24.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/19


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8923 — AMP Capital/Aena Internacional/Luton Airport)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 177/06)

1.

Fil-15 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

AMP Capital Investors (UK) Limited (“AMP Capital”, ir-Renju Unit), li tappartjeni għall-grupp korporattiv ta’ AMP Limited (l-Awstralja),

—

Aena Desarrollo Internacional, S.M.E., S.A. (“Aena Internacional”, Spanja), li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ Aena, għandha l-maġġoranza tal-ishma li huma proprjetà tal-korporazzjoni statutorja Spanjola, ENAIRE,

—

London Luton Airport Operations Limited (“LLAOL”, ir-Renju Unit), li bħalissa hi kkontrollata b’mod konġunt minn Aena Internacional u Ardian.

AMP Capital u Aena Internacional jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ LLAOL.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   AMP Capital: investiment fl-infrastruttura u servizzi ta’ ġestjoni, inkluż il-kontroll tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Newcastle u Leeds Bradford Airport fir-Renju Unit,

—   Aena Internacional: ġestjoni tal-infrastruttura tal-ajruport,

—   LLAOL: ġestjoni u tħaddim ta’ London Luton Airport.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8923 — AMP Capital/Aena Internacional/Luton Airport

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.