<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑518/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CC0518</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:278">EU:C:2013:278</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET CRUZ VILLALÓN — KAWŻA C‑518/11</P><P>UPC NEDERLAND</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Cruz Villalón</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20130430">30 ta’ April 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑518/11</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">UPC Nederland BV</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Gemeente Hilversum</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi</KEYWORD><KEYWORD>Qafas leġiżlattiv ġdid</KEYWORD><KEYWORD>Direttivi Nri 2002/19/KE, 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae</KEYWORD><KEYWORD>Provvista ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni aċċessibbli liberament bil-cable</KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment minn komun tan-netwerk bil-cable tiegħu lil impriża privata</KEYWORD><KEYWORD>Kompatibbiltà ta’ klawżola kuntrattwali li timponi l-limitazzjoni tat-tariffa għas-servizz bażiku</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni settorjali ex ante</KEYWORD><KEYWORD>Kompetenzi ta’ awtoritajiet nazzjonali regolamentari</KEYWORD><KEYWORD>Impriżi b’saħħithom fis-suq</KEYWORD><KEYWORD>Għanijiet ta’ interess ġenerali</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tipprovdi l-okkażjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja li, għall-ewwel darba, teżamina l-effett tad-dritt tal-Unjoni fuq il-kompetenza tal-Istati Membri li jimponu fuq l-impriżi li jipprovdu servizzi ta’ xandir ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni miżura ta’ limitazzjoni fuq iż-żieda tal-prezz bl-imnut ta’ dawk is-servizzi. Il-partikolarità tal-kawża prinċipali qiegħda fil-fatt li l-miżura ta’ limitazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ħadet il-forma ta’ klawżola mdaħħla fil-kuntratt li permezz tiegħu kollettività territorjali, f’dan il-każ il-Gemeente Hilversum (il-komun ta’ Hilversum), biegħet in-netwerk bil-cable tagħha lil impriża privata.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet prinċipali tal-leġiżlazzjoni sekondarja tal-Unjoni Ewropea rilevanti biex tingħata risposta għad-domandi preliminari magħmulin f’din il-kawża huma dawk tad-diversi direttivi li jistabbilixxu l-hekk imsejjaħ qafas leġiżlattiv ġdid fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>QLĠ<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</P></NOTE>, jiġifieri d-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas])<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva Qafas<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</P></NOTE>, u l-erba’ direttivi partikolari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ara l-premessa 5 tad-Direttiva Qafas.</P></NOTE> li jakkumpanjawha u li huma, minbarra d-Direttiva 97/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19971215">15 ta’ Diċembru 1997</DATE>, dwar l-ipproċessar tad-dejta ta’ natura personali u l-protezzjoni tal-ħajja privata fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="024" DATE.PUB="1997">ĠU L 24, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet<?PAGE NO="2"?> elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta[...]l-Aċċess)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 323.</P></NOTE>, id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.</P></NOTE>, kif ukoll id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-kontenut tad-diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva Qafas kif ukoll tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE, tas-<DATE ISO="20020916">16 ta’ Settembru 2002</DATE>, dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 178, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Direttiva Kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></NOTE>, li huma kkonċernati prinċipalment fil-kawża prinċipali, ser jiġi espost, fejn ikun hemm bżonn, fil-kuntest tal-kunsiderazzjonijiet li ġejjin.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju kif ukoll mid-diversi osservazzjonijiet bil-miktub u orali ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-kawża prinċipali toriġina mill-bejgħ, mill-Gemeente Hilversum lill-predeċessur ġuridiku tal-kumpannija UPC Nederland<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>UPC<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</P></NOTE>, għal ammont ta’ madwar EUR 23 227 000, tan-netwerk ta’ teledistribuzzjoni bil-cable kif ukoll tal-impriża muniċipali li kienet toperah.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>kuntratt dwar it-tħaddim futur tan-netwerk ta’ teledistribuzzjoni bil-cable ta’ Hilversum<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> konkluż bejn il-partijiet, il-Gemeente Hilversum impenja ruħu li jikkontribwixxi għall-kisba mix-xerrej tal-awtorizzazzjoni li tippermetti li tiġi stabbilita, miżmuma u operata stallazzjoni ta’ xandir bil-cable fit-territorju ta’ dan il-komun.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Ix-xerrej impenja ruħu li jagħmel l-investimenti li jippermettu l-provvista ta’ netwerk bil-cable kapaċi li joffri servizz imtejjeb lill-abbonat medju tal-imsemmi komun, bil-vitrifikazzjoni tan-netwerk qabel l-<DATE ISO="19980101">1 ta’ Jannar 1998</DATE>, u li joffri, minbarra l-kanali tax-xandir televiżiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>RTV<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</P></NOTE>, pakkett attraenti ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet lill-individwi u lill-professjonisti.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4.2 ta’ dan il-kuntratt kien jipprovdi li x-xerrej kellu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>jiggarantixxi offerta minima varjata ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni fuq il-cable bi prezz soċjalment aċċettabbli u b’riċezzjoni tal-aħjar kwalità għall-abbonat<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jiġifieri pakkett bażiku ta’ programmi ta’ RTV li jissodisfa l-kriterji ta’ kompożizzjoni u ta’ prezzijiet stabbiliti fil-kuntratt. B’mod partikolari ġie previst li t-tariffa ta’ kull xahar għall-pakkett bażiku kienet suġġetta għal aġġustament annwali skont l-indiċi tal-prezzijiet tal-konsum, skont formula stabbilita fl-Anness 11 tal-imsemmi kuntratt, u ġie ppreċiżat li ż-żidiet tal-ispejjeż esterni kellhom jgħaddu fuq dik it-tariffa sa fejn dawn jaqbżu ż-żidiet tal-imsemmi indiċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>klawżola tal-limitazzjoni tat-tariffa<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>B’ittra tat-<DATE ISO="20031128">28 ta’ Novembru 2003</DATE>, UPC informat lill-Gemeente Hilversum biż-żieda tat-tariffa tal-pakkett bażiku għad-djar kollha, li kellha togħla minn EUR 10.28 għal EUR 13.32, bit-taxxa fuq il-valur miżjud inkluża, li tibda tgħodd mill-<DATE ISO="20040101">1 ta’ Jannar 2004</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Għalhekk il-Gemeente Hilversum fetaħ kawża biex tiġi pprojbita ż-żieda fit-tariffa prevista. B’sentenza tat-<DATE ISO="20031223">23 ta’ Diċembru 2003</DATE>, ir-Rechtbank te Amsterdam laqgħet din it-talba, u din is-sentenza ġiet ikkonfermata fl-appell b’sentenza tal-Gerechtshof te Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) tat-<DATE ISO="20040812">12 ta’ Awwissu 2004</DATE>. L-appell fil-kassazzjoni ta’ UPC ġie miċħud b’sentenza tal-Hoge Raad der Nederlanden tat-<DATE ISO="20050708">8 ta’ Lulju 2005</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fis-<DATE ISO="20050927">27 ta’ Settembru 2005</DATE>, l-awtorità Olandiża tal-kompetizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>In-Nederlandse Mededingingsautoriteit.</P></NOTE> eżaminat il-kwistjoni dwar jekk UPC kinitx abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha, skont l-Artikolu 24 tal-liġi Olandiża fuq il-kompetizzjoni, billi talbet ħlas skont tariffi ta’ abbonament eċċessivi għall-pakketti analoġiċi standard tagħha u ddeċidiet li dan ma kienx il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20050928">28 ta’ Settembru 2005</DATE>, l-awtorità indipendenti tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet Olandiża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>L-Onafhankelijke Post en Telecommunicatie Autoriteit, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>OPTA<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</P></NOTE> adottat abbozz ta’ deċiżjoni fuq is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>suq tat-trażmissjoni u tal-provvista ta’ sinjali awdjoviżivi fil-kompetenza territorjali ta’ UPC<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. L-OPTA kkonstatat li UPC kellha, fiż-żona territorjali tagħha, saħħa kunsiderevoli fis-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>suq tal-provvista ta’ pakketti ta’ xandir radjuteleviżiv liberament aċċessibbli permezz tal-cable<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> u imponitilha obbligi relatati mal-kalkolu tat-tariffi tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>miżura ta’ kontroll tal-prezzijiet<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20051103">3 ta’ Novembru 2005</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara d-dokument SG-Greffe (2005) D/205996, tat-<DATE ISO="20051103">3 ta’ Novembru 2005</DATE>, Case NL/2005/0247: Retail markets for the supply of free-to-air radio and television packages via cable transmission in the Netherlands – Opening of Phase II investigation pursuant to Article 7(4) of Directive 2002/21/EC.</P></NOTE>, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, mgħarrfa b’dan l-abbozz ta’ deċiżjoni mill-OPTA, esprimiet dubji fuq il-kompatibbiltà tiegħu mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15(3) tad-Direttiva Qafas, moqrija flimkien mar-rakkomandazzjoni tagħha 2003/311/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, tal-<DATE ISO="20030211">11 ta’ Frar 2003</DATE> dwar is-swieq rilevanti tal-prodotti u tas-servizzi fi ħdan is-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li għandhom mnejn jiġu suġġetti għal leġiżlazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> skont id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="45" NO.OJ="114" DATE.PUB="2003">ĠU L 114, p. 45</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni definittiva adottata mill-OPTA, fis-<DATE ISO="20060317">17 ta’ Marzu 2006</DATE>, ma baqgħetx tinkludi l-miżura ta’ kontroll tal-prezzijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20060515">15 ta’ Mejju 2006</DATE>, UPC fetħet kawża quddiem ir-Rechtbank te Amsterdam kontra l-Gemeente Hilversum, li fil-kuntest tagħha talbet sabiex il-klawżola tal-limitazzjoni tat-tariffa kkontestata tiġi ddikjarata nulla u sabiex jiġi ordnat lill-Gemeente Hilversum jawtorizza ż-żidiet fit-tariffa. F’dan ir-rigward hija invokat, b’mod partikolari, l-inkompatibbiltà tal-klawżola ta’ limitazzjoni tat-tariffa mad-dispożizzjonijiet tal-QLĠ.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20070627">27 ta’ Ġunju 2007</DATE>, ir-Rechtbank te Amsterdam ċaħdet it-talba ta’ UPC.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-domandi preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li, fuq appell minn UPC, il-Gerechtshof te Amsterdam iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mhux inqas minn 18-il domanda preliminari, ifformulati fit-termini li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1</NO.P><TXT>Servizz li jikkonsisti f’li jiġu pprovduti pakketti ta’ xandir televiżiv liberament aċċessibbli bil-cable, servizz li għall-provvista tiegħu jintalab ħlas kemm tal-ispejjeż ta’ trażmissjoni kif ukoll ammont li jirrappreżenta (il-ġbir ta’) r-remunerazzjoni tal-korpi ta’ xandir televiżiv u tal-korpi kollettivi ta’ ġestjoni tad-drittijiet tal-awtur għax-xandir tal-kontenut tax-xogħlijiet jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni sostantiv tal-QLĠ (Qafas Leġiżlattiv Ġdid)?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>2)a)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-liberalizzazzjoni tas-settur tat-telekomunikazzjonijiet, u tal-għanijiet tal-QLĠ, li jinkludi sistema stretta ta’ koordinazzjoni u ta’ konsultazzjoni qabel ma awtorità leġiżlattiva nazzjonali tkun (esklużivament) kompetenti tintervjeni fit-tariffi applikati għall-konsumatur finali permezz ta’ miżura bħal dik ta’ kontroll tal-prezzijiet, il-komun jibqa’ kompetenti sabiex jiddefendi l-interessi pubbliċi tal-abitanti tiegħu billi jintervjeni fit-tariffi applikati għall-konsumatur finali permezz ta’ klawżola li tillimita t-tariffi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)b)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva, il-QLĠ jipprekludi lill-komun milli japplika klawżola li tillimita t-tariffi mifthiema fil-kuntest tal-bejgħ ta’ l-impriża tagħha ta’ teledistribuzzjoni bil-cable?</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domandi 2a u 2b:</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Awtorità pubblika, bħall-komun, li tinsab f’sitwazzjoni bħas-sitwazzjoni inkwistjoni hija (ukoll) marbuta b’obbligu ta’ kooperazzjoni leali fis-sens tad-dritt tal-Unjoni meta fil-mument tal-konklużjoni, imbagħad tal-applikazzjoni tal-klawżola li tillimita t-tariffi, hija ma taġixxix fl-eżerċizzju ta’ missjoni pubblika, iżda taġixxi fil-kuntest ta’ kompetenza ta’ dritt privat (ara wkoll id-domanda 6a)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Jekk japplika l-QLĠ u jekk il-komun ikun marbut b’obbligu ta’ kooperazzjoni leali:</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>L-obbligu ta’ kooperazzjoni leali flimkien (mal-għanijiet tal-)QLĠ, li jinkludi sistema strettta ta’ koordinazzjoni u ta’ konsultazzjoni qabel ma awtorità leġiżlattiva nazzjonali tkun tista’ tintervjeni fit-tariffi applikati lill-konsumatur finali permezz ta’ miżura bħal kontroll tal-prezzijiet jipprekludi lill-komun milli japplika l-klawżola li tillimita t-tariffi?</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>4)b)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva, ir-risposta għad-domanda 4a tkun differenti fir-rigward tal-perijodu ta’ wara l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>letter of serious doubt<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> li fiha l-Kummissjoni esprimiet dubji serji fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-kontroll tal-prezzijiet propost mill-OPTA mal-għanijiet tal-QLĠ hekk kif deskritti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva-Qafas u li konsegwentement l-OPTA ma adottatx din il-miżura?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)a)</NO.P><TXT>L-Artikolu 101 TFUE hija dispożizzjoni ta’ ordni pubbliku li għandu bħala effett li l-qorti għandha tapplika din id-dispożizzjoni ex officio fis-sens tal-Artikoli 24 u 25 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Olandiż?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)b)</NO.P><TXT>Jekk dan huwa l-każ, liema fatti li dehru matul il-proċedura jobbligaw lill-qorti teżamina ex officio l-possibbiltà li tapplika l-Artikolu 101 TFUE? Il-qorti għandha wkoll l-obbligu li tagħmel dan jekk l-eżami tagħha jwassalha (eventwalment) sabiex tissostanzja l-fatti fis-sens tal-Artikolu 149 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Olandiż wara li tkun tat lill-partijiet l-opportunità li jesprimu ruħhom fuq dawn il-fatti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Jekk l-Artikolu 101 TFUE għandu jiġi applikat <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> u fid-dawl (tal-għanijiet tal-)QLĠ, għall-applikazzjoni tiegħu mill-OPTA u mill-Kummissjoni Ewropea, minħabba l-fatt li kunċetti bħal dawk tas-saħħa fis-suq u d-definizzjoni tas-swieq rilevanti, kunċetti użati fil-QLĠ, huma kkalkolati fuq kunċetti analogi tad-dritt Ewropew tal-kompetizzjoni, xi domandi jirriżultaw fl-okkażżjoni tal-fatti li dehru matul il-proċedura:</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)a)</NO.P><TXT>Meta hija biegħet in-netwerk tagħha ta’ teledistribuzzjoni bil-cable u meta hija qablet mal-klawżola li tillimita t-tariffi, il-komun kellu jiġi kkunsidrat bħala impriża fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE (ara wkoll id-domanda 3)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)b)</NO.P><TXT>Il-klawżola li tillimita t-tariffi għandha tiġi kkunsidrata bħala restrizzjoni kkaratterizzata msemmija fl-Arikolu 101(1)(a) TFUE u kif deskritta iżjed fid-dettal fin-Notifika [Komunikazzjoni] tal-Kummissjoni dwar ftehim ta’ importanza minuri li ma jirrestrinġux b’mod<?PAGE NO="5"?> apprezzabbli l-kompetizzjoni [fis-sens tal-Artikolu 81(1) KE] l-Artikolu 81(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ([Komunikazzjoni] <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/><HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT><QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/>; ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 125, punt 11)? Jekk dan huwa l-każ, għal din is-sempliċi raġuni, din tikkonċerna restrizzjoni kunsiderevoli tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE? Jekk dan ma huwiex il-każ, iċ-ċirkustanzi msemmija fid-domanda 6d (iktar ’il quddiem) għandhom impatt fuq ir-risposta?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)ċ)</NO.P><TXT>Fl-ipoteżi fejn il-klawżola li tillimita t-tariffi [ma tkunx] restrizzjoni kkaratterizzata, hija għandha b’hekk portata restrittiva tal-kompetizzjoni minħabba (effettivament) il-fatt:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>li l-awtorità Olandiża tal-kompetizzjoni ddeċidiet li UPC ma abbużatx mill-pożizzjoni dominanti tagħha billi applikat tariffi (ogħla) għall-provvista ta’ servizzi identiċi bħall-provvista tal-pakkett bażiku bil-cable fuq l-istess suq;</P></ITEM><ITEM><P>li, fil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>letter of serious doubt<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> tagħha, il-Kummissjoni esprimiet dubji serji dwar il-kompatibbiltà ta’ intervenzjonijiet (ex ante permezz ta’ kontroll tal-prezzijiet) fit-tariffi applikati lill-konsumatur finali għal servizzi bħall-provvista tal-pakkett bażiku minn UPC permezz tal-cable mal-għanijiet hekk kif deskritti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva-Qafas? Il-fatt li l-OPTA rrinunzjat għal kull kontroll tal-prezzijiet wara li rċeviet il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>letter of serious doubt<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> għandu effett fuq ir-risposta?</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)d)</NO.P><TXT>Il-kuntratt, flimkien mal-klawżola li tillimita t-tariffi, għandu bħala effett li jkun ta’ restrizzjoni sinjifikattiva fuq il-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE, fid-dawl (b’mod partikolari):</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>minħabba l-fatt li UPC hija kkunsidrata bħala impriża b’saħħitha fis-suq fis-sens tal-QLĠ ([Komunikazzjoni] <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>, punt 7);</P></ITEM><ITEM><P>minħabba l-fatt li prattikament il-komuni kollha Olandiżi li, matul is-snin 90, bigħu l-impriżi tagħhom ta’ teledistribuzzjoni permezz tal-cable lil operaturi bil-cable bħal UPC, fil-kuntratti tagħhom huma rriżervaw kompetenzi fil-qasam tat-tarifikazzjoni tal-pakkett bażiku ([Komunikazzjoni] <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>, punt 8)?</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)e)</NO.P><TXT>Il-kuntratt, flimkien mal-klawżola li tillimita t-tariffi li huwa jinkludi, għandu jiġi kkunsidrat bħala li jaffettwa (jew li jista’ jaffettwa) il-kummerċ internazzjonali fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE, liema effett huwa iktar preċiżament deskritt fil-linji gwida dwar il-kunċett tal-effett tal-kummerċ li jinsab fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (<REF.DOC.OJ COLL="C" PAGE.FIRST="81" NO.OJ="101" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, C 101, p. 81</REF.DOC.OJ>), fid-dawl tal-fatt li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>UPC hija kkunsidrata bħala impriża b’saħħtiha fis-suq skont il-QLĠ;</P></ITEM><ITEM><P>l-OPTA segwiet proċedura ta’ konsultazzjoni Ewropea sabiex tadotta miżura ta’ kontroll tal-prezzijiet fil-kuntest ta’ servizzi bħall-provvista tal-pakkett bażiku permezz tal-cable minn operaturi bil-cable b’saħħithom fis-suq bħal UPC, liema proċedura, skont il-QLĠ, għandha tinbeda meta miżura proposta jista’ jkollha effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri;</P></ITEM><ITEM><P>f’dak iż-żmien, il-kuntratt kien jirrappreżenta valur ta’ NLG 51 000 000 (jiġifieri iktar minn EUR 23 000 000);</P></ITEM><ITEM><P>prattikament il-komuni kollha Olandiżi li, matul is-snin 90 bigħu n-netwerks ta’ teledistribuzzjoni permezz tal-cable tagħhom lil operaturi bil-cable bħal UPC, fil-kuntratti tagħhom, irriżervaw kompetenzi fil-qasam tat-tarifikazzjoni tal-pakkett bażiku?</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>L-Artikolu 101(3) TFUE għadu jagħti lill-qorti l-kompetenza li tiddikjara projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 101(1) TFUE mhux applikabbli għall-klawżola li tillimita t-tariffi fid-dawl tal-QLĠ u d-dubji serji li l-Kummissjoni kienet esprimiet fil-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>letter of serious doubt<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> tagħha dwar<?PAGE NO="6"?> il-kompatibbiltà ta’ intervenzjonijiet (<HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT>) f’tariffi applikabbli għall-konsumatur finali mal-għanijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni? Il-fatt li wara li rċeviet il-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>letter of serious doubt<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> l-OPTA rrinunzjat għall-kontroll tal-prezzijiet li hija kienet ipproponiet għandu influwenza fuq ir-risposta?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8)</NO.P><TXT>Is-sanzjoni ta’ nullità prevista mill-Artikolu 101(2) TFUE tippermetti ċertu marġni ta’ applikazzjoni fl-effetti kronoloġiċi tagħha minħabba ċirkostanzi fis-seħħ fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt (jiġifieri fil-bidu tal-liberalizzazzjoni tas-settur tat-telekomunikazzjonijiet) u fl-iżvilupp ulterjuri tas-settur tat-telekomunikazzjonijiet, b’mod partikolari d-dħul fis-seħħ tal-QLĠ u l-ilmenti serji espressi f’din l-okkażżjoni mill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kontroll tal-prezzijiet?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari fuq il-portata u l-ammissibbiltà tad-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-ewwel nett għandu jiġi enfasizzat li ma huwiex meħtieġ li jingħataw risposti għat-18-il domanda kollha magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Din tal-aħħar nfisha tippreżenta x’uħud mid-domandi bħala sussidjarji, għaliex il-bżonn li tingħata risposta għalihom hija suġġetta b’mod espliċitu għar-risposta li tingħata għal domandi oħra. Dan huwa l-każ tad-domanda 2(b), suġġetta għal risposta negattiva għad-domanda 2(a) u d-domanda 3, li min-naħa tagħha hija suġġetta għal risposta negattiva għad-domandi preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Madankollu, kif ser naraw fil-kunsiderazzjonijiet li ġejjin, in-natura sussidjarja ta’ ċerti domandi hija wkoll il-konsegwenza loġika fid-dawl tar-risposti mogħtija għall-ewwel domandi. Dan huwa b’mod partikolari l-każ tad-domandi 3 u 4 dwar il-portata tal-obbligu ta’ kooperazzjoni leali, li ser tingħata risposta għalihom fil-kuntest tal-eżami tad-domandi preċedenti. Dan huwa l-każ ukoll, kif tosserva l-Kummissjoni, tad-domandi 5 sa 8, dwar l-Artikolu 101 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, u kif il-Gemeente Hilversum sostna fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, f’dan l-istadju ma jistax jiġi eskluż li x’uħud mid-domandi tal-qorti tar-rinviju, b’mod partikolari d-domandi 5 sa 8, dwar l-Artikolu 101 TFUE, għandhom jiġu ddikjarati inammissibbli jew, mill-inqas, mingħajr skop, billi r-rilevanza tagħhom għall-finijiet tas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali tista’, fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju, titqiegħed serjament fid-dubju.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Finalment, kif ser naraw, id-diversi domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju jistgħu jinġabru fi tliet gruppi prinċipali ta’ mistoqsijiet, l-ewwel waħda tirrigwarda l-kamp ta’ applikazzjoni tal-QLĠ u għalhekk l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tad-direttivi li jirrigwardaw il-kawża prinċipali (domanda 1), it-tieni dwar il-portata tal-obbligi fuq il-Gemeente Hilversum skont dawn id-direttivi (domanda 2) jew l-obbligu ta’ kooperazzjoni leali skont l-Artikolu 4(3) TFUE (domandi 3 u 4) u t-tielet waħda, fl-aħħar nett, li tirrigwarda l-effett eventwali tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 101(1) (domandi 5 u 6), (2) (domanda 7) u (3) (domanda 8) TFUE fuq is-soluzzjoni għall-kawża prinċipali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kamp ta’</HT><HT TYPE="ITALIC">applikazzjoni ratione materiae tal-QLĠ: il-kunċett ta’</HT><HT TYPE="ITALIC">servizzi ta’</HT><HT TYPE="ITALIC">komunikazzjonijiet elettroniċi (domanda 1)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Bl-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk servizz li jikkonsisti fil-provvista ta’ pakketti ta’ RTV liberament aċċessibbli bil-cable jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tal-QLĠ, fid-dawl tal-fatt li l-kont għal dak is-servizz jinkorpora l-ispejjeż ta’ trażmissjoni kif ukoll ir-remunerazzjoni tal-korpi tax-xandir televiżiv u d-drittijiet imħallsin lill-korpi ta’ ġestjoni kollettiva tad-dritt tal-awtur għax-xandir tal-kontenut tax-xogħlijiet.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Sunt tal-osservazzjonijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>UPC issostni li hija tipprovdi essenzjalment servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, b’mod li l-kawża prinċipali taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-QLĠ. Il-Gemeente Hilversum u l-Gvern Olandiż, bil-kontra, iqisu li, sa fejn UPC tillimita ruħha li tixtri kontenut għad-diversi kanali ta’ televiżjoni, biex b’hekk jiġi kkostitwit pakkett ta’ RTV u tipprovdih lill-utenti finali permezz tan-netwerk tal-cable tagħha, hija toffri servizz ta’ provvista ta’ kontenut li ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-QLĠ.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni u l-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA jikkunsidraw li s-servizz pprovdut minn UPC jirrigwarda kemm it-trażmissjoni ta’ sinjali kif ukoll il-provvista ta’ kontenuti ta’ RTV, b’mod li l-QLĠ tiġi tapplika biss għall-ewwel komponent. Madankollu l-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA tikkunsidra li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina n-natura tas-servizz pprovdut minn UPC u tislet il-konsegwenzi minnha.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Analiżi</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, ir-risposta għal din id-domanda ma tħallix dubji kif jirriżulta kemm mid-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> li tinsab fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva Qafas u fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva Kompetizzjoni, kif ukoll mill-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-QLĠ li jidħlu fil-kuntest tagħha u fid-dawl tal-għan li huma jsegwu kif ukoll tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/13/UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20100310">10 ta’ Marzu 2010</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="095" DATE.PUB="2010">ĠU L 95, p. 1</REF.DOC.OJ>). Din id-direttiva ssostitwixxiet id-Direttiva tal-Kunsill Nru 89/552/KEE, tat-<DATE ISO="20100303">3 ta’ Marzu 2010</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti disposizzjonijiet stabbiliti b’Liġi, Regolament jew Azzjoni Amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 224).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(c) tad-Direttiva Qafas fil-fatt jiddefinixxi s-servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>servizz normalment provdut bi ħlas li jikkonsisti kollu kemm hu jew fil-parti l-kbira tiegħu fit-twassil ta’ sinjali fuq networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, inklużi servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet u servizzi ta’ trasmissjoni f’servizzi użati għax-xandir, iżda esklużi servizzi li jipprovdu, b’eżerċizzju ta’ kontroll editorjali fuq, kontenut trasmess bl-użu ta’ networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni tippreċiża li dan il-kunċett <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>ma jinkludix servizzi tas-soċjeta ta’ l-informazzjoni, kif definiti f’Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19980622">22 ta’ Ġunju 1998</DATE>, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p.337), kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19980720">20 ta’ Lulju 1998</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 21, p.8).</P></NOTE>, li ma jikkonsistux kollha kemm huma jew fil-parti l-kbira tagħhom għat-twassil ta’ sinjali b’networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Kif jirriżulta minn din id-definizzjoni, li hija riprodotta f’termini pjuttost ekwivalenti fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva Kompetizzjoni, is-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi huma ddefiniti kemm pożittivament kif ukoll negattivament.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-premessa 5 tad-Direttiva Qafas tindika, f’dan ir-rigward, li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>konverġenza tat-telekomunikazzjonijiet, il-media u s-settturi tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni tfisser li n-networks kollha ta’ trasmissjoni u servizzi għandhom ikunu koperti b’kwadru regolatorju wieħed<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> u li, fil-kuntest tat-twaqqif ta’ dan il-qafas huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>meħtieġ li ssir separazzjoni bejn ir-regolament tat-trasmissjoni u r-regolament tal-kontenut<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. Hija tippreċiża li l-QLĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>ma jkoprix il-kontenut tas-servizzi mwassla fuq in-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li jużaw servizzi elettroniċi ta’<?PAGE NO="8"?> komunikazzjonijiet, bħal kontenut tax-xandir, is-servizzi finanzjarji u ċerti servizzi tas-soċjeta ta’ l-informazzjoni, u hija għalhekk bla preġudizzju għall-miżuri meħuda fil-livell tal-Komunità u dak nazzjonali dwar dawk is-servizzi, b’konformità mal-liġi tal-Komunità, sabiex jippromwovu diversità kulturali u lingwistika u biex jiżguraw id-difiża tal-pluraliżmu fil-midja<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-premessa 7 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, li tgħid li ġie ppreferut l-użu tal-kunċetti ta’ servizzi u ta’ netwerks ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>komunikazzjonijiet elettroniċi<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> flok dawk ta’ servizz u ta’ netwerks ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>telekomunikazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> sabiex appuntu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fenomenu ta’ konverġenza, tindika li dawn id-definizzjonijiet jiġbru s-servizzi kollha u/jew netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>li huma kkonċernati bit-tqassim ta’ sinjali bil-wire, radju, meżżi ottiċi jew elettromanjetiċi oħra<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, sabiex jinkorporaw dawk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>iffissati, mingħajr wire, cable television, networks tas-satelliti<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. Barra minn hekk tippreċiża li t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>trasmissjoni u x-xandir tal-programmi tar-radju u tat-televiżjoni għandhom ikunu rikonoxxuti bħala servizz ta’ komunikazzjoni elettronika<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Barra minn dan, l-Artikolu 1(1)(a)(i) tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva jiddefinixxi s-servizz ta’ media awdjoviżiva bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>servizz kif definit mill-Artikoli 56 [TFUE] u 57 [TFUE] li huwa taħt ir-responsabbiltà editorjali ta’ fornitur ta’ servizzi tal-media u li l-fini prinċipali tiegħu huwa l-forniment ta’ programmi sabiex jagħti informazzjoni, intratteniment jew edukazzjoni, lill-pubbliku ġenerali permezz ta’ netwerks tal-komunikazzjoni elettroniċi fis-sens tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/21/KE<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. Din l-istess dispożizzjoni tippreċiża li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>servizz tal-media awdjoviżiva huwa jew xandira bit-televiżjoni kif definit fil-punt (e) ta’ dan il-paragrafu jew servizz tal-media awdjoviżiva on-demand kif definit fil-punt (g) ta’ dan il-paragrafu<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju kif ukoll mill-osservazzjonijiet bil-miktub u orali ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li UPC teżerċita attività li tikkonsisti essenzjalment fit-trażmissjoni ta’ programmi ta’ RTV bil-cable lill-klijenti tagħha, detenturi ta’ abbonament. Huwa stabbilit, b’mod partikolari, li UPC ma tipproduċix hija stess il-programmi ta’ RTV u ma teżerċita l-ebda responsabbiltà editorjali fuq il-kontenut tal-programmi li hija tittrażmetti.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ma jistax jintlaqa’ l-argument tal-Gemeente Hilversum u tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, li jistrieħ fuq id-distinzjoni bejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>provvista ta’ servizzi ta’ RTV<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>trażmissjoni tas-sinjali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> relatati magħha, li jipprovdi li l-attività ta’ UPC ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-QLĠ sa fejn il-klijenti tagħha ma jixtrux kapaċità ta’ trażmissjoni vojta, imma kontenut, pakkett ta’ programmi ta’ RTV trażmess permezz ta’ netwerk ta’ teledistribuzzjoni bil-cable.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mid-diversi definizzjonijiet imfakkra hawn fuq, id-direttivi rilevanti jistabbilixxu distinzjoni ċara bejn il-produzzjoni tal-kontenuti, li timplika responsabbiltà editorjali, u t-trażmissjoni tal-kontenuti, mingħajr ebda responsabbiltà editorjali, il-kontenuti u t-trażmissjoni tagħhom huma suġġetti għal leġiżlazzjonijiet separati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara l-premessa 5 tad-Direttiva Qafas.</P></NOTE> li jsegwu għanijiet differenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Il-premessa 6 tad-Direttiva Qafas tindika, f’dan ir-rigward, li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>politika awdjoviżwali u r-regolament tal-kontenut huma mwettqa lejn il-ksib ta’ miri ta’ interess ġenerali, bħal-libertà ta’ l-espressjoni, il-pluraliżmu tal-midja, l-imparzjalità, id-diversità kulturali u lingwistika, l-inklużjoni soċjali, l-protezzjoni tal-konsumatur u l-protezzjoni tal-minuri<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</P></NOTE>, mingħajr ma jsir riferiment la għall-klijenti tas-servizzi pprovduti u lanqas għall-istrutturi tal-ispejjeż ta’ trażmissjoni li jintalab il-ħlas tagħhom mingħand dawn tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Għalhekk, filwaqt li huwa minnu li l-klijenti ta’ UPC jixtru kontenut meta jidħlu f’abbonament ma’ UPC sabiex ikollhom aċċess għall-pakkett analoġiku ta’ programmi ta’ RTV li hija toffri, dan ma jfissirx, madankollu, li l-attività ta’ din tal-aħħar, li tikkonsisti fit-trażmissjoni tal-programmi prodotti, taħt ir-responsabbiltà editorjali tagħhom stess, mill-edituri tal-kontenut, f’dan il-każ il-kanali tar-radju u tat-televiżjoni, sal-punt tal-konnessjoni man-netwerk bil-cable tagħha li jinsab fid-dar tal-abbonati tagħha, ma tistax tiġi deskritta bħala servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-QLĠ.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, kif sostniet il-Kummissjoni, il-provvista ta’ pakketti ta’ RTV liberament aċċessibbli permezz ta’ cable taqa’ taħt il-kunċett ta’ servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u għaldaqstant taħt il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tal-QLĠ sakemm tinkludi t-trażmissjoni ta’ sinjali fuq in-netwerk ta’ teledistribuzzjoni bil-cable.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Kull interpretazzjoni oħra tnaqqas kunsiderevolment il-portata tal-QLĠ, tippreġudika l-effettività tad-dispożizzjonijiet tiegħu u tikkomprometti, għaldaqstant, it-twettiq tal-għanijiet ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>L-għan innifsu tal-QLĠ huwa li jiġi stabbilit suq intern ġenwin tal-komunikazzjonijiet elettroniċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Dan l-għan innifsu huwa parti mill-għan iktar wiesa’ tat-twettiq ta’ spazju Ewropew wieħed tal-informazzjoni u soċjetà tal-informazzjoni miftuħa għal kulħadd. Ara l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lil-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, tal-<DATE ISO="20050601">1 ta’ Ġunju 2005</DATE>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/><HT TYPE="ITALIC">i2010 – Soċjetà tal-informazzjoni Ewropea għat-tkabbir u l-impjieg</HT><QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</P></NOTE>, li fil-kuntest tiegħu dawn tal-aħħar għandhom, biż-żmien, jiġu rregolati biss mid-dritt tal-kompetizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara l-premessa 5 tad-Direttiva 2009/140/ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20091125">25 ta’ Novembru 2009</DATE> li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="37" NO.OJ="337" DATE.PUB="2009">ĠU L 337, p. 37</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, l-esklużjoni tal-attivitajiet ta’ impriża bħal UPC mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu bl-iskuża li hija ma tittrażmettix biss sinjali, effettivament iċaħħad il-QLĠ minn kull portata.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-fatt li l-ispejjeż ta’ trażmissjoni ffatturati lill-abbonati jinkorporaw ir-remunerazzjoni dovuta lill-kanali tax-xandir televiżiv u d-drittijiet imħallsin lill-korpi ta’ ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur għax-xandir tal-kontenut tax-xogħlijiet ma jistax, għal dawn l-istess raġunijiet, jipprekludi l-klassifikazzjoni tas-servizz ipprovdut minn UPC bħala servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi skont l-QLĠ.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li d-Direttiva 2002/21 għandha tiġi interpretata fis-sens li jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tagħha servizz li jikkonsisti fil-provvista ta’ pakketti ta’ xandir televiżiv liberament aċċessibbli bil-cable li l-kont tiegħu jinkludi l-ispejjeż ta’ trażmissjoni kif ukoll ir-remunerazzjoni tal-korpi tar-xandir televiżiv u d-drittijiet imħallsin lill-korpi ta’ ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur għax-xandir tal-kontenut tax-xogħlijiet, meta dan is-servizz jinvolvi t-trażmissjoni ta’ sinjali fuq netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-portata tal-QLĠ: il-prerogattivi tal-Istati Membri u l-kompetenzi tal-Gemeente Hilversum (domanda 2)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Bit-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk kollettività lokali bħalma huwa l-Gemeente Hilversum tistax, fid-dawl tal-QLĠ, tintervjeni fl-iffissar tat-tariffa, applikata għall-konsumatur finali, tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi permezz ta’ netwerk bil-cable pprovduti minn operatur ekonomiku bħal UPC.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Din id-domanda hija maqsuma f’żewġ subdomandi, li jieħdu inkunsiderazzjoni n-natura speċifika tas-sitwazzjoni ġuridika inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ikkonkretizzata f’dan il-każ bil-klawżola tal-limitazzjoni tat-tariffa inkluża fil-kuntratt ta’ bejgħ konkluż bejn il-Gemeente Hilversum u UPC. Għalhekk il-qorti tar-rinviju tistaqsi, minn naħa, jekk il-QLĠ jipprekludix, fid-dawl tal-kompetenzi li jagħti lill-ANR, li kollettività lokali jkollha kompetenza biex tadotta miżuri ta’ kontroll tal-prezzijiet. Min-naħa l-oħra, u jekk tingħata risposta fin-negattiv, hija tistaqsi jekk il-QLĠ jipprekludix li kollettività lokali tkun tista’ tapplika tali klawżola kuntrattwali tal-limitazzjoni tat-tariffa.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Sunt tal-osservazzjonijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Il-Gemeente Hilversum kif ukoll il-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi jsostnu, qabel kollox, li l-klawżola tal-limitazzjoni tat-tariffa ġiet innegozjata liberament meta ġie konkluż il-kuntratt bejn il-partijiet u li hija tikkostitwixxi l-korrispettiv tal-prezz miftiehem fil-kuntratt. Huma jikkunsidraw li, fi kwalunkwe każ, il-QLĠ ma jipprekludix il-klawżola tal-limitazzjoni tat-tariffa, billi din ma tistax tkun ta’ ostakolu għall-adozzjoni mill-ANR, f’dan il-każ l-OPTA; fi kwalunkwe mument, għal miżura intiża biex tiffavorixxi l-kompetizzjoni skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva Servizz Universali.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>UPC, il-Kummissjoni kif ukoll l-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA jikkunsidraw, madankollu, li tali klawżola issa hija inkompatibbli mal-QLĠ, b’mod partikolari sa fejn il-Gemeente Hilversum ma jistax jiġi kkunsidrat bħala ANR li huwa l-uniku awtorizzat biex jadotta miżuri ta’ kontroll tal-prezzijiet bl-imnut bħal dik li tikkostitwixxi l-klawżola tal-limitazzjoni tat-tariffa, jew li aġixxa legalment bħala ANR. Madankollu l-Kummissjoni ma teskludix li miżura bħal dik tista’, sakemm din tikkonforma mal-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni, tikkostitwixxi l-korrispettiv ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku kopert bl-Artikolu 106(2) TFUE u hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina dan.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Analiżi</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għandi nibda billi nippreċiża li, minkejja li l-kuntratt li jinkludi l-klawżola tal-limitazzjoni tat-tariffa ġie konkluż qabel l-adozzjoni tal-QLĠ, id-diversi direttivi li jikkomponuh kellhom jiġu trasposti mill-Istati Membri mhux aktar tard mill-<DATE ISO="20030724">24 ta’ Lulju 2003</DATE> u li l-Istat Membri minn dakinhar huma obbligati li josservaw id-dispożizzjonijiet u jiggarantixxu l-osservanza tagħhom fit-territorju kollu tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Dan huwa obbligu li għandhom l-Istati Membri bis-saħħa tad-direttivi nfushom u għalhekk indipendentement mid-dmir ta’ kooperazzjoni leali li għandhom skont l-Artikolu 4(3) TUE b’mod li, jekk irid jiġi konkluż li l-QLĠ jipprekludi l-applikazzjoni tal-klawżola tal-limitazzjoni tat-tariffa inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jkunx meħtieġ li tingħata risposta għat-tielet u r-raba’ domandi preliminari billi l-interpretazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet tal-QLĠ timplika <HT TYPE="ITALIC">ipso facto</HT> ksur ta’ dan id-dmir.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Imbagħad għandu jingħad li, kif jirriżulta mill-analiżi tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-QLĠ u kif UPC, il-Kummissjoni u l-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA essenzjalment semmew fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom kif ukoll fis-seduta, miżuri ta’ kontroll tal-prezz tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi bħal dik fil-kawża prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Il-miżuri msemmijin fl-Artikolu 5(1) u (2) tad-Direttiva tal-Aċċess ma japplikawx fil-kawża prinċipali.</P></NOTE> ma jistgħux jiġu aċċettati ħlief sa fejn jirrigwardaw miżuri li jistgħu jiġu adottati minn ANR fir-rigward ta’ impriża b’saħħitha fis-suq jew sa fejn jistgħu jiġu ġġustifikati abbażi ta’ għan ta’ interess ġenerali jew tal-Artikolu 106(2) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Anki jekk jingħad li l-Gemeente Hilversum jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ kompetenza, ta’ indipendenza funzjonali u legali, ta’ imparzjalità u ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva Qafas kif ukoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20101006">6 ta’Ottubru 2010</DATE>, Base <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-389/08" PAGE.ECR="I-9073" YEAR="2010">C-389/08, Ġabra p. I-9073</REF.DOC.ECR>, punti 27 sa 30).</P></NOTE> biex ikun jista’ jiġi kklassifikat validament bħala ANR<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>L-Artikolu 3(6) tad-Direttiva Qafas jipprovdi, barra minn hekk, li l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ANR kollha li huma inkarigati bit-twettiq ta’ kompiti skont il-QLĠ. Madankollu l-Kummissjoni indikat fin-noti tagħha, mingħajr ma ġiet kontradetta, li l-Gemeente Hilversum ma jidhirx fuq il-lista li kien bagħtilha r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.</P></NOTE>, fi kwalunkwe każ, ma jistax, kif ser nuri inizjalment, jitqies li aġixxa legalment f’din il-kapaċità, sa fejn il-klawżola tal-limitazzjoni tat-tariffa imposta fuq UPC ġiet adottata bi ksur tar-regoli proċedurali ddettaljati stabbiliti bid-diversi direttivi rilevanti.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minkejja li ma jistax jiġi eskluż li l-Gemeente Hilversum jista’, mhux bħala ANR, imma bħala kollettività territorjali, jadotta tali miżura ta’ limitazzjoni tat-tariffa, sakemm din tal-aħħar tkun iġġustifikata biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess ġenerali jew skont l-Artikolu 106(2) TFUE, hija madankollu l-qorti tar-rinviju li għandha tagħmel il-verifiki f’dan ir-rigward, kif ser nuri sussegwentement.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Fuq il-miżuri ta’ kontroll tal-prezzijiet li jistgħu jiġu adottati abbażi tal-QLĠ</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Wieħed għandu jibda billi jfakkar li l-iskop tal-QLĠ huwa li jiġi stabbilit suq intern ġenwin tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, li fil-kuntest tiegħu dawn ikollhom, maż-żmien, jiġu rregolati biss mid-dritt tal-kompetizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara l-punt 37 hawn fuq.</P></NOTE>, b’mod partikolari permezz tat-tnaqqis progressiv tal-leġiżlazzjoni settorjali <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara, f’dan ir-rigward, ir-Rakkomandazzjonijiet 2003/311/KE u 2007/879/KE tal-Kummissjoni, tas-<DATE ISO="20071217">17 ta’ Diċembru 2007</DATE>, dwar is-swieq rilevanti tal-prodotti u tas-servizzi fi ħdan is-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li huma suxxettibli għal regolazzjoni ex ante skond id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="65" NO.OJ="344" DATE.PUB="2007">ĠU L 344, p. 65</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(3) tad-Direttiva Kompetizzjoni jippreċiża li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda restrizzjoni ma tiġi imposta jew miżmuma għall-provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fuq in-netwerks ta’ komunikazzjoni elettroniċi, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Aċċess, tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni, tad-Direttiva Qafas u tad-Direttiva Servizz Universali.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Għalhekk, huwa permezz tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dawn id-direttivi li tirriżulta s-sistema ta’ kompetizzjoni stabbilita mill-QLĠ kif ukoll l-emendi tagħhom u li għandha tiġi eżaminata l-kompatibbiltà tal-applikazzjoni tal-klawżola tal-limitazzjoni tat-tariffa.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Id-Direttiva Qafas tistabbilixxi, f’din il-perspettiva, il-kompiti li għandhom, taħt il-kontroll tal-Kummissjoni, l-ANR u tistabbilixxi l-proċeduri li jiggarantixxu l-applikazzjoni armonizzata tal-QLĠ fl-Unjoni kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>L-ANR, iddefiniti fl-Artikolu 2(g) tad-Direttiva Qafas, huma b’dan il-mod inkarigati li jieħdu, skont l-Artikolu 8(1) ta’ din l-istess direttiva, il-miżuri kollha raġonevoli u proporzjonati għat-twettiq tal-għanijiet iddefiniti fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ din l-istess dispożizzjoni, jiġifieri, il-promozzjoni tal-kompetizzjoni speċjalment fil-provvista tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u tar-riżorsi u servizzi assoċjati, il-kontribuzzjoni għall-iżvilupp tas-suq intern u l-appoġġ għall-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, l-Artikolu 3 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni jobbliga lill-Istati Membri li jiggarantixxu l-libertà ta’ provvista ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, filwaqt li jiġi ppreċiżat li din il-provvista fil-prinċipju tista’ biss tkun is-suġġett ta’ awtorizzazzjoni ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Għandu jiġi ppreċiżat, bla ħsara għall-kundizzjonijiet li dik id-direttiva tistabbilixxi, partikolarment fil-parti A tal-anness tagħha, u tar-restrizzjonijiet iġġustifikati minn kunsiderazzjonijiet dwar l-ordni pubbliku, għas-saħħa pubblika u għas-sigurtà pubblika, imsemmijin fl-Artikolu 52(1) TFUE li ma humiex inkwistjoni fl-kawża prinċipali. Ara l-premessa 3 tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni.</P></NOTE>, mingħajr preġudizzju għall-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2).</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni jipprovdi, f’dan il-każ, b’mod partikolari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi wkoll il-possibbiltà li jiġu imposti obbligi speċifiċi fuq il-fornituri indikati għall-provvista ta’ servizz universali, skont id-Direttiva Servizz Universali, imma din tal-aħħar, kif indikat iktar ’il fuq, ma hijiex rilevanti f’dan il-każ.</P></NOTE>, il-possibbiltà għall-ANR li jimponu obbligi speċifiċi fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li għandhom saħħa sinjifikattiva fis-suq, skont l-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva tal-Aċċess billi l-adozzjoni tagħhom hija suġġetta għal kundizzjonijiet u modalitajiet preċiżi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara wkoll il-premessa 27 tad-Direttiva Qafas.</P></NOTE>. Din l-istess dispożizzjoni tindika, minn naħa, li dawn l-obbligi speċifiċi għandhom ikunu distinti fuq il-livell ġuridiku mill-obbligi u d-drittijiet imsemmijin fl-awtorizzazzjoni ġenerali u, min-naħa l-oħra, li l-kriterji u l-proċeduri għall-impożizzjoni ta’ dawn l-obbligi għandhom jidhru fl-awtorizzazzjoni ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Hawnhekk għandu jiġi enfasizzat li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandha l-ebda informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni ġenerali mogħtija lil UPC, ħlief li l-Gemeente Hilversum kellu jgħin biex din tiksibha.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Hu x’inhu l-każ, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-klawżola tal-limitazzjoni tat-tariffa imposta mill-Gemeente Hilversum fuq UPC tista’ taqa’ taħt il-miżuri ta’ kontroll tal-prezzijiet imsemmijin fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Aċċess li jistgħu jittieħdu fir-rigward ta’ impriżi li għandhom saħħa sinjifikattiva fis-suq skont l-Artikolu 8 ta’ dik id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, minħabba l-kompetizzjoni li teżisti bejn ix-xandir ta’ programmi ta’ RTV bil-cable u l-iżvilupp tat-televiżjoni diġitali terrestri, minn naħa, u tax-xandir ta’ programmi ta’ RTV min-netwerks DSL, min-naħa l-oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara, f’dan ir-rigward, id-dokument ta’ ħidma li jakkumpanja r-Rakkomandazzjoni Nru 2007/879/KE, SEC(2007) 1483/2, p. 48.</P></NOTE>, is-suq inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma għadux fost dawk imsemmija fir-Rakkomandazzjoni Nru 2007/879/KE bħala swieq li jistgħu jkunu suġġetti għal leġiżlazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Ċertament, kif tosserva l-Kummissjoni, dan il-fatt ma jipprekludix fil-prinċipju li ANR tkun tista’ tiddefinixxi swieq ta’ utenti finali li jikkorrispondu maċ-ċirkustanzi nazzjonali li jiġġustifikaw leġiżlazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva Qafas.</P></NOTE> .</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Madankollu, xorta jeħtieġ li ssir id-definizzjoni ta’ dawn is-swieq skont il-proċeduri previsti fl-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva Qafas, u partikolarment wara li l-persuni kkonċernati jkunu tqiegħdu f’pożizzjoni li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara l-Artikolu 6 tad-Direttiva Qafas.</P></NOTE>, li l-analiżi ta’ dawn is-swieq issir fl-osservanza tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 tad-Direttiva Qafas, li, ladarba jiġi kkonstatat li s-suq rilevanti ma huwiex effettivament kompetittiv, l-identifikazzjoni tal-impriżi b’saħħithom fis-suq issir skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva Qafas u li, fl-aħħar nett, l-adozzjoni tal-miżura ta’ kontroll tal-prezzijiet issir fl-osservanza tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva Qafas, minn naħa, u tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Aċċess min-naħa l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-proċess li l-miżura imposta fuq UPC ġiet applikata fil-konfront tagħha bi ksur tad-diversi obbligi proċedurali imposti mid-diversi dispożizzjonijiet rilevanti tal-QLĠ, partikolarment dawk stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva Qafas.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Ir-rilevanza tad-direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>servizz universali<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> għandha titwarrab għall-istess raġunijiet. Jekk l-Artikolu 9 jistabbilixxi li l-miżuri ta’ kontroll tal-prezzijiet jistgħu jiġu imposti fuq impriżi indikati għall-eżekuzzjoni ta’ servizz universali, dawn tal-aħħar ma jistgħux, fl-eventwalità li jistgħu jiġu applikati għal servizzi tal-RTV, jiġu imposti ħlief fl-aħħar ta’ analiżi tas-suq kif stabbilit fl-Artikolu 16 tad-Direttiva Qafas u fl-Artikoli 16 u 17 tad-direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>servizz universali<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20100506">6 ta’ Mejju 2010</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (C‑545/08, punti 47 sa 57).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jista’ jiġi provviżorjament konkluż li l-QLĠ fil-prinċipju jipprekludi l-klawżola tal-limitazzjoni tat-tariffa, sakemm ma jiġix stabbilit li hija ġġustifikata biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fil-fatt l-Artikolu 1(2) u (3) tad-Direttiva Qafas jippreċiża li d-dispożizzjonijiet tad-direttivi li jikkomponu l-QLĠ ma jippreġudikaw la l-obbligi imposti fuq dawn is-servizzi permezz ta’ miżuri nazzjonali adottati skont id-dritt tal-Unjoni jew permezz tad-dritt tal-Unjoni stess, u lanqas il-miżuri adottati mill-Unjoni jew mill-Istati Membri b’rispett tad-dritt tal-Unjoni sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ interess ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>F’dan il-każ ma huwiex qed jiġi allegat li l-klawżola tal-limitazzjoni tat-tariffa tirriżulta minn obbligu stabbilit minn miżuri nazzjonali adottati skont id-dritt tal-Unjoni jew permezz tad-dritt tal-Unjoni. Iżda, għandu jiġi eżaminat jekk l-applikazzjoni ta’ din il-klawżola ssegwix għan ta’ interess ġenerali fis-sens tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva Qafas jew tistax tiġi ġġustifikata skont l-Artikolu 106(2) TFUE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fuq il-ġustifikazzjonijiet abbażi ta’ għan ta’ interess ġenerali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva Qafas jipprovdi li din id-direttiva kif ukoll id-direttivi speċifiċi huma mingħajr preġudizzju għall-miżuri adottati fuq il-livell tal-Komunità jew nazzjonali, b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni, sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ interess ġenerali, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-kontenut u l-politika awdjoviżiva.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Mill-premessa 6 mid-Direttiva Qafas jirriżulta li l-Istati Membri jistgħu, b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni, jimplementaw, b’mod partikolari, politika awdjoviżiva u leġiżlazzjoni fil-qasam tal-kontenuti biex jintlaħqu għanijiet ta’ interess ġenerali, bħal-libertà ta’ espressjoni, il-pluraliżmu tal-media, l-imparzjalità, id-diversità kulturali u lingwistika, l-integrazzjoni soċjali, il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-protezzjoni tal-minuri.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jekk il-qorti tar-rinviju fl-espożizzjoni tal-motivi tad-deċiżjoni tar-rinviju tagħha bħal fit-tieni domanda preliminari tagħha, issemmi l-idea li l-Gemeente Hilversum aġixxa permezz ta’ strumenti ta’ dritt privat biex jiddefendi l-interessi pubbliċi tal-abitanti tiegħu, hija ma tipprovdi l-ebda indikazzjoni fuq in-natura tal-interessi li ġew difiżi.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Il-Gemeente Hilversum u l-Gvern Olandiż isostnu, f’dan ir-rigward, li l-klawżola tal-limitazzjoni tat-tariffa, li ġiet miftiehma liberament, issegwi għan ta’ protezzjoni tal-konsumaturi. Hija tippermetti li tiġi ggarantita l-provvista ta’ servizz ta’ RTV, il-pakkett analoġiku bażiku, b’tariffa soċjalment aċċettabbli li għandha tibqa’ moderata għad-djar bi dħul modest, u l-imsemmi servizz jikkostitwixxi, għalhekk, servizz ta’ utilità pubblika fundamentali.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Kif tfakkar iktar ’l fuq, l-għan tal-QLĠ huwa preċiżament biex jiġi ggarantit lill-utenti, permezz tal-promozzjoni tal-kompetizzjoni, benefiċċju massimu f’termini ta’ għażla, ta’ prezz u ta’ kwalità ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara l-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva Qafas.</P></NOTE>. B’mod partikolari huma l-ANR biss li għandhom jintervjenu jekk ikun il-każ, b’imparzjalità u trasparenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva Qafas.</P></NOTE>, wara analiżi tas-suq, fir-rigward ta’ impriża b’saħħitha f’dak is-suq li għandha mnejn, fin-nuqqas ta’ kompetizzjoni effettiva, iżżomm il-prezzijiet f’livell eċċessivament għoli b’detriment tal-utenti finali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva ta’ Aċċess.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, u indipendentement ukoll mill-fatt li, f’dan il-każ, kif tfakkar fil-punti 11 sa 13 hawn fuq, l-OPTA adottat preċiżament, taħt il-kontroll tal-Kummissjoni, deċiżjoni fis-sens kuntrarju, il-ġustifikazzjoni mressqa b’dan il-mod mill-Gemeente Hilversum u mill-Gvern Olandiż ma tistax tintlaqa’ bħala tali.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Kummissjoni indirizzat fin-noti tagħha l-kwistjoni dwar jekk UPC setgħetx titqies li ġiet inkarigata mill-Gemeente Hilversum b’servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali fis-sens tal-Artikolu 106(2) TFUE. Madankollu hija tqis li ma għandhiex biżżejjed elementi biex tirrispondi din id-domanda u għaldaqstant titlob li l-qorti tar-rinviju tiddeċiedi f’dan ir-rigward fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-okkażjoni tiddeċiedi li l-Artikolu 106(2) TFUE, li jippermetti taħt ċerti kundizzjonijiet derogi mir-regoli ġenerali tat-Trattat, huwa intiż biex jikkonċilja l-interess tal-Istati Membri li jużaw ċerti impriżi, partikolarment fis-settur pubbliku, bħala strument ta’ politika ekonomika jew soċjali mal-interess tal-Unjoni li tiżgura l-osservanza tar-regoli tal-kompetizzjoni u ż-żamma tal-unità tas-suq komuni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tad-<DATE ISO="19910519">19 ta’ Mejju 1991</DATE>, Franza vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-202/88" PAGE.ECR="I-1223" YEAR="1991">C-202/88, Ġabra p. I-1223</REF.DOC.ECR>, punt 12); tat-<DATE ISO="19971023">23 ta’ Ottubru 1997</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-157/94" PAGE.ECR="I-5699" YEAR="1997">C-157/94, Ġabra p. I-5699</REF.DOC.ECR>, punt 39); tal-<DATE ISO="19990921">21 ta’ Settembru 1999</DATE>, Albany (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-67/96" PAGE.ECR="I-5751" YEAR="1999">C-67/96, Ġabra p. I-5751</REF.DOC.ECR>, punt 103), kif ukoll tal-<DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE>, Federutility <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-265/08" PAGE.ECR="I-3377" YEAR="2010">C-265/08, Ġabra p. I-3377</REF.DOC.ECR>, punt 29).</P></NOTE>. Fid-dawl tal-interess ddefinit b’dan il-mod tal-Istati Membri, imfakkar fl-Artikolu 14 TFUE, huma ma jistgħux, meta jiddeċiedu x’servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali jafdaw lil ċerti impriżi, jiġu pprojbiti milli jieħdu inkunsiderazzjoni għanijiet tal-politika nazzjonali tagħhom u milli jipprovaw jiksbuhom permezz ta’ obbligi u restrizzjonijiet li huma jimponu fuq l-imsemmija impriżi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi (punt 40) u Albany (punt 104).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Madankollu għandu jiġi kkonstatat li l-qorti tar-rinviju bl-ebda mod ma tirreferi għall-Artikolu 106(2) TFUE u lanqas għall-idea li l-klawżola tal-limitazzjoni tat-tariffa tikkostitwixxi l-manifestazzjoni tal-għoti mill-Gemeente Hilversum ta’ missjoni ta’ interess ekonomiku ġenerali lil UPC. Barra minn hekk, la l-Gemeente Hilversum u lanqas il-Gvern Olandiż ma allegaw li l-klawżola tal-limitazzjoni tat-tariffa setgħet tkun iġġustifikata skont l-Artikolu 106(2) TFUE. Min-naħa tagħha, UPC ma ħaditx pożizzjoni f’dan ir-rigward. Fis-seduta hija kkontestat ukoll l-allegazzjoni tal-Gemeente Hilversum li l-klawżola tal-limitazzjoni tat-tariffa ġiet ikkumpensata bi tnaqqis tal-prezz tal-bejgħ tan-netwerk bil-cable.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ biss tirrinvija lill-qorti tar-rinviju l-eżami ta’ jekk l-Artikolu 106(2) TFUE jistax jiġi applikat, fid-dawl tal-ġurisprudenza rilevanti, fil-kawża prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<DATE ISO="19940427">27 ta’ April 1994</DATE>, Almelo (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-393/92" PAGE.ECR="I-1477" YEAR="1994">C-393/92, Ġabra p. I-1477</REF.DOC.ECR>, punt 50).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, hija għandha, qabel kollox, tistabbilixxi jekk jistax jitqies li l-Gemeente Hilversum effettivament inkarigax lil UPC bil-ġestjoni ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali u, jekk dan huwa l-każ, jekk l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni tipprekludix it-twettiq tal-missjoni partikolari li ġiet fdata lilha b’dan il-mod<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19851003">3 ta’ Ottubru 1985</DATE>, CBEM (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="311/84" PAGE.ECR="3261" YEAR="1985">311/84, Ġabra p. 3261</REF.DOC.ECR>, punt 17); tat-<DATE ISO="19910423">23 ta’ April 1991</DATE>, Höfner u Elser (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-41/90" PAGE.ECR="I-1979" YEAR="1991">C-41/90, Ġabra p. I-1979</REF.DOC.ECR>, punt 24), kif ukoll tas-<DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE>, GT-Link (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-242/95" PAGE.ECR="I-4449" YEAR="1997">C-242/95, Ġabra p. I-4449</REF.DOC.ECR>, punt 49).</P></NOTE>, u dan il-kontroll jimplika, b’mod partikolari, li tiġi ddeterminata n-natura tal-bżonnijiet li jirriżultaw mit-twettiq tal-missjoni ta’ interess ġenerali inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara s-sentenza tal-<DATE ISO="19890411">11 ta’ April 1989</DATE>, Saeed Flugreisen u Silver Line Reisebüro (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="66/86" PAGE.ECR="803" YEAR="1989">66/86, Ġabra p. 803</REF.DOC.ECR>, punti 55 u 56).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Imbagħad għandha l-obbligu li tiżgura, fid-dawl tal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, li l-obbligi imposti josservaw għal kollox il-prinċipju ta’ proporzjonalità, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Ara s-sentenza Federutility <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq (punti 33 sa 47).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li l-Artikoli 6, 8 u 13 tad-Direttiva tal-Aċċess, l-Artikoli 3 u 6(2) tad-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni, kif ukoll l-Artikoli 1(2) u (3), 3, 6 u 7, u 14 sa 16 tad-Direttiva Qafas għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu, fil-prinċipju, l-applikazzjoni ta’ klawżola tal-limitazzjoni tat-tariffa bħal dik fil-kawża prinċipali, sakemm ma jiġix stabbilit li hija ġġustifikata biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess ġenerali jew skont l-Artikolu 106(2) TFUE, u li tikkonforma għal kollox mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, u hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>D –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-effett tal-Artikolu 101 TFUE (id-domandi 5 sa 8)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposti li qed nipproponi li jingħataw għall-ewwel domandi preliminari eżaminati hawn fuq, ma jidhirx meħtieġ li tingħata risposta għad-domandi 5 sa 8 fformulati mill-qorti tar-rinviju, li kollha jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi enfasizzat li ma huwiex possibbli li jiġi ddeterminat b’liema mod is-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali tista’ taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, għaliex il-qorti tar-rinviju ma tipprovdi l-ebda indikazzjoni fuq il-motivi li jwassluha biex tikkunsidra li l-Gemeente Hilversum għandu jitqies bħala impriża li kkonkludiet ftehim<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<DATE ISO="19910618">18 ta’ Ġunju 1991</DATE>, ERT (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-260/89" PAGE.ECR="I-2925" YEAR="1991">C-260/89, Ġabra p. I-2925</REF.DOC.ECR>, punt 29).</P></NOTE> fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ attivitajiet ekonomiċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza Höfner u Elser, iċċitata iktar ’il fuq.</P></NOTE> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>81.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari tal-Gerechtshof te Amsterdam bil-mod li ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, għandha tiġi interpretata fis-sens li jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tagħha servizz li jikkonsisti fil-provvista ta’ pakketti ta’ xandir televiżiv liberament aċċessibbli bil-cable li t-talba għall-ħlas tagħhom tinkludi l-ispejjeż ta’ trażmissjoni kif ukoll ir-remunerazzjoni tal-korpi tax-xandir televiżiv u d-drittijiet imħallsin lill-korpi ta’ ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur għax-xandir tal-kontenut tax-xogħlijiet, meta dak is-servizz jinvolvi t-trażmissjoni ta’ sinjali fuq netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikoli 6, 8 u 13 tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, l-Artikoli 3 u 6(2) tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, kif ukoll l-Artikoli 1(2) u (3), 3, 6 u 7, u 14 sa 16 tad-Direttiva 2002/21, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu, fil-prinċipju, l-applikazzjoni ta’ klawżola tal-limitazzjoni tat-tariffa bħal dik fil-kawża prinċipali, sakemm ma jiġix stabbilit li hija ġġustifikata biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess ġenerali jew skont l-Artikolu 106(2) TFUE u li tikkonforma għal kollox mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, u hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>