European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1770

8.9.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2025/1770

tas-27 ta’ Awwissu 2025

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1848 (EUNAVFOR MED IRINI/3/2025)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 tal-31 ta’ Marzu 2020 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (1), b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, li stabbiliet u nediet operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI).

(2)

Skont id-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-EUNAVFOR MED IRINI (“Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE”).

(3)

Fis-26 ta’ Ġunju 2024, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1848 (2), li taħtar lill-Viċi Ammirall Valentino RINALDI bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE mid-19 ta’ Lulju 2024.

(4)

Fit-3 ta’ Ġunju 2025, l-awtoritajiet militari Taljani pproponew li l-Viċi Ammirall Marco CASAPIERI jieħu post il-Viċi Ammirall Valentino RINALDI bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE mit-12 ta’ Settembru 2025.

(5)

Fis-17 ta’ Ġunju 2025, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa l-ħatra proposta magħmula mill-awtoritajiet militari Taljani.

(6)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Viċi Ammirall Marco CASAPIERI bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE.

(7)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1848 titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Viċi Ammirall Marco CASAPIERI huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) mit-12 ta’ Settembru 2025.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1848 hija b’dan imħassar.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Settembru 2025.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Awwissu 2025.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 101, 1.4.2020, p. 4, http://data.europa.eu/eli/dec/2020/472/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/1848 tas-26 ta’ Ġunju 2024 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1745 (EUNAVFOR MED IRINI/3/2024) (ĠU L, 2024/1848, 3.7.2024, http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1848/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1770/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)