|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3135 |
18.12.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3135
tas-17 ta’ Diċembru 2024
li tapprova, f’isem l-Unjoni Ewropea, emenda tal-Protokoll li jimplimenta l-Ftehim ta’ Sħubija fil-qasam tas-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1448 tat-18 ta’ Lulju 2022 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fil-qasam tas-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2123 (2), rigward il-Ftehim ta’ Sħubija fil-qasam tas-Sajd Sostenibbli (SFPA, Sustainable Fisheries Partnership Agreement) bejn l-Unjoni u l-Mauritania u l-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu ġew iffirmati fil-15 ta’ Novembru 2021 u ġew applikati b’mod provviżorju minn dakinhar ’l hawn. |
|
(2) |
L-Artikolu 14(3)(c) tal-SFPA jawtorizza lill-Kumitat Konġunt japprova l-emendi tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni u tal-Annessi tiegħu fir-rigward tal-kundizzjonijiet u l-arranġamenti tekniċi li skonthom il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom. F’konformità mal-Artikolu 14(5) tal-SFPA, id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt jistgħu jittieħdu permezz ta’ skambju ta’ ittri. |
|
(3) |
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1448 jawtorizza lill-Kummissjoni tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni adottati mill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 14 tal-SFPA f’konformità mal-proċedura u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(4) |
Skont il-Protokoll ta’ Implimentazzjoni, il-flotta tal-Unjoni għandha obbligi ta’ ħatt l-art u ta’ trażbord fil-portijiet tal-Mauritania, kif spjegat fil-Kapitolu V tal-Anness I tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni. |
|
(5) |
Fir-rigward tal-obbligi ta’ ħatt l-art, il-kaptan ta’ bastiment tal-Unjoni jinnotifika lill-Gwardja Kostali tal-Mauritania (MCG, Mauritanian Coastal Guard) u lill-awtoritajiet tal-port tal-Mauritania li fih jixtieq iħott il-qabdiet tiegħu, mill-inqas 24 siegħa qabel il-ħatt l-art. Bi tweġiba għan-notifika, l-MCG jinnotifika, fit-12-il siegħa ta’ wara, il-kunsens tiegħu lill-kaptan tal-bastiment jew lir-rappreżentant tal-kaptan billi jwieġeb il-fax jew l-email tagħhom. |
|
(6) |
Fir-rigward tat-trażbord, il-kaptan ta’ bastiment tal-Unjoni jinnotifika lill-MCG u lill-awtoritajiet tal-port li fih jixtieq jittrażborda l-qabda tiegħu, mill-inqas 24 siegħa (48 siegħa għall-bastimenti tat-tonn) qabel it-trażbord. Bi tweġiba għan-notifika ta’ hawn fuq, l-MCG jinnotifika, fit-12-il siegħa ta’ wara, il-kunsens tiegħu lill-kaptan tal-bastiment jew lir-rappreżentant tal-kaptan billi jwieġeb il-fax jew l-email tagħhom. |
|
(7) |
Sa mill-bidu tal-2023, l-industrija tas-sajd tal-Unjoni infurmat ripetutament li l-MCG ma setax jinnotifika l-kunsens tiegħu fil-ħin, minħabba l-konġestjoni fil-portijiet tal-Mauritania u l-inabbiltà tagħhom li jipprovdu s-servizzi tekniċi u operazzjonali. Id-dewmien li rriżulta poġġa l-prodotti tal-industrija tas-sajd tal-Unjoni f’riskju. Filwaqt li l-awtoritajiet tal-Mauritania qed jaħdmu biex itejbu s-sitwazzjoni, bejn l-Unjoni u l-awtoritajiet tal-Mauritania ġie diskuss li sakemm tinstab soluzzjoni biex jiġi solvut id-dewmien, għal dawn il-każijiet jenħtieġ li tiġi prevista deroga mill-obbligu ta’ ħatt l-art. |
|
(8) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2023, il-Kumitat Konġunt li jopera skont l-SFPA u l-Protokoll ta’ Implimentazzjoni qabel li jeżamina proposta għal deroga mill-obbligi ta’ ħatt l-art u ta’ trażbord, li tippermetti lill-operaturi jħottu l-prodotti tagħhom f’portijiet oħra f’każijiet ta’ dewmien konsiderevoli, sabiex jindirizzaw ir-riskji għall-kwalità tal-prodotti tas-sajd. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni ħejjiet proposta li temenda l-Kapitolu V tal-Anness I billi inkludiet taqsima ġdida li tipprevedi eċċezzjoni mill-obbligu ta’ ħatt l-art u ta’ trażbord f’każ li l-istennija għall-operazzjonijiet ta’ ħatt l-art jew ta’ trażbord taqbeż l-24 siegħa mid-data u l-ħin speċifikati fin-notifika. |
|
(10) |
Il-proposta għall-emenda ġiet ippreżentata lill-Kunsill f’konformità mal-punt 2 tal-Anness tad-Deċiżjoni (UE) 2022/1448 fl-14 ta’ Mejju 2024. Il-Kunsill ivvaluta l-proposta f’konformità mal-punt 3 ta’ dak l-anness u ma oġġezzjonax għaliha. |
|
(11) |
Id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biex l-operaturi jkunu jistgħu jħottu l-prodotti tagħhom f’portijiet oħra f’każijiet ta’ dewmien konsiderevoli u jindirizzaw kwalunkwe riskju għall-kwalità tal-prodotti tas-sajd. |
|
(12) |
Il-Kumitat Konġunt iddeċieda li japprova l-emenda proposta permezz ta’ skambju ta’ ittri. L-ittri ġew skambjati fis-6 ta’ Settembru u fit-30 ta’ Settembru 2024 rispettivament. |
|
(13) |
Din l-emenda tal-Protokoll jenħtieġ li tiġi approvata f’isem l-Unjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
L-emenda tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fil-qasam tas-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, adottata mill-Kumitat Konġunt permezz ta’ skambju ta’ ittri fis-6 ta’ Settembru u fit-30 ta’ Settembru 2024 rispettivament, hija b’dan approvata f’isem l-Unjoni.
L-emenda tal-Protokoll hija mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 228, 2.9.2022, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1448/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2123 tal-11 ta’ Novembru 2021 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija fil-qasam tas-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania kif ukoll tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (ĠU L 439, 8.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/2123/oj).
ANNESS
Fl-Anness I, il-Kapitolu V, tal-Protokoll li jimplimenta l-Ftehim ta’ Sħubija Sostenibbli mal-Mauritania,
|
— |
L-intestatura tal-punt 3 hija fformulata mill-ġdid kif ġej: “Derogi mill-obbligi tal-ħatt l-art, fil-każ ta’ force majeure; |
|
— |
Jiżdied il-punt 4 li ġej:
|
(*1) Inkluż fil-każijiet meta ma jkunx hemm biżżejjed postijiet tal-ħżin (u/jew nuqqas ta’ kontejners), nuqqas ta’ silġ jew ta’ elettriku fil-port għall-qabdiet tal-bastiment ikkonċernat.” ”
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3135/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)