|
23.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 297/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8956 — Biogen/Samsung BioLogics/Bioepis JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 297/07)
1.
Fis-17 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Biogen Inc. (“Biogen”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Samsung BioLogics Co. Ltd (“Samsung BioLogics”, il-Korea t’Isfel), kumpanija kkontrollata mis-Samsung Group (il-Korea t’Isfel), jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Samsung Bioepis Co. Ltd (“Bioepis”, il-Korea t’Isfel), bħalissa kkontrollata unikament minn Samsung BioLogics.Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Biogen: kumpanija bijofarmaċewtika attiva fir-riċerka, l-iżvilupp u l-għoti ta’ terapiji għal mard newroloġiku u newrodeġenerattiv serju madwar id-dinja,
— Samsung BioLogics: kumpanija attiva fl-iżvilupp u fil-manifattura ta’ prodotti bijofarmaċewtiċi madwar id-dinja,
— Samsung Group: konglomerat attiv f’firxa wiesgħa ta’ industriji, inklużi dawk tal-elettronika, bini ta’ vapuri, inġinerija u assikurazzjoni,
— Bioepis: attiva fl-iżvilupp tal-mediċini bijosimili. Bioepis huwa impriża konġunta (joint venture, JV) bejn Samsung BioLogics u Biogen.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.8956 — Biogen/Samsung BioLogics/Bioepis JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).