà. L-ewwel wieħed minn dawn ir-rapporti għandu jiġi ppubblikat matul it-tieni sena ta' attività ta' l-Aġenzija.
Artikolu 15
Interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja Komunitarja
Mingħajr preġudizzju għad-derogi previsti mill-Artikolu 9 tad-Direttiva dwar l-Interoperabbiltà Ferrovjarja, fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha teżamina, mill-perspettiva ta' l-interoperabbiltà, kwalunkwe proġett li jinvolvi t-tfassil u/jew il-bini jew it-tiġdid jew it-titjib tas-sottosistema li għalih tkun saret applikazzjoni għal għajnuna finanzjarja Komunitarja. F'perijodu li għandu jkun miftiehem mal-Kummissjoni skond l-importanza tal-proġett u r-riżorsi disponibbli u li ma jistax jestendi aktar minn xahrejn, l-Aġenzija għandha tagħti opinjoni dwar jekk il-proġett huwiex konformi mat-TSIs rilevanti.
KAPITOLU 3a
MANUTENZJONI TA' VETTURI
Artikolu 16
Iċ-Ċertifikazzjoni tal-ħwienet tax-xogħol tal-manutenzjoni
Fi żmien tliet snin mill-attivitajiet tagħha, l-Aġenzija għandha tiżviluppa sistema Ewropea għaċ-ċertifikazzjoni tal-ħwienet tax-xogħol għall-manutenzjoni tal-magni u l-vaguni tat-trenijiet u għandha tagħmel rakkommandazzjonijiet bil-ħsieb li timplimenta s-sistema.
Dawn ir-rakkommandazzjonijiet għandhom jindirizzaw b'mod partikulari l-ħaġiet li ġejjin:
— is-sistema strutturata tal-ġestjoni,
— il-personal bil-kompetenzi meħtieġa,
— il-faċilitajiet u l-għodda,
— id-dokumentazzjoni teknika u l-preskrizzjonijiet tal-manutenzjoni.
Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mar-responsabbilitajiet diġà allokati lill-impriżi ferrovjarji kif previst fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tas-Sigurtà tal-Linji tal-Ferrovija u l-entità responsabbli mill-manutenzjoni kif previst fl-Artikolu 14a ta' dik id-Direttiva, u għandhom jieħdu kont sħiħ tal-mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni ta' impriżi ferrovjarji u entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni.
Artikolu 16a
Ċertifikazzjoni ta' entitajiet responsabbli għall-manutenzjoni
1. Sa 1 ta’ Lulju 2010, l-Aġenzija għandha tibgħat lill-Kummissjoni rakkomandazzjoni bil-ħsieb ta' l-implimentazzjoni tas-sistema ta' ċertifikazzjoni ta’ entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni skond l-Artikolu 14a(5) tad-Direttiva tas-Sigurtà tal-Linji tal-Ferrovija.
Il-valutazzjoni u r-rakkomandazzjoni ta' l-Aġenzija għandhom b'mod partikolari jkopru l-aspetti li ġejjin b'kont debitu meħud tar-rabtiet li entità responsabbli mill-manutenzjoni jista' jkollha ma' partijiet oħrajn bħal sidien ta' vetturi, impriżi ferrovjarji u amministraturi ta' l-infrastruttura:
(a) jekk l-entità responsabbli mill-manutenzjoni għandhiex fis-seħħ is-sistemi adegwati, inklużi l-proċessi operattivi u ta' ġestjoni, biex tkun żgurata l-manutenzjoni effettiva u sikura tal-vetturi;
(b) il-kontenut u l-ispeċifikazzjonijiet ta' sistema ta' ċertifikazzjoni adattata għall-manutenzjoni tal-vaguni;
(c) it-tip ta' korpi kompetenti għaċ-ċertifikazzjoni u r-rekwiżiti li għandhom jiġu imposti fuq entitajiet bħal dawn;
(d) il-format u l-validità taċ-ċertifikati li għandhom jitqassmu lill-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni;
(e) l-ispezzjonijiet u l-kontrolli tekniċi u operattivi.
2. Fi żmien tliet snin mill-adozzjoni mill-Kummissjoni tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni ta’ manutenzjoni msemmija fl-Artikolu 14a(5) tad-Direttiva tas-Sigurtà tal-Linji tal-Ferrovija, l-Aġenzija għandha tibgħat rapport lill-Kummissjoni li jevalwa l-implimentazzjoni ta’ sistema bħal din. Sa l-istess data, l-Aġenzija għandha tibgħat ukoll rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni bl-għan li tiddefinixxi l-kontenut u l-ispeċifikazzjonijiet ta' sistema ta' ċertifikazzjoni simili fil-każ ta’ entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni ta’ vetturi oħra, bħal-lokomotivi, karozzi tal-passiġġieri, unitajiet multipli elettriċi u unitajiet multipli tad-diesel.
3. L-Aġenzija għandha teżamina miżuri alternattivi li ġew deċiżi skond l-Artikolu 14a(8) tad-Direttiva tas-Sigurtà tal-Linji Ferrovjarji fil-kuntest tar-rapport tagħha dwar il-prestazzjoni ta’ sigurtà msemmija fl-Artikolu 9(2) ta’ dan ir-Regolament.
KAPITOLU 3b
PERSUNAL FERROVJARJU
Artikolu16b
Sewwieqa tal-ferroviji
1. Rigward kwistjonijiet marbutin mad-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunita' ( 16 ) (minn hawn 'il quddiem imsejħa “d-Direttiva tas-Sewwieqa tal-Ferrovija”) l-Aġenzija għandha:
(a) tipprepara abbozz ta' mudell Komunitarju għal-liċenzja, iċ-ċertifikat u l-kopja awtentika taċ-ċertifikat, il-karatteristiċi fiżiċi tagħhom, waqt li tieħu kont fihom tal-miżuri kontra l-falsifikazzjoni;
(b) tikkoopera ma' l-awtoritajiet kompetenti biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tar-reġistri għal-liċenzji u ċ-ċertifikati ta' sewwieqa tal-ferroviji. Għal dan il-għan l-Aġenzija għandha tipprepara abbozz dwar il-paramentri bażiċi tar-reġistri li għandhom jiġu stabbiliti, bħad-data li għandha tiġi rreġistrata, il-format tagħhom u l-protokoll dwar skambju tad-data, id-drittijiet ta' aċċess, it-tul ta' żmien għaż-żamma tad-data u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f'każijiet ta' falliment;
(c) tipprepara abbozz ta' kriterji Komunitarji dwar l-għażla ta' eżaminaturi u eżamijiet;
(d) tevalwa l-iżvilupp taċ-ċertifikazzjoni ta' sewwieqa tal-ferroviji billi tippreżenta lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mimm erba' snin wara l-adozzjoni tal-parametri bażiċi tar-reġistri, kif previst fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva tas-Sewwieqa tal-Ferrovija, rapport li jkun fih, fejn xieraq, titjib li għandu jsir fis-sistema u l-miżuri rigward l-eżami teoretiku u prattiku ta' l-għarfien professjonali ta' l-applikanti għaċ-ċertifikat armonizzat għal materjal bir-roti u l-infrastruttura rilevanti;
(e) sa' l-4 ta' Diċembru 2012, teżamina l-possibbiltà ta' l-użu ta' smartcard li tikkombina l-liċenzja u ċ-ċertifikati previsti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tas-Sewwieqa tal-Ferrovija, u għandha tipprepara analiżi ta' spejjeż/benefiċċji tagħha. L-Aġenzija għandha tipprepara abbozz għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operattivi għal tali smartcard;
(f) tassisti l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tas-Sewwieqa tal-Ferrovija u torganizza laqgħat xierqa ma' rappreżentanti ta' l-awtoritajiet kompetenti;
(g) jekk tintalab mill-Kummissjoni, twettaq analiżi ta' spejjeż/benefiċċji ta' l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tas-Sewwieqa tal-Ferrovija għal sewwieqa tal-ferroviji li joperaw esklussivament fit-territorju ta' l-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba. L-analiżi ta' spejjeż/benefiċċji għandha tkopri perijodu ta' għaxar snin. Din l-analiżi ta' spejjeż/benefiċċji għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni fi żmien sentejn mill-istabbiliment tar-reġistri skont il-punt 1 ta' l-Artikolu 37 tad-Direttiva tas-Sewwieqa tal-Ferrovija;
(h) jekk tintalab mill-Kummissjoni, twettaq analiżi ta' l-ispejjeż/benefiċċji li għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 12-il xahar qabel jiskadi l-perijodu ta' l-eżenzjoni temporanja li possibilment ikun ingħata mill-Kummissjoni;
(i) tiżgura li s-sistema stabbilita taħt il-paragrafu 2(a) u (b) ta' l-Artikolu 22 tad-Direttiva tas-Sewwieqa tal-Ferrovija tkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data ( 17 ).
2. Rigward kwistjonijiet marbutin mad-Direttiva tas-Sewwieqa tal-Ferrovija, l-Aġenzija għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar:
(a) modifika tal-Kodiċijiet Komunitarji għat-tipi differenti fil-kategoriji A u B kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva tas-Sewwieqa tal-Ferrovija;
(b) il-kodiċijiet jirriflettu informazzjoni addizzjonali, jew restrizzjonijiet mediċi għall-użu imposti minn awtoritajiet kompetenti skond l-Anness II tad-Direttiva tas-Sewwieqa tal-Ferrovija.
3. L-Aġenzija tista' tagħmel talba motivata lill-awtoritajiet kompetenti għal informazzjoni dwar l-istatus ta' liċenżji tas-sewwieqa tal-ferroviji.
Artikolu 16c
Persunal ieħor abbord
Skond l-Artikolu 28 tad-Direttiva tas-Sewwieqa tal-Ferrovija, l-Aġenzija għandha, f'rapport li għandu jiġi ppreżentat sa' l-4 ta' Ġunju 2009, u b'kont meħud tat-TSI dwar il-ġestjoni ta' l-operar u t-traffiku żviluppata taħt id-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE, tidentifika l-profil u l-kompiti ta' membri oħrajn ta' l-ekwipaġġ li jwettqu kompiti kritiċi ta' sigurtà li l-kwalifiki professjonali tagħhom jikkontribwixxu skond il-każ għas-sigurtà ferrovjarja li għandha tkun regolata fil-livell Komunitarju permezz ta' sistema ta' liċenzji u/jew ċertifikati li tista' tkun simili għas-sistema stabbilita bid-Direttiva tas-Sewwieqa tal-Ferrovija.
Artikolu 17
Kompetenzi u taħriġ professjonali
1. L-Aġenzija għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar l-ispeċifikar ta' kriterji komuni biex jiġu definiti l-kompetenzi professjonali u għall-valutazzjoni tal-persunal involut fl-operar u l-manutenzjoni tas-sistema ferrovjarja iżda mhux koperti mill-Artikoli 16b u 16c.
2. L-Aġenzija għandha tfassal rakkommandzzjonijiet bil-ħsieb li tqiegħed f'postha l-akkreditazzjoni taċ-ċentri tat-taħriġ.
3. L-Aġenzija għandha tippromwovi u tappoġġja l-iskambji tas-sewwieqa u ta' dawk li jħarrġu bejn il-kumpaniji minn Stati Membri differenti.
KAPITOLU 3c
REĠISTRI U ĠABRA TA' DATA PUBBLIKA TA' L-AĠENZIJA
Artikolu 18
Reġistri
1. L-Aġenzija għandha tfassal u tirrakkomanda lill-Kummissjoni speċifikazzjonijiet komuni għal:
(a) ir-reġistri nazzjonali dwar il-vetturi skond l-Artikolu 33 tad-Direttiva dwar l-Interoperabbiltà Ferrovjarja, inklużi l-arranġamenti għall-iskambju tad-data u formula standard ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni;
(b) ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta' vetturi awtorizzati skond l-Artikolu 34 tad-Direttiva dwar l-Interoperabbiltà Ferrovjarja, inklużi l-arranġamenti għall-iskambju tad-data ma' l-awtoritajiet nazzjonali ta' sigurtà;
(c) ir-reġistru ta' infrastruttura skond l-Artikolu 35 tad-Direttiva dwar l-Interoperabbiltà Ferrovjarja.
2. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru ta' tipi ta' vetturi ferrovjarji awtorizzati mill-Istati Membri għat-tqegħid fis-servizz fin-netwerk ferrovjarju fil-Komunità, skond l-Artikolu 34 tad-Direttiva dwar l-Interoperabbiltà Ferrovjarja. L-Aġenzija għandha wkoll tipprepara abbozz għall-mudell ta' dikjarazzjoni ta' konformità għat-tip, skond l-Artikolu 26(4) ta' dik id-Direttiva.
Artikolu 19
Aċċessibbiltà għal dokumenti u reġistri
1. L-Aġenzija għandha pubblikament tagħmel aċċessibbli d-dokumenti u r-reġistri li ġejjin previsti fid-Direttiva dwar l-Interoperabbiltà Ferrovjarja u d-Direttiva tas-Sigurtà tal-Linji tal-Ferrovija:
(a) id-dikjarazzjonijiet KE ta' verifika tas-sottosistemi;
(b) id-dikjarazzjonijiet KE ta' konformità tal-kostitwenti disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà;
(c) il-liċenzji maħruġa skond id-Direttiva 95/18/KE;
(d) iċ-ċertifikati ta' sigurtà maħruġa skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva tas-Sigurtà tal-Linji tal-Ferrovija;
(e) ir-rapporti ta' investigazzjoni mibgħuta lill-Aġenzija skond l-Artikolu 24 tad-Direttiva tas-Sigurtà tal-Linji tal-Ferrovija;
(f) ir-regoli nazzjonali notifikati lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva tas-Sigurtà tal-Linji tal-Ferrovija u l-Artikoli 5(6) u 17(3) tad-Direttiva dwar l-Interoperabbiltà Ferrovjarja;
(g) kollegament għar-reġistri nazzjonali dwar il-vetturi;
(h) kollegament għar-reġistri ta' infrastruttura;
(i) ir-reġistru Ewropew ta' tipi ta' vetturi awtorizzati;
(j) ir-reġistru ta' talbiet għal bidliet u bidliet ippjanati għall-ispeċifikazzjonijiet ta' l-ERTMS;
(k) ir-reġistru ta' marki tas-sidien tal-vetturi miżmuma mill-Aġenzija skond it-TSI dwar il-ġestjoni ta' l-operat u t-traffiku.
2. L-arranġamenti prattiċi biex jintbagħtu d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu diskussi u maqbula mill-Istati Membri u l-Kummissjoni abbażi ta' abbozz imħejji mill-Aġenzija.
3. Meta jintbagħtu d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1, il-korpi konċernati jistgħu jindikaw liema dokumenti m'għandhomx jiġu żvelati lill-pubbliku għal raġunijiet ta' sigurtà.
4. L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-ħruġ tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1(c) u (d) għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija fi żmien xahar minn kull deċiżjoni individwali biex dawn jinħarġu, jiġġeddu, jiġu emendati jew revokati.
5. L-Aġenzija tista' żżid ma' din il-ġabra ta' data pubblika kwalunkwe dokument pubbliku jew kollegament rilevanti għall-objettivi ta' dan ir-Regolament.
Il-KAPITLU 4
KOMPITI SPEĊJALI
Artikolu 20
L-Istudji
Meta meħtieġa għalbiex jiġu implimentati l-kompiti ffissati b'dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha tordna studji, iffinanzjati mill-estimi finanzjarji tagħha. L-Artikolu 21
Artikolu 21
Il-Promozzjoni ta' l-innovazzjoni
Il-Kummissjoni tista' tafda f'idejn l-Aġenzija, skond il-programm tax-xogħol ta' l-Aġenzija u l-estimi finanzjarji, il-kompitu li tippromwovi innovazzjonjiet immirati lejn it-titjib ta' l-interoperabbiltà u s-sigurtà tal-ferroviji, b'mod partikulari l-użu tal-teknoloġiji l-ġodda ta' l-informatika u s-sistemi tas-segwiment u tat-traċċjar.
Artikolu 21a
ERTMS
1. L-Aġenzija flimkien mal-Kummissjoni, għandha tassumi l-kompiti mniżżlin fil-paragrafi 2 sa 5 bil-ħsieb li.
(a) tiżgura żvilupp koerenti ta' l-ERTMS;
(b) tikkontribwixxi għall-konformità tat-tagħmir ta’ l-ERTMS kif implimentat fl-Istati Membri bl-ispeċifikazzjonijiet li jkunu fis-seħħ.
2. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi proċedura għall-ġestjoni tat-talbiet għal bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sistema ERTMS. Għal dan il-għan, reġistru ta' talbiet għal bidliet u bidliet ippjanati għall-ispeċifikazzjonijiet ERTMS għandu jiġi stabbilit u miżmum mill-Aġenzija.
L-Aġenzija għandha tirrakkomanda l-adozzjoni ta’ verżjoni ġdida biss meta l-verżjoni preċedenti tkun intużat b’rata suffiċjenti. L-iżvilupp ta’ verżjonijiet ġodda ma għandux ikun ta’ detriment għar-rata ta’ użu ta’ l-ERTMS, għall-istabilità ta’ l-ispeċifikazzjonijiet li hija meħtieġa għall-ottimizzazzjoni tal-produzzjoni tat-tagħmir ta' l-ERTMS, għad-dħul mill-investiment għall-impriżi ferrovjarji u għall-ippjanar effiċjenti ta' l-użu ta' l-ERTMS.
3. L-Aġenzija għandha tappoġġa l-isforzi tal-Kummissjoni fl-iżvilupp ta’ pjan ta’ l-UE għall-użu ta’ l-ERTMS kif ukoll fil-koordinazzjoni ta' l-installazzjoni ta' l-ERTMS matul il-kurituri tat-trasport trans-Ewropej.
4. L-Aġenzija għandha tiżviluppa strateġija għall-ġestjoni tal-verżjonijiet differenti ta' l-ERTMS, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-kompatibbiltà teknika u operattiva bejn netwerks u vetturi mgħammra b'verżjonijiet differenti u li jiġu provduti inċentivi għall-implimentazzjoni mgħaġġla tal-verżjoni li tkun fis-seħħ u ta’ verżjonijiet iktar ġodda possibbli.
Skond l-Artikolu 6(9) tad-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja, l-Aġenzija għandha tiżgura li verżjonijiet suċċessivi tat-tagħmir ta’ l-ERTMS jkunu kompatibbli b'mod retrospettiv, mill-verżjoni adottata mill-Kummissjoni fit-23 ta’ April 2008 'il quddiem.
Rigward it-tagħmir ta’ l-ERTMS li kien introdott qabel it-23 ta’ April 2008 jew li l-installazzjoni jew l-aġġornar tiegħu kien fi stadju avvanzat f’dik id-data, l-Aġenzija għandha tħejji rapport ta’ evalwazzjoni li għandu jidentifika:
(a) l-ispejjeż addizzjonali li għandhom jitħallsu minn implimentaturi bikrija bħala konsegwenza ta’ l-introduzzjoni tal-verżjoni adottata mill-Kummissjoni fit-23 ta’ April 2008;
(b) il-mekkaniżmi possibbli kollha, inklużi dawk finanzjarji, li jappoġġjaw il-migrazzjoni mill-verżjonijiet preċedenti għall-verżjoni li hemm referenza għaliha fil-punt (a).
Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa fi żmien sena mid-data li fiha tkun irċeviet ir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ l-Aġenzija.
5. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tippresiedi grupp ta’ ħidma ad hoc ta’ entitajiet notifikati bl-għan li jkun ivverifikat li l-proċeduri KE ta’ verifikazzjoni mwettqa mill-entitajiet notifikati fil-kuntest ta’ proġetti speċifiċi ta’ l-ERTMS ikunu applikati b’mod konsistenti. L-Aġenzija għandha tikkopera wkoll ma’ l-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà bl-għan li tivverifika li l-proċeduri għall-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ikunu applikati b’mod konsistenti. Meta l-Aġenzija ssib li hemm sogru ta’ nuqqas ta’ kompatibilità teknika u operazzjonali bejn in-netwerks u l-vetturi mgħammra b’tagħmir li jkun suġġett għal dawn il-proċeduri, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni li għandha tieħu l-miżuri xierqa.
6. F'każ li joħorġu inkompatibilitajiet tekniċi bejn netwerks u vetturi fil-kuntest ta' proġetti ERTMS speċifiċi, korpi notifikati u awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà għandhom jiżguraw li l-Aġenżija tkun tista' tikseb kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar il-proċeduri applikati għal verifika “KE” u t-tqegħid fis-servizz kif ukoll dwar il-kondizzjonijiet operattivi. Jekk meħtieġ, l-Aġenzija għandha tirrikkomanda lill-Kummissjoni miżuri xierqa.
7. L-Aġenzija għandha tevalwa l-proċess ta’ ċertifikazzjoni tat-tagħmir ta’ l-ERTMS billi tressaq quddiem il-Kummissjoni sa 1 ta’ Jannar 2011 rapport li jkun fih, fejn xieraq, rakkomandazzjonijiet għal titjib li jrid isir.
8. Fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 7, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ispejjeż u l-benefiċċji ta’ l-użu ta’ tip wieħed ta' tagħmir tal-laboratorju, ta' linja ta’ referenza waħda u/jew ta' korp ta’ ċertifikazzjoni wieħed f’livell Komunitarju. Entità ta’ ċertifikazzjoni bħal din għandha tkun konformi mal-kriterji ta’ l-Anness VIII tad-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja. Il-Kummissjoni tista’ tippreżenta rapport u, jekk ikun xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva li ttejjeb is-sistema ta' ċertifikazzjoni ta' l-ERTMS.
Artikolu 21b
Assistenza lill-Kummissjoni
1. Fil-limiti ta' l-Artikolu 30(2)(b), l-Aġenzija għandha, fuq talba tal-Kummissjoni, tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja mmirata lejn it-titjib tal-livell ta' interoperabbiltà tas-sistemi ferrovjarji u lejn l-iżvilupp ta' approċċ komuni għas-sigurtà fuq is-sistema ferrovjarja Ewropea.
2. Din l-assistenza għandha tkun limitata fiż-żmien u l-ambitu, u mwettqa mingħajr preġudizzju għall-kompiti l-oħrajn kollha assenjati lill-Aġenzija f'dan ir-Regolament u tista' tinkludi:
(a) komunikazzjoni ta' informazzjoni dwar kif aspetti speċifiċi tal-leġislazzjoni Komunitarja jkunu implimentati;
(b) provvediment ta' parir tekniku f'affarijiet li jeħtieġu know-how speċifiku;
(c) ġbir ta' informazzjoni permezz tal-kooperazzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà u l-korpi investigattivi previsti fl-Artikolu 6(5).
3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta ta' l-anqas darba fis-sena lill-Bord dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, inkluż l-impatt tiegħu fuq ir-riżorsi.
Il-KAPITLU 5
L-ISTRUTTURA INTERNA U L-OPERAT
Artikolu 22
L-Istatus legali:
1. L-Aġenzija għandha tkun korp Komunitarju. Għandu jkollha personalità legali.
2. F'kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tgawdi l-kapaċità legali l-aktar estensiva mogħtija lil persuni legali bil-liġijiet tagħhom. B'mod partikulari tista' tikseb jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tista' tkun parti fil-proċedimenti legali.
3. L-Aġenzija għandha tkun irrappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.
Artikolu 23
Il-Privileġġi u l-Immunitajiet
Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Aġenzija u l-personal tagħha.
Artikolu 24
Il-Personal
1. Għandhom applikaw għall-personal ta' l-Aġenzija r-Regolament tal-Personal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' l-Uffiċjali l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli addottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej bil-għan li dawn jiġu applikati għar-Regolamenti tal-Personal u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26, il-poteri kkonferiti fuq l-awtorità tal-ħatriet u fuq l-awtorità li tikkontratta skond ir-Regolamenti tal-Personal u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg imsemmija għandhom jiġu eżerċitati mill-Aġenzija rigward il-personal tagħha.
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26(1), il-persunal ta' l-Aġenzija għandu jikkonsisti minn:
— impjegati temporanji reklutati mill-Aġenzija għal massimu ta' ħames snin minn fost professjonisti mis-settur abbażi tal-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom fil-qasam tas-sigurtà u interoperabbiltà ferrovjarja;
— uffiċjali assenjati jew sekondati mill-Kummissjoni jew l-Istati Membri għal massimu ta' ħames snin; u
— ħaddiema oħrajn, kif definit fil-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' ħaddiema oħrajn tal-Komunitajiet Ewropej, biex iwettqu kompiti implimentattivi jew segretarjali.
Matul l-ewwel 10 snin ta' operat ta' l-Aġenzija, il-perijodu ta' 5 snin imsemmi fl-ewwel inċiż ta' l-ewwel subparagrafu jista' jiġi estiż għal perijodu ieħor sa massimu ta' 3 snin meta meħtieġ biex tiġi garantita l-kontinwità tas-servizzi ta' l-Aġenzija.
4. L-esperti li jieħdu sehem fil-gruppi tax-xogħol organizzati mill-Aġenzija ma għandhomx jappartjienu għall-personal ta' l-Aġenzija. L-ispejjeż tal-vjaġġi u tal-mezzi tal-għixien tagħhom, imsejsa fuq ir-regoli u l-iskali addottati mill-Bord Amministrattiv, għandhom jitħallsu mill-Aġenzija.
Artikolu 25
Il-ħolqien u l-poteri tal-Bord Amministrattiv
1. Huwa hawnhekk stabbilit Bord Amministrattiv.
2. Il-Bord Amministrattiv għandu:
(a) jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv skond l-Artiklu 31;
(b) jaddotta, sat-30 ta' April ta' kull sena, ir-rapport ġenerali ta' l-Aġenzija għas-sena ta' qabel u jibagħtu lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;
c) taddotta, sat-30 ta' Novembru ta' kull sena, u b'kont meħud ta' l-opinjoni tal-Kummissjoni, il-programm ta' ħidma ta' l-Aġenzija għas-sena li jkun jmiss u tgħaddih lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Dan il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura Komunitarja baġitarja annwali. Jekk, fi żmien 15-il jum mid-data ta' l-adozzjoni tal-programm ta' ħidma, il-Kummissjoni tesprimi in-nuqqas ta' qbil tagħha mal-programm, il-Bord Amministrattiv għandu jeżamina il-programm mill-ġdid u jadottah, jekk meħtieġ emendat, fi żmien xahrejn, fit-tieni qari b'maġġoranza ta' żewġ terzi, inklużi r-rappreżentanti tal-Kummissjoni, jew b'unanimità tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri;
(d) jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu rigward l-estimi finanzjarji ta' l-Aġenzija, skond il-Kapitlu 6;
(e) jistabbilixxi l-proċeduri għall-għemil tad-deċiżjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv;
(f) jiddefdinixxi politika għall-viżti li jridu jitwettqu skond l-Artikolu 33;
(g) jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv u l-Kapijiet ta' l-Unitajiet riferiti fl-Artikolu 30(3);
(h) jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta' proċedura.
3 Il-programm ta' ħidma ta' l-Aġenzija għandu jidentifika l-objettivi ta' kull attività. B'mod ġenerali, kull attività u/jew kull eżitu huwa soġġett għal rapport lill-Kummissjoni.
Artikolu 26
Il-Kompożizzjoni tal-Bord Amministrattiv
1. Il-Bord Amministrattiv għandu jkun fih rappreżentant wieħed ta' kull Stat Membru u erba' rappreżentanti tal-Kummissjoni, kif ukoll sitt rappreżentanti mingħajr dritt għall-vot, dawn ta' l-aħħar jirrappreżentaw fil-livell Ewropew, il-gruppi li ġejjin:
(a) l-impriżi ferrovjarji;
(b) l-amministraturi ta' l-infrastruttura;
(c) l-industrija ferrovjarja;
(d) l-unions tal-ħaddiema;
(e) il-passiġġieri;
(f) il-klijenti tas-servizzi tat-trasport ta' merkanzija.
Għal kull wieħed minn dawn il-gruppi, il-Kummissjoni għandha taħtar rappreżentant u sostitut, minn lista ta' preselezzjoni ta' erba' ismijiet ippreżentata mill-organizzazzjonijiet Ewropej rispettivi tagħhom bil-ħsieb li tiġi żgurata rappreżentazzjoni xierqa ta' l-interessi kollha.
Il-membri tal-Bord Amministrattiv u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru abbażi ta' l-esperjenza u l-għarfien rilevanti tagħhom.
2. Kull wieħed mill-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaħtru l-membri tagħhom tal-Bord Amministrattiv kif ukoll sostitut.
3. L-iskond tal-kariga għandu jkun għal ħames snin u jista' jiġġedded darba.
4. Meta approprjat, għandha tiġi stabbilita l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti ta' pajjiżi terzi u l-kondizzjonijiet għalihom fl-arranġamenti riferiti fl-Artikolu 36(2).
Artikolu 27
Il-President tal-Bord Amministrattiv
1. Il-Bord Amministrattiv għandu jeleġġi President u Viċi-President minn fost il-membri tiegħu. Il-Viċi-President għandu jieħu l-post tal-President fl-eventwalità li l-President ma jkunx jista' jattendi għad-dmirijiet tiegħu/tagħha.
2. L-iskond tal-kariga tal-President u tal-Viċi-President għandu jkun għal tliet snin u jista' jiġġedded darba. Madankollu, jekk is-sħubija tagħhom fil-Bord Amministrattiv ittemm f'kull żmien matul l-iskond tal-kariga tagħhom bħala President jew Viċi-President, allura l-iskond tal-kariga għandu jiskadi f'din id-data wkoll b'mod awtomatiku.
Artikolu 28
Il-Laqgħat
1. Il-laqgħat tal-Bord Amministrattiv għandhom jissejħu mill-President tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat.
2. Il-Bord Amministrattivt għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena. Għandu jiltaqa' wkoll fuq is-sejħa tal-President tiegħu, fuq it-talba tal-Kummissjoni, fuq it-talba tal-maġġoranza tal-membri tiegħu jew ta' terz tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fuq il-Bord.
Artikolu 29
Il-Votazzjoni
Għajr jekk iddikjarat xorta oħra, il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu bil-maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu intitolati li jivvotaw. Kull membru intitolat li jivvota għandu jkollu vot wieħed.
Artikolu 30
Il-Funzjonijiet u l-poteri tad-Direttur Eżekuttiv
1. L-Aġenzija għandha tkun amministrata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li għandu jkun independenti għal kollox fit-twettiq tax-xogħol ta' dmirijietu/ha, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Bord Amministrattiv.
2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu:
(a) iħejji l-programm tax-xogħol u, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jissottomettih lill-Bord Amministrattiv;
(b) jagħmel l-arranġamenti meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm tax-xogħol u, safejn u sakemm possibbli, iwieġeb għat-talbiet ta' assistenza mill-Kummissjoni fejn jidħlu l-kompiti ta' l-Aġenzija skond dan ir-Regolament;
(ċ) jieħu l-passi meħtieġa, b'mod partikulari rigward l-adozzjoni ta' l-istruzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' l-ordnijiet, sabiex jiżgura illi l-Aġenzija topera skond dan ir-Regolament;
(d) jistabbilixxi sistema effettiva ta' monitoraġġ sabiex jipparaguna r-riżultati ta' l-Aġenzija mal-għanijiet operattivi u jistabbilixxi sistema regolari ta' stima li tikkorrispondi ma' standards professjonali kkonoxxuti. Fuq dan il-bażi, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji kull sena l-abbozz ta' rapport ġenerali u jissottomettih lill-Bord Amministrattiv;
(e) jeżerċita l-poteri stabbiliti fl-Artiklu 24(2) rigward il-personal ta' l-Aġenzija;
(f) iħejji l-abbozz ta' prospett dwar l-estimi finanzjarji tad-dħul u n-nefqa ta' l-Aġenzija skond l-Artiklu 38 u jimplimenta l-estimi finanzjarji skond l-Artikolu 39.
3. Id-Direttur Eżekuttiv jista' jiġi megħjun minn Kap ta' Unità jew aktar. Jekk id-Direttur Eżekuttiv ikun assenti jew ma jkunx/tkunx kapaċi jattendi/tattendi għal dmirijietu/ha, għandu/ha jieħu/tieħu postu wieħed/waħda mill-Kapijiet ta' Unità.
Artikolu 31
Il-Ħatriet tal-personal ta' l-Aġenzija
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi maħtur mill-Bord Amministrattiv fuq il-mertu u l-ħiliet amministrattivi u maniġerjali ddokumentati, kif ukoll il-kompetenza u l-esperjenza rilevanti għas-settur ferrovjarju. Il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu bil-maġġoranza ta' erba' minn kull ħamsa tal-membri kollha tiegħu intitolati li jivvotaw. Il-Kummissjoni tista' tipproponi kandidat jew kandidati.
Il-poter tat-tkeċċija tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun fi ħdan il-Bord Amministrattiv skond l-istess proċedura
2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaħtar lill-membri l-oħra tal-personal ta' l-Aġenzija skond l-Artikolu 24.
3. L-iskond tal-kariga tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Dan l-iskond tal-kariga jista' jiġġedded darba.
Artikolu 32
Is-Smigħ tad-Direttur Eżekuttiv
Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta rapport dwar l-attivitajiet ta' l-Aġenzija lill-Parlament Ewropew. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu wkoll is-smigħ tad-Direttur Eżekuttiv f'kull waqt dwar kull suġġett li jkollu x'jaqsam ma' l-attivitajiet ta' l-Aġenzija.
Artikolu 33
il-Viżti lill-Istati Membri
1. Sabiex twettaq il-kompitit fdati lilha mill-Artikoli 9, 9a, 10, 13 u 15, l-Aġenzija tista' twettaq mawriet fl-Istati Membri skond il-politika definita mill-Bord Amministrattiv. L-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw ix-xogħol tal-persunal ta' l-Aġenzija.
2. L-Aġenzija għandha tgħarraf lill-Istat Membru interessat bil-viżta ppjanata, bl-ismijiet ta' l-uffiċjali ddelegati mill-Aġenzija u bid-data li fiha trid tibda l-viżta. L-uffiċjali ta' l-Aġenzija ddelegati għabiex iwettqu dawn il-viżti għandhom jagħmlu dan fuq il-preżentazzjoni ta' deċiżjoni mid-Direttur Eżekuttiv li tispeċifika l-għan u l-miri tal-viżta tagħhom.
3. Fit-tmiem ta' kull viżta, l-Aġenzija għandha tfassal rapport u tibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru interessat,
Artikolu 34
Il-Lijabbiltà
1. Il-lijabbiltà kontrattwali ta' l-Aġenzija għandha tkun irregolata mill-liġi li tapplika għall-kuntratt fil-kwistjoni.
2. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha l-ġuridizzjoni li tagħti sentenza skond kull klawsola ta' l-arbitrazzjoni li jkun hemm f'kuntratt konkluż mill-Aġenzija.
3. Fil-każ ta' lijabbiltà mhux kontrattwali, l-Aġenzija għandha, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet ta' l-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kull ħsara kkawżata mid-dipartimenti tagħha jew mill-personal tagħha fil-kors tat-twettiq tax-xogħol fid-dmirijiet tagħhom.
4. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha l-ġurisdizzjoni fil-kontroversji li jkollhom x'jaqsmu mal-kumpens għall-ħsara riferita fil-paragrafu 3.
5. Il-lijabbiltà personali tal-personal tagħha lejn l-Aġenzija għandha tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Personal jew il-Kondizzjonijioet ta' l-Impjieg li japplikaw għalihom.
Artikolu 35
L-Ilsna
1. Il-Bord Amministrattiv għandu jiddeċiedi dwar l-arraġamenti lingwistiċi ta' l-Aġenzija. Fuq it-talba ta' Membru tal-Bord Amministrattiv, din id-deċiżjoni għandha tittieħed bl-unanimità. L-Istati Membri jistgħu jindirizzaw lill-Aġenzija fil-lsien Komunitarju tal-għażla tagħhom.
2. Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa sabiex tiffunzjona l-Aġenzija għandhom jiġu pprovvduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjonijiet tal-Korpi ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 36
Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi
1. L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għal parteċipazzjoni mill-pajjiżi Ewropej u l-pajjiżi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat li kkonkludew ftehim mal-Komunità Ewropea li taħtu il-pajjiżi konċernati ikunu adottaw u qed japplikaw il-leġislazzjoni Komunitarja fil-qasam kopert b'dan ir-Regolament.
2. Skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimijiet imsemmija hawn fuq, għandhom isiru arranġamenti li għandhom jispeċifikaw ir-regoli ddettaljati għall-parteċipazzjoni ta' dawn il-pajjżi fix-xogħol ta' l-Aġenzija, b'mod partikulari n-natura u l-kobor ta' din il-parteċipazzjoni. Dawn l-arranġamenti għandhom jinkludu, fost ħwejjeġ oħra, dispożizzjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u dwar il-personal. Jistgħu jipprovdu għar-rappreżentanza, mingħajr vot, fuq il-Bord Amministrattiv.
Artikolu 37
It-Trasparenza
Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 li jirrigwarda l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ( 18 ) għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Aġenzija.
Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta l-miżuri prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolamentr (KE) Nru 1049/2001 sa' l-1 ta' Ottubru 2004.
Id-Deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jiffurnmaw is-suġġett ta' lment lill-Ombudsman jew ta' azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fuq il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikli 195 u 230 tat-Trattat rispettivament.
Il-KAPITLU 6
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 38
L-Estimi finanzjarji
1. L-estimi għad-dħul kollu u n-nefqa kollha ta' l-Aġenzija għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, li tikkorrispondi mas-sena kalendarja, u għandhom jiġu ddikjarati fl-estimi finanzjarji ta' l-Aġenzija. Id-dħul u n-nefqa għandhom jibbilanċjaw lil xulxin.
2. Id-dħul ta' l-Aġenzija għandu jikkonsisti minn:
— kontribuzzjoni mill-Komunità;
— kull kontribuzzjoni mill-pajjiżi terzi li jieħdu sehem fix-xogħol ta' l-Aġenzija, kif ipprovvdut bl-Artiklu 36;
— l-imposti għall-pubblikazzjonijiet, it-taħriġ u kull servizz ieħor ipprovvdut mill- Aġenzija.
3. In-nefqa ta' l-Aġenzija għandha tinkludi l-personal u l-ispejjeż amministrattivi, infrastrutturali u operattivi.
4. Fuq il-bażi ta' abbozz imfassal mid-Direttur Eżekuttiv, il-Bord Amminstrattiv, għandu jipproduċi kull sena prospett ta' l-estimi tad-dħul u n-nefqa ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara. Dan il-prospett dwar l-estimi finanzjarji, li għandu jinkudi abbozz tal-pjan ta' l-istabbiliment, għandu jintbagħat mill-Bord Amministrattiv lill-Kummissjoni l-aktar tard sal-31 ta' Marzu.
5. Il-prospett dwar l-estimi għandu jintbagħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn issa 'l quddiem riferiti bħala l-“awtorità ta' l-estimi finanzjarji”) flimkien ma' l-abbozz preliminari ta' l-estimi finanzjarji ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.
6. Fuq il-bażi tal-prospett dwar l-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari ta' l-estimi finanzjarji ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea l-estimi li jidhrilha meħtieġa għall-pjan ta' l-istabbiliment u l-ammont tas-sussidju li jrid jiġi impost fuq l-estimi finanzjarji ġenerali, li l-Kummissjoni għandha tqiegħed quddiem l-awtorità ta' l-estimi finanzjarji skond l-Artiklu 272 tat-Trattat.
7. L-awtorità ta' l-estimi finanzjarji għandha tawtorizza l-approprijazzjonijiet għas-sussidju lill-Aġenzija. L-awtorità ta' l-estimi finanzjari għandha taddotta l-pjan ta' l-istabbiliment ta' l-Aġenzija.
8. L-estimi finanzjarji għandhom jiġu addottati mill-Bord Amministrattiv. Għandhom isiru finali wara l-adozzjoni finali ta' l-estimi finanzjarji ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Meta approprjat, għandhom jiġu aġġustati kif jixraq.
9. Il-Bord Amministrattiv għandu jinnotifika lill-awtorità ta' l-estimi finanzarji, malajr kemm jista' jkun, dwar l-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kull proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament ta' l-estimi finanzjarji, b'mod partikulari kull proġett li jkollu x'jaqsam mal-proprjetà bħalma huma l-kiri jew ix-xiri tal-bini. Għandu jgħarraf b'dan lill-Kummissjoni. Meta fergħa ta' l-awtorità ta' l-estimi finanzjarji tkun innotifikat l-intenzjoni tagħha li tagħti opinjoni dwar proġett, għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Bord Amministrattiv fi żmien sitt ġimgħat mid-data tan-notifika tal-proġett.
Artikolu 39
L-implimentazzjoni u l-kontroll ta' l-estimi finanzjarji
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-estimi finanzjarji ta' l-Aġenzija.
2. L-aktar tard sa' l-1 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet ta' l-Aġenzija għandu jikkomunika l-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni flimkien ma' rapport dwar il-ġestjoni ta' l-estimi ġenerali u tal-finanzi għal din is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet proviżorji ta' l-istituzzjonijiet u tal-korpi ddeċentralizzati skond l-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.
3. L-aktar tard sal-31 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji ta' l-Aġenzija lill-uffiċjal tal-Qorti tal-Verifika, flimkien ma' rapport dwar il-ġestjoni ta' l-estimi ġenerali u tal-finanzi għal din is-sena finanzjarja. Ir-rapport dwar il-ġestjoni ta' l-estimi finanzjarji u tal-finanzi għas-sena finanzjarja għandhom ukoll jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
4. Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Verifika dwar il-kontijiet proviżorji ta' l-Aġenzija skond l-L-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal il-kontijiet finali ta' l-Aġenzija fuq ir-responsabbiltà tiegħu nnifsu u jissottomettihom lill-Bord Amministrattiv għal opinjoni.
5. Il-Bord Amminitrattiv għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali ta' l-Aġenzija.
6. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat, l-aktar tard sa' l-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Verifika, flimkien ma' l-opinoni tal-Bord Amministrattiv.
7. Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati.
8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Verifika tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha l-aktar tard sat-30 ta' Settembru. Għandu jibgħat it-tweġiba tiegħu ukoll lill-Bord Amministrattiv.
9. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew, fuq it-talba ta' dan ta' l-aħħar, it-tagħrif kollu meħtieġ sabiex tiġi applikata bla xkiel il-proċedura ta' l-iskarigu għas-sena finanzjarja fil-kwisjoni, skond l-L-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.
10. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill huwa u jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, għandu, qabel it-30 ta' April tas-sena N + 2, jagħti l-iskarigu lid-Direttur Eżekuttiv rigward l-implimentazzjoni ta' l-estimi finanzjarji għas-sena N.
Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha teżamina dawn il-kontijiet skond l-L-Artikolu 248 tat-Trattat. Għandha tippubblika rapport kull sena dwar l-attivitajiet ta' l-Aġenzija.
Artikolu 40
Ir-Regolament Finanzjarju
Ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-Aġenzija għandhom jiġu addottati mill-Bord Amministrattiv wara li tkun ġiet ikkonsultata l-Kummissjoni. Ma għandhomx imorru 'l bogħod mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 ( 19 ) għajr jekk dan it-tluq ikun meħtieġ speċifikament għall-ħidma ta' l-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha bil-quddiem.
Artikolu 41
Il-Ġlieda kontra l-frodi
1. Għall-għanijiet għalbiex jiġu kkumbattuti l-frodi, il-korruzjoni u azzjonijiet oħra illegali, għandu japplika fis-sħiħ ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999.
2. L-Aġenzija għandha taċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 li jirrigwarda l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Ftodi (l-OLAF) u għandha taddotta minnufih id-dispożizzjonijiet meħtieġa li japplikaw għall-personal kollu ta' l-Aġenzija.
3. Id-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-finanzjament u l-ftehimijiet u l-istrument ta' implimentazzjoni li jirriżultaw minnhom għandhom jiddikjaraw b'mod espliċitu illi l-Qorti tal-Verifika u l-OLAF jistgħu, jekk meħtieġ, iwettqu kontrolli fuq il-post fuq ir-riċevituri tal-finanzjament ta' l-Aġenzija.
Il-KAPITLU 7
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 42
Il-bidu ta' l-attivitajiet ta' l-Aġenzija
L-Aġenzija għandha tkun operattiva fi żmien 24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 43
Il-Valutazzjoni
Ħames snin wara li l-Aġenzija tidħol għal dmirijietha, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni rigward l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, rigward ir-riżultati miksuba mill-Aġenzija u rigward il-metodi tagħha tax-xogħol. Din il-valutazzjoni għandha tqis il-veduti tar-rappreżentanti tas-settur ferrovjarju, tas-sieħba soċjali u ta' l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi. Is-sejbiet tal-valutazzjoni għandhom isiru pubbliċi. Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tipproponi emenda għal dan ir-Regolament.
F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha, jekk approprjat, tippreżenta proposta għar-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fid-dawl ta' l-iżviluppi rigward l-aġenziji regolatorji, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jeżaminaw din il-proposta u b'mod partikulari jikkunsidraw jekk il-kompożizzjoni tal-Bord Amministrattiv teħtieġx li tiġi rriveduta, skond il-qafas ġenerali li jrid jiġi addottat għall-aġenziji regolatorji.
Artikolu 44
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU C 126 E, tat-28.5.2002, p. 232.
( 2 ) ĠU C 61, ta' l-14.3.2003, p. 131.
( 3 ) ĠU C 66, tad-19.3.2003, p. 5.
( 4 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14.1.2003 (ĠU C 38 E, tat-12.2.2004, p. 135), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 (ĠU C 270 E, tal-11.11.2003, p. 48) u l-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Riżoluzzjoni Leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2004 u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' April 2004.
( 5 ) ĠU L 237, ta' l-24.8.1991, p. 25. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2001/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3. 2001, p. 1).
( 6 ) ĠU L 143, tas-27.6.1995, p. 70. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2001/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 75, tal-15.3.2001, p. 26).
( 7 ) ĠU L 75, tal-15.3.2001, p. 29; Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/844/KE (ĠU L 289, tas-26.10.2002, p. 30).
( 8 ) ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 6. Direttiva kif emendta bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).
( 9 ) ĠU L 110, tal-20.4.2001, p. 1.
( 10 ) ĠU L 164, tad-30.4.2004, p. 16.
( 11 ) ĠU L 230, tad-9.9.1996, p. 1. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 1346/2001/KE (ĠU L 185, tas-6.7.2001, p. 1).
( 12 ) ĠU L 136, tal-31.5.1999, p. 1.
( 13 ) ĠU L 136, tal-31.5.1999, p. 15.
( 14 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/500/KE tal-20 ta' Mejju 1998 dwar l-istabbiliment tal-Kumitati tad-Djalogu Settorjali li jippromwovi d-djalogu bejn l-imsieħba soċjali fil-livell Ewropew (ĠU L 225, tat-12.8.1998, p. 27).
( 15 ) ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.
( 16 ) ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51.
( 17 ) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
( 18 ) ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43.
( 19 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi riferiti fl-L-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-estimi finanzjarji ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 375, tal-31.12.2002, p. 72).