<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-414/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CJ0414</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:871">EU:C:2022:871</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20221110">10.11.2022</DATE> – Kawża C‑414/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">VP Capital</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20221110">10 ta’ Novembru 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Libertà ta’ stabbiliment</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 49 u 54 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat ta’ kumpannija fi Stat Membru li ma huwiex dak li fih ġiet ikkostitwita</KEYWORD><KEYWORD>Riverżjoni ta’ tnaqqis fil-valur imdaħħal fil-kontijiet qabel it-trasferiment</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Komparabbiltà tas-sitwazzjonijiet</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑414/21,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Hof van Cassatie (il-Qorti tal-Kassazzjoni, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20210625">25 ta’ Ġunju 2021</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20210707">7 ta’ Lulju 2021</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">VP Capital NV</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Belgische Staat,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot (Relatur), li qiegħed jaġixxi bħala President ta’ Awla, S. Rodin u O. Spineanu-Matei, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal VP Capital NV, minn S. Gnedasj, advocaat, u M. Grégoire, avocat,</P></ITEM><ITEM><P>għal PricewaterhouseCoopers Belastingadviseurs NV, minn P. Hinnekens, advocaat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn S. Baeyens, J.‑C. Halleux u C. Pochet, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. De Socio, avvocato dello Stato,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn W. Roels u V. Uher, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstemgħet l-Avukata Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn VP Capital NV u l-awtorità tat-taxxa Belġjana fir-rigward tat-trattament fiskali ta’ tranżazzjonijiet li jikkorrispondu għat-tnaqqis fil-valur imdaħħal fil-kontijiet qabel it-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat tal-Lussemburgu lejn il-Belġju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-punt 2 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24 tal-code des impôts sur les revenus 1992 (il-Kodiċi tat-Taxxa fuq id-Dħul), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>CIR 92<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Il-qligħ tal-impriżi industrijali, kummerċjali jew agrikoli kwalunkwe huwa dak derivanti:</P><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="024.002"><NO.PARAG>2°</NO.PARAG><ALINEA>minn kull żieda fil-valur tal-assi ddedikati għall-eżerċizzju tal-attività professjonali u minn kull tnaqqis fil-valur tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn din l-attività, meta dan il-qligħ jew telf ikun ġie realizzat jew espress fil-kontabbiltà jew fil-kontijiet annwali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 44(1) tas-CIR 92 jiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>B’deroga mill-punt 2 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24, mill-punt 3 tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 27, u mill-punt 1 tal-ewwel paragrafu u mill-aħħar paragrafu tal-Artikolu 28, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-punt 3 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24, huwa eżentat:</P><P><PARAG IDENTIFIER="044.001"><NO.PARAG>1°</NO.PARAG><ALINEA>il-qligħ ta’ kapital espress iżda mhux realizzat, bl-eċċezzjoni tal-qliegħ ta’ kapital fuq il-ħażniet u l-ordnijiet fi proċess ta’ eżekuzzjoni;</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 184b(2) tas-CIR 92 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Fil-każ li kumpannija barranija tittrasferixxi lejn il-Belġju l-istabbiliment jew is-sede ta’ tmexxija jew ta’ amministrazzjoni tagħha, fir-rigward tal-assi marbuta mal-istabbilimenti barranin jew tal-assi li jinsabu barra mill-pajjiż li huma fil-pussess ta’ din il-kumpannija, il-qligħ u telf kapitali mwettaq sussegwentement fir-rigward ta’ dawn l-assi huwa ddeterminat fuq il-bażi tal-valur kontabilistiku li dawn ikollhom fil-mument tal-operazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>It-tieni paragrafu tal-Artikolu 190 tas-CIR 92 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Fir-rigward tal-porzjon eżentat jew provviżorjament mhux intaxxat tal-qligħ kapitali msemmi fl-Artikolu 44(1) u (3), 44a, 44b u 47, din is-sistema ta’ qligħ kapitali hija applikabbli biss sa fejn dan il-porzjon jiġi ttrasferit u jinżamm f’kont jew f’numru ta’ kontijiet separati mill-passiv u ma jservix bħala bażi għall-kalkolu tal-allokazzjoni annwali tar-riżerva legali jew ta’ kull remunerazzjonijiet jew allokazzjoni oħra.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-punt tal-Artikolu 198 tas-CIR 92 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Spejjeż professjonali ma jinkludux:</P><P>[…]</P><P><PARAG IDENTIFIER="198.007"><NO.PARAG>7°</NO.PARAG><ALINEA>it-tnaqqis fil-valur u t-telf fuq l-azzjonijiet jew ishma, bl-eċċezzjoni tat-telf irreġistrat fl-okkażjoni tat-tqassim totali tal-assi ta’ kumpannija sal-ammont tat-telf tal-kapital imħallas irrappreżentat minn tali azzjonijiet jew ishma<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</ALINEA></PARAG></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 206 tas-CIR 92:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="206.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>It-telf tan-negozju preċedenti għandu jitnaqqas suċċessivament mid-dħul tan-negozju ta’ kull wieħed mill-perijodi taxxabbli li ġejjin.</ALINEA><ALINEA>L-imputazzjoni fuq il-profitti Belġjani tat-telf tan-negozju magħmul fi stabbiliment barrani proprjetà tal-kumpannija u li tinsab fi Stat li miegħu il-Belġju kkonkluda konvenzjoni ta’ ħelsien mit-taxxa doppja, hija suġġetta għall-kundizzjoni li l-kumpannija turi li dan it-telf ma tnaqqasx mill-profitti ta’ dan l-istabbiliment barrani. Barra minn hekk, l-ammont ta’ dan it-telf tan-negozju li ġie imputat mill-kumpannija fuq il-profitti Belġjani tagħha għal kwalunkwe perijodu taxxabbli, għall-parti proporzjonali ta’ dan it-telf li fir-rigward tiegħu din il-kumpannija ma turix iktar għall-perijodu taxxabbi li din ma tnaqsitx mill-profitti ta’ dan l-istabbiliment barrani, jew jekk matul il-perijodu taxxabli l-istabbiliment barrani kkonċernat ġie ttrasferit fil-kuntest ta’ kontribuzzjoni, fużjoni, xissjoni jew operazzjoni ekwiparabbli magħha, jiġi miżjud mad-dħul taxxabbli ta’ dan il-perijodu.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="206.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ fejn kumpannija barranija tittrasferixxi lejn il-Belġju l-uffiċċju rreġistrat tagħha, l-istabbiliment prinċipali tagħha jew is-sede ta’ tmexxija jew ta’ amministrazzjoni tagħha, id-dispożizzjoni tas-subparagrafu 1 tal-paragrafu 1 għandha tapplika fir-rigward tat-telf tan-negozju magħmul minn din il-kumpannija fi stabbiliment Belġjan li kienet proprjetà ta’ din il-kumpannija qabel dan it-trasferiment.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Finalment, l-Artikolu 74 tal-arrêté royal d’exécution (id-Digriet Irjali ta’ Eżekuzzjoni) tas-CIR 92, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>AR/CIR 92<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Bil-għan tad-determinazzjoni tar-riżultat taxxabbli taħt it-taxxa fuq il-kumpanniji, ir-riżultat tal-perijodu taxxabbli, li minnu huwa eskluż it-tnaqqis fil-valur, proviżjonamenti jew qligħ kapitali eżentati bis-saħħa tal-Artikoli 48, 190, 191 u 194 sa 194c tas-[CIR 92], huwa mqassam, skont id-destinazzjoni tiegħu, fi:</P><P>1° riżervi;</P><?PAGE NO="4"?><P>2° spejjeż mhux eliġibbli;</P><P>3° dividendi.</P><P>Għall-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu:</P><P>1° <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>riżervi<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> jfisser ir-riżultat irriżervat, imnaqqas:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>mill-qligħ kapitali fuq azzjonijiet jew ishma eżentati bis-saħħa tal-Artikoli 192 u 521 tas-[CIR 92] kif ukoll tar-riverżjonijiet ta’ tnaqqis fil-valur fuq azzjonijiet jew ishma mwettqa matul il-perijodu taxxabbli, li ġew intaxxati preċedentement bis-saħħa tal-Artikolu 198(7) tas-[CIR 92] bħala spejjeż mhux eliġibbli, sa fejn dan it-tnaqqis fil-valur ma jibqax iktar iġġustifikat fi tmiem dan il-perijodu taxxabbli;</P></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>VP Capital, kumpannija inizjalment ikkostitwita fil-Lussemburgu u li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha f’dan l-Istat Membru, daħħlet fil-kontijiet tnaqqis fil-valur relatat ma’ diversi ishma li hija kellha f’kumpanniji oħra. Hija naqqset dan it-tnaqqis fil-valur mir-riżultati fiskali tagħha fil-Lussemburgu, li ta lok għal żieda fit-telf tagħha li jista’ jiġi rriportat ’il quddiem. Minħabba s-sitwazzjoni defiċitarja tagħha, VP Capital ma kinitx f’qagħda li tuża t-telf tagħha li jista’ jiġi rriportat ’il quddiem fil-Lussemburgu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Wara dawn l-operazzjonijiet, fix-xahar ta’ Mejju 2009, VP Capital ittrasferixxiet l-uffiċċju rreġistrat tagħha mil-Lussemburgu lejn il-Belġju. Hija saret kumpannija rregolata mid-dritt Belġjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Wara dan it-trasferiment, VP Capital irkuprat parti mit-tnaqqis fil-valur li hija kienet daħħlet fil-kontijiet meta l-uffiċċju rreġistrat tagħha kien għadu jinsab fil-Lussemburgu. Hija għamlet użu mis-sistema Belġjana ta’ eżenzjoni għall-irkupru ta’ tnaqqis fil-valur fuq azzjonijiet jew ishma ta’ kumpanniji prevista fl-Artikolu 74 tal-AR/CIR 92, li jipprovdi li dawn l-operazzjonijiet huma fiskalment eżentati, peress li t-tnaqqis fil-valur korrispondenti ma jistax, bħala prinċipju, jitnaqqas mid-dħul taxxabbli bħala spejjeż tan-negozju bis-saħħa tal-punt 7 tal-Artikolu 198 tas-CIR 92.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Madankollu, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet magħquda tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 184b(2) tas-CIR 92 u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 190 tiegħu, fil-każ ta’ trasferiment lejn il-Belġju tal-uffiċċju rreġistrat, tal-istabbiliment prinċipali jew tas-sede ta’ tmexxija jew ta’ amministrazzjoni ta’ kumpannija barranija, fir-rigward tal-assi marbuta mal-istabbilimenti barranin jew tal-assi li jinsabu barra mill-pajjiż li huma fil-pussess ta’ din il-kumpannija, il-qligħ u telf kapitali li jikkorrispondi ma’ dawn l-assi mwettqa wara dan it-trasferiment huma ddeterminati fuq il-bażi tal-valur kontabilistiku tagħhom fil-mument ta’ dan it-trasferiment. Il-qligħ kapitali espress iżda mhux imwettaq (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>qligħ kapitali latenti<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) huwa eżentat bil-kundizzjoni li dan jiġi jiddaħħal fuq kont separat mill-passiv. Peress li r-riverżjoni ta’ tnaqqis<?PAGE NO="5"?> fil-valur imdaħħal fil-kontijiet minn VP Capital wara t-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat tagħha lejn il-Belġju ma ġietx irreġistrata fuq kont separat mill-passiv, l-awtorità tat-taxxa Belġjana qieset li din kienet taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tilwima bejn VP Capital u din l-awtorità fir-rigward tat-trattament fiskali tal-operazzjonijiet inkwistjoni, il-Hof von Cassatie (il-Qorti tal-Kassazzjoni, il-Belġju), iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Il-libertà ta’ stabbiliment kif iggarantita permezz tal-Artikolu 49 TFUE hija miksura minn leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni [fil-kawża prinċipali] sa fejn din għandha bħala konsegwenza li kumpannija Lussemburgiża li ddaħħal fil-kontijiet fil-Lussemburgu tnaqqis fil-valur ta’ ishma u li, minkejja li tneħħihom fil-prinċipju mir-riżultati fiskali tagħha, ma tistax tnaqqashom effettivament mir-riżultati fiskali tagħha, minħabba l-eżistenza ta’ pożizzjoni fiskali ta’ telf, hija intaxxata fil-Belġju, wara t-trasferiment tas-sede rreġistrata tagħha lejn il-Belġju, fuq ir-riverżjoni ta’ dan it-tnaqqis fil-valur, sakemm iż-żidiet fil-valur sottostanti din ir-riverżjoni ma jiddaħħlux fuq kont indisponibbli tal-passiv, filwaqt li kumpannija Belġjana li daħħlet fil-kontijiet fil-Belġju tnaqqis fil-valur ta’ ishma ma tiġix intaxxata fuq ir-riverżjoni ta’ dan it-tnaqqis fil-valur, sakemm it-tnaqqis fil-valur ma jkunx tnaqqas preċedentement mir-riżultati fiskali Belġjani, u dan mingħajr ma ż-żidiet fil-valur sottostanti din ir-riverżjoni għandhom jiddaħħlu f’kont indisponibbli tal-passiv?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 49 TFUE jipprekludix leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li bis-saħħa tagħha iż-żidiet fil-valur fuq azzjonijiet jew ishma ta’ kumpanniji mdaħħla fil-kontijiet minn kumpannija fi Stat Membru, wara t-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat ta’ din tal-aħħar, jiġu ttrattati bħala qligħ kapitali latenti, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-punt dwar jekk dawn l-azzjonijiet jew dawn l-ishma tawx lok għad-dħul fil-kontijiet ta’ tnaqqis fil-valur minn din il-kumpannija f’data li fiha hija kienet residenti fiskali fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Artikolu 49 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 54 TFUE, jagħti l-benefiċċju tal-libertà ta’ stabbiliment lill-kumpanniji kkostitwiti konformement mal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru u li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom, l-amministrazzjoni ċentrali tagħhom jew l-istabbiliment prinċipali tagħhom ġewwa l-Unjoni Ewropea (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200227">27 ta’ Frar 2020</DATE>, <NAME.CASE>AURES Holding</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑405/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:127">EU:C:2020:127</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). It-tgawdija ta’ din il-libertà tinkludi d-dritt, għal tali kumpannija, li tittrasferixxi l-uffiċċju rreġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali, jew l-istabbiliment prinċipali tagħha lejn Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar il-libertà ta’ stabbiliment huma intiżi, b’mod partikolari, li jiżguraw il-benefiċċju tat-trattament nazzjonali fl-Istat Membru ospitanti (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200227">27 ta’ Frar 2020</DATE>, <NAME.CASE>AURES Holding</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑405/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:127">EU:C:2020:127</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, kumpannija kkostitwita skont il-liġi ta’ Stat Membru, li tittrasferixxi l-uffiċċju rreġistrat tagħha lejn Stat Membru ieħor, tista’ tinvoka l-Artikolu 49 TFUE sabiex tikkontesta l-konsegwenzi fiskali ta’ dan it-trasferimenti fl-Istat Membru ospitanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200227">27 ta’ Frar 2020</DATE>, <NAME.CASE>AURES Holding</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑405/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:127">EU:C:2020:127</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 49 TFUE ma jiggarantixxix li tali trasferiment ikun newtrali fir-rigward ta’ tassazzjoni. Fid-dawl tad-differenzi bejn il-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri fil-qasam, dan it-trasferiment jista’, skont il-każ, ikun iktar jew inqas vantaġġuż jew żvantaġġuż minn perspettiva fiskali. Il-libertà ta’ stabbiliment ma timplikax li Stat Membru għandu l-obbligu li jadatta r-regoli fiskali tiegħu skont dawk ta’ Stat Membru ieħor sabiex tiġi ggarantita, fis-sitwazzjonijiet kollha, tassazzjoni li telimina kull diskrepanza li tirriżulta mil-leġiżlazzjonijiet fiskali nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200227">27 ta’ Frar 2020</DATE>, <NAME.CASE>AURES Holding</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑405/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:127">EU:C:2020:127</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Mill-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, bis-saħħa tal-punt 7 tal-Artikolu 198 tas‑CIR 92, it-tnaqqis fil-valur fuq azzjonijiet jew ishma ta’ kumpanniji ma jistax, bħala prinċipju, jitnaqqas mid-dħul taxxabbli billi jitqies bħala spejjeż tan-negozju. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 74 tal-AR/CIR 92 jeżenta r-riverżjoni ulterjuri ta’ dan it-tnaqqis fil-valur mit-taxxa fuq il-kumpanniji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Minn dan il-proċess jirriżulta wkoll li, madankollu, bis-saħħa tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 184b(2) tas‑CIR 92, il-qligħ u t-tnaqqis kapitali magħmula wara t-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat ta’ kumpannija lejn il-Belġju huma ddeterminati fuq il-bażi tal-valur kontabbli tagħhom fid-data ta’ dan it-trasferiment. F’dan il-kuntest, jitqiesu bħala qligħ kapitali latenti, eskluż mill-benefiċċju tal-vantaġġ fiskali kkostitwit mill-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 74 tal-AR/CIR 92, iż-żidiet fil-valur fuq azzjonijiet jew ishma ta’ kumpanniji mdaħħla fil-kontijiet minn kumpannija li ttrasferixxiet l-uffiċċju rreġistrat tagħha lejn il-Belġju, inkluż meta d-dħul fil-kontijiet ta’ dawn iż-żidiet jikkorrispondi għar-riverżjoni ta’ tnaqqis fil-valur imdaħħla fil-kontijiet wara dan it-trasferiment u li ma tax lok, f’dan l-Istat Membru ta’oriġini, għal tnaqqis tar-riżultat taxxabbli bħala spejjeż tan-negozju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali stabbilita għad-detriment tal-kumpanniji kkostitwiti bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru u li jeżerċitaw il-libertà ta’ stabbiliment tagħhom differenza fit-trattament li tista’ tiddiswadihom milli jittrasferixxu l-uffiċċju rreġistrat tagħhom lejn Stat Membru ieħor bil-għan li jeżerċitaw l-attività ekonomika tagħhom fih. Din id-differenza fit-trattament tista’ tiġi aċċettata biss jekk tikkonċerna sitwazzjonijiet li ma humiex oġġettivament paragunabbli jew jekk tkun iġġustifikata minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali u proporzjonata għaliha (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20220227">27 ta’ Frar 2022</DATE>, <NAME.CASE>AURES Holding</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑405/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:127">EU:C:2020:127</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-paragunabbiltà ta’ sitwazzjoni transkonfinali ma’ sitwazzjoni interna għandha tiġi eżaminata billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-għan li għandu jintlaħaq mid-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni (sentenza tas‑27 ta’ Frar, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>AURES Holding</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑405/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:127">EU:C:2020:127</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-miżuri meħuda minn Stat Membru biex tinżamm il-kondiviżjoni tas-setgħa taxxabbli bejn l-Istati Membri, bħalma huwa l-każ, suġġett għal verifika mill-qorti tar-rinviju, tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bħala prinċipju kumpannija li rreġistrat tnaqqis fil-valur fuq azzjonijiet jew ishma ta’ kumpanniji fi Stat Membru u kumpannija li ttrasferixxiet l-uffiċċju rreġistrat tagħha lejn dan l-Istat Membru wara li rreġistrat tali tnaqqis fil-valur fi Stat Membru ieħor, ma jinsabux f’sitwazzjoni paragunabbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, kumpannija li twettaq tali trasferiment taqa’ suċċessivament taħt il-ġurisdizzjoni fiskali ta’ żewġ Stati Membri, jiġifieri, minn naħa, l-Istat Membru ta’ oriġini, għall-perijodu li matulu tnaqqis fil-valur iddaħħal fil-kontijiet, u, min-naħa l-oħra, l-Istat Membru ospitanti, għall-perijodu li matulu ż-żidiet fil-valur li jikkorrispondu għar-riverżjoni ta’ dan it-tnaqqis fil-valur iddaħħlu fil-kontijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ ġurisdizzjoni fiskali tal-Istat Membru ospitanti għall-perijodu li matulu tnaqqis fil-valur fuq azzjonijiet jew ishma ta’ kumpanniji ddaħħal fil-kontijiet, kumpannija li ttrasferixxiet l-uffiċċju rreġistrat tagħha lejn dan l-Istat Membru u li fih sussegwentement idaħħlu fil-kontijiet żidiet fil-valur ta’ dawn l-azzjonijiet jew ta’ dawn l-ishma ta’ kumpanniji ma tinsabx f’sitwazzjoni paragunabbli għal dik ta’ kumpannija li diġà kienet taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni fiskali tal-imsemmi Stat Membru għall-perijodu li matulu dan it-tnaqqis fil-valur iddaħħal fil-kontijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għall-istess raġuni, sitwazzjoni ta’ kumpannija li ttrasferixxiet l-uffiċċju rreġistrat tagħha lejn Stat Membru qabel ma pproċediet għar-riverżjoni ta’ tnaqqis fil-valur imdaħħal fil-kontijiet qabel dan it-trasferiment lanqas ma hija paragunabbli, kuntrarjament għal dak li ssostni VP Capital, għal dik ta’ kumpannija holding stabbilita f’dan l-Istat Membru li tinsab f’qagħda fiskali ta’ telf, għal dik ta’ kumpannija li daħħlet fil-kontijiet tnaqqis fil-valur fl-imsemmi Stat Membru meta hija kienet suġġetta għat-taxxa fuq il-persuni ġuridiċi, jew għal dik ta’ kumpannija tal-istess Stat Membru li tagħlaq stabbiliment permanenti li jinsab fi Stat Membru ieħor li fih tnaqqis fil-valur iddaħħal fil-kontijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan il-każ, barra minn hekk għandu jiġi osservat li, skont l-elementi għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali invokat fil-Lussemburgu, l-Istat Membru ta’ oriġini tagħha, it-tnaqqis fil-valur li hija kienet daħħlet fil-kontijiet qabel it-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat tagħha, li, minħabba s-sitwazzjoni defiċitarja tagħha, kellha l-effett li żżid it-telf tagħha li jista’ jiġi rriportat ’il quddiem. Il-fatt li hija ma setgħetx effettivament tnaqqas dan it-telf mir-riżultat taxxabbli tagħha jirriżulta mill-għażla li hija għamlet wara li eżerċitat il-libertà ta’ stabbiliment tagħha meta wettqet dan it-trasferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet preċedenti ma jistgħux jitqiegħdu inkwistjoni mis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180612">12 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Bevola u Jens W. Trock</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑650/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:424">EU:C:2018:424</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, is-soluzzjoni mogħtija f’din is-sentenza tidħol fil-qafas tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar it-teħid inkunsiderazzjoni, fl-Istat Membru ta’ residenza tal-kumpannija parent, tat-telf definittiv imġarrab minn sussidjarja jew minn stabbiliment permanenti li jinsab, matul l-istess perijodu ta’ taxxa, fi Stat Membru ieħor. Din ma tistax tiġi trasposta għas-sitwazzjoni ta’ kumpannija li ttrasferixxiet l-uffiċċju rreġistrat tagħha minn Stat Membru lejn Stat Membru ieħor u tirrikjedi t-teħid inkunsiderazzjoni, f’dan tal-aħħar, tal-operazzjonijiet imdaħħla fil-kontijiet fl-ewwel Stat Membru qabel dan it-trasferiment (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200227">27 ta’ Frar 2020</DATE>, <NAME.CASE>AURES Holding</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑405/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:127">EU:C:2020:127</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-punti preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 49 TFUE ma jipprekludix leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li bis-saħħa tagħha ż-żidiet fil-valur fuq azzjonijiet jew ishma ta’ kumpanniji mdaħħla fil-kontijiet minn kumpannija fi Stat Membru, wara t-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat ta’ din tal-aħħar, jiġu ttrattati bħala qligħ kapitali latenti, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-punt dwar jekk dawn l-azzjonijiet jew dawn l-ishma tawx lok għad-dħul fil-kontijiet ta’ tnaqqis fil-valur minn din il-kumpannija f’data li fiha hija kienet residenti fiskali fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 49 TFUE ma jipprekludix leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li bis-saħħa tagħha ż-żidiet fil-valur fuq azzjonijiet jew ishma ta’ kumpanniji mdaħħla fil-kontijiet minn kumpannija fi Stat Membru, wara t-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat ta’ din tal-aħħar, jiġu ttrattati bħala qligħ kapitali latenti, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-punt dwar jekk dawn l-azzjonijiet jew dawn l-ishma tawx lok għad-dħul fil-kontijiet ta’ tnaqqis fil-valur minn din il-kumpannija f’data li fiha hija kienet residenti fiskali fi Stat Membru ieħor.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>