|
21.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 332/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1688
tas-20 ta’ Settembru 2021
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 rigward il-listi ta’ pjanti ospitanti u pjanti speċifikati, u t-testijiet għall-identifikazzjoni ta’ Xylella fastidiosa
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) u (2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1201 (2) ilu japplika minn Awwissu tal-2020 bil-għan li jipprevjeni l-introduzzjoni u aktar tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) (“il-pest speċifikat”). |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 fih dispożizzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali mal-introduzzjoni fl-Unjoni. Dik id-dispożizzjoni tirreferi għall-kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fil-punt tad-dħul fl-Unjoni jew fil-post tad-destinazzjoni stabbilit f’konformità mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE (3). Fil-qafas il-ġdid għall-kontrolli uffiċjali stabbilit bir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 (5) stabbilixxa regoli ġodda għall-kontrolli uffiċjali li jitwettqu fil-punti ta’ kontroll li mhumiex postijiet tal-kontroll mal-fruntiera. Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2123 ħassar id-Direttiva 2004/103/KE b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2020. Għalhekk jixraq li r-referenza għal dik id-Direttiva tiġi sostitwita b’referenza għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2123. |
|
(3) |
Fit-23 ta’ Ġunju 2021, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel aġġornat il-bażi tad-data tal-pjanti ospitanti li huma suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa (Wells et al.). Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1201 jiġu emendati skont dan. |
|
(4) |
Għall-finijiet tat-trasparenza u taċ-ċarezza, jixraq li għal kull wieħed mit-testijiet elenkati fl-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201, jiġi indikat l-Identifikatur tal-Oġġett Diġitali (DOI) li jippermetti l-aċċess dirett għall-artikli xjentifiċi li jiddeskrivu lil dawk it-testijiet. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 33, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Kull kunsinna ta’ pjanti ospitanti introdotti fl-Unjoni minn pajjiż terz għandha tiġi kkontrollata uffiċjalment fil-post ta’ kontroll mal-fruntiera tal-ewwel dħul fl-Unjoni jew f’post ta’ kontroll fil-każijiet u fil-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123’. |
|
(2) |
L-Anness I huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(3) |
L-Anness II huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
|
(4) |
L-Anness IV huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-20 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1201 tal-14 ta’ Awwissu 2020 rigward miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) (ĠU L 269, 17.8.2020, p. 2).
(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE tas-7 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kontrolli tal-identità u s-saħħa tal-pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra, elenkati f’Parti B tal-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, li jistgħu jiġu esegwiti f’post ieħor li m’huwiex il-punt tad-dħul fil-Komunità jew f’post ieħor fil-qrib u tispeċifika l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw dawn il-kontrolli (ĠU L 313, 12.10.2004, p. 16).
(4) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-każijiet meta l-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi fuq ċerti oġġetti jistgħu jitwettqu f’punti ta’ kontroll u l-verifiki dokumentarji jistgħu jitwettqu ’l bogħod mill-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u l-kundizzjonijiet li bihom isiru dawn il-verifiki (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 64).
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS I
Lista ta’ pjanti magħrufa li huma suxxettibbli għal sottospeċi waħda jew aktar tal-pest speċifikat (‘pjanti ospitanti’)
Acacia
Acer
Adenocarpus lainzii
Albizia julibrissin Durazz.
Alnus rhombifolia Nutt.
Amaranthus retroflexus L.
Ambrosia
Ampelopsis arborea (L.) Koehne
Ampelopsis brevipedunculata (Maxim.) Trautv.
Ampelopsis cordata Michx.
Anthyllis hermanniae L.
Artemisia
Asparagus acutifolius L.
Athyrium filix-femina
Baccharis
Brassica
Calicotome spinosa (L.) Link
Calicotome villosa (Poiret) Link
Callicarpa americana L.
Callistemon citrinus (Curtis) Skeels
Calluna vulgaris (L.) Hull
Carya
Catharanthus roseus
Celtis occidentalis L.
Cercis canadensis L.
Cercis occidentalis Torr.
Cercis siliquastrum L.
Chamaecrista fasciculata (Michx.) Greene
Chenopodium album L.
Chionanthus
Chitalpa tashkentensis T. S. Elias & Wisura
Cistus
Citrus
Clematis cirrhosa L.
Coelorachis cylindrica (Michx.) Nash Coffea
Conium maculatum L.
Convolvulus cneorum L.
Coprosma repens A.Rich.
Coronilla
Cyperus eragrostis Lam.
Cytisus
Digitaria
Diospyros kaki L.f.
Diplocyclos palmatus (L.) C.Jeffrey
Dodonaea viscosa (L.) Jacq.
Echium plantagineum
Elaeagnus angustifolia L.
Encelia farinosa A. Gray ex Torr.
Eremophila maculata (Ker Gawler) F. von Müller.
Erigeron
Erodium moschatum (L.) L'Hérit.
Ibridi tal-Erysimum
Euphorbia chamaesyce L.
Euphorbia terracina L.
Euryops chrysanthemoides (DC.) B.Nord
Euryops pectinatus (L.) Cass.
Fagus crenata Blume
Fallopia japonica (Houtt.) Ronse Decr.
Fatsia japonica (Thunb.) Decne. & Planch.
Ficus carica L.
Fortunella
Frangula alnus Mill.
Fraxinus
Genista
Ginkgo biloba L.
Gleditsia triacanthos L.
Grevillea juniperina Br.
Hebe
Helianthus
Helichrysum
Heliotropium europaeum L.
Hemerocallis
Hevea brasiliensis (Willd. ex A.Juss.) Müll.Arg.
Hibiscus
Humulus scandens (Lour.) Merr.
Ilex aquifolium L.
Ilex vomitoria Sol. ex Aiton
Iva annua L.
Jacaranda mimosifolia D. Don
Juglans
Juniperus ashei J. Buchholz
Koelreuteria bipinnata Franch.
Lagerstroemia
Laurus nobilis L.
Lavandula
Lavatera cretica
Ligustrum lucidum L.
Liquidambar styraciflua L.
Lonicera implexa
Lonicera japonica Thunb.
Lupinus aridorum
Lupinus villosus
Magnolia grandiflora L.
Mallotus paniculatus (Lam.) Müll.Arg.
Medicago arborea L.
Medicago sativa L.
Metrosideros
Mimosa
Modiola caroliniana (L.) G. Don
Morus
Myoporum insulare R. Br.
Myrtus communis L.
Nandina domestica Murray
Neptunia lutea (Leavenw.) Benth.
Nerium oleander L.
Olea
Osteospermum ecklonis DC.
Osteospermum fruticosum (L.) Norl.
Parthenocissus quinquefolia (L.) Planch.
Paspalum dilatatum Poir.
Pelargonium
Perovskia abrotanoides
Persea americana Mill.
Phagnalon saxatile (L.) Cass.
Phillyrea angustifolia L.
Phillyrea latifolia L.
Phlomis fruticosa L.
Phoenix
Pinus taeda L.
Pistacia vera L.
Plantago lanceolata L.
Platanus
Pluchea odorata (L.) Cass.
Polygala grandiflora
Polygala myrtifolia L.
Prunus
Psidium
Pteridium aquilinum
Pyrus
Quercus
Ratibida columnifera (Nutt.) Wooton & Standl.
Rhamnus
Rhus
Robinia pseudoacacia L.
Rosa
Rosmarinus
Rubus
Ruta chalapensis
Salvia mellifera Greene
Salvia officinalis
Salvia rosmarinus
Sambucus
Santolina chamaecyparissus L.
Santolina magonica
Sapindus saponaria L.
Sassafras
Setaria magna Griseb.
Solidago fistulosa Mill.
Solidago virgaurea L.
Sorghum halepense (L.) Pers.
Spartium
Stewartia pseudocamellia
Strelitzia reginae Aiton
Streptocarpus
Symphyotrichum divaricatum (Nutt.) G.L.Nesom
Teucrium capitatum L.
Trifolium repens L.
Ulex
Ulmus
Vaccinium
Vinca
Vitis
Westringia fruticosa (Willd.) Druce
Westringia glabra R.Br.
Xanthium strumarium L.
ANNESS II
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS II
Lista ta’ pjanti magħrufa li huma suxxettibbli għal sottospeċijiet speċifiċi tal-pest speċifikat (“pjanti speċifikati”)
Pjanti speċifikati suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa tas-sottospeċi fastidiosa
Acer
Ambrosia artemisiifolia L.
Calicotome spinosa (L.) Link
Cercis occidentalis Torr.
Cistus monspeliensis L.
Citrus sinensis (L.) Osbeck
Coffea
Erysimum
Genista lucida L.
Juglans regia L.
Lupinus aridorum
Magnolia grandiflora L.
Medicago sativa L.
Metrosideros
Morus
Nerium oleander L.
Pluchea odorata (L.) Cass.
Polygala myrtifolia L.
Psidium
Prunus
Rhamnus alaternus L.
Salvia rosmarinum
Rubus rigidus Sm.
Rubus ursinus Cham. & Schldl.
Ruta chalapensis
Sambucus
Spartium junceum L.
Streptocarpus
Teucrium capitatum L.
Ulmus americana L.
Vaccinium corymbosum
Vinca
Vitis
Pjanti speċifikati suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa tas-sottospeċi multiplex
Acacia
Acer griseum (Franch.) Pax
Acer pseudoplatanus L.
Acer rubrum L.
Adenocarpus lainzii
Alnus rhombifolia Nutt.
Ambrosia
Ampelopsis cordata Michx.
Anthyllis hermanniae L.
Artemisia
Athyrium filix-femina
Asparagus acutifolius L.
Baccharis halimifolia L.
Calicotome spinosa (L.) Link
Calicotome villosa (Poir.) Link
Callistemon citrinus (Curtis) Skeels
Calluna vulgaris (L.) Hull
Carya
Celtis occidentalis L.
Cercis canadensis L.
Cercis occidentalis Torr.
Cercis siliquastrum L.
Chionanthus
Cistus
Clematis cirrhosa L.
Convolvulus cneorum L.
Coprosma repens A. Rich.
Coronilla
Cytisus
Dodonaea viscosa (L.) Jacq.
Echium plantagineum
Elaeagnus angustifolia L.
Encelia farinosa Gray ex Torr.
Erigeron
Erodium moschatum
Euryops chrysanthemoides (DC.) B.Nord.
Euryops pectinatus (L.) Cass.
Fallopia japonica (Houtt.) Ronse Decr.
Ficus carica L.
Frangula alnus Mill.
Fraxinus
Genista
Ginkgo biloba L.
Gleditsia triacanthos L.
Grevillea juniperina Br.
Hebe
Helianthus
Helichrysum
Hibiscus syriacus
Ilex aquifolium L.
Iva annua L.
Koelreuteria bipinnata Franch.
Lagerstroemia
Laurus nobilis L.
Lavandula
Lavatera cretica
Liquidambar styraciflua L.
Lonicera
Lupinus aridorum
Lupinus villosus Willd.
Magnolia grandiflora L.
Medicago arborea L.
Medicago sativa L.
Metrosideros
Myrtus communis L.
Nerium oleander
Olea
Osteospermum ecklonis (DC.) Norl.
Pelargonium
Perovskia abrotanoides
Phagnalon saxatile (L.) Cass.
Phillyrea angustifolia L.
Phillyrea latifolia
Phlomis fruticosa L.
Pistacia vera L.
Plantago lanceolata L.
Platanus
Polygala myrtifolia L.
Polygala grandiflora
Prunus
Pteridium aquilinum
Quercus
Ratibida columnifera (Nutt.) Wooton & Standl.
Rhamnus
Robinia pseudoacacia L.
Rosa
Rosmarinus
Rubus
Salvia mellifera Greene
Salvia officinalis
Salvia rosmarinus
Sambucus
Santolina chamaecyparissus L.
Santolina magonica
Sapindus saponaria L.
Solidago virgaurea L.
Spartium
Strelitzia reginae Aiton
Ulex
Ulmus
Vaccinium
Vinca
Westringia fruticosa Guerin.
Xanthium strumarium L.
Pjanti speċifikati suxxettibbli għall-Xylella fastidiosa tas-sottospeċi pauca
Acacia
Amaranthus retroflexus L.
Asparagus acutifolius L.
Catharanthus roseus (L.) G. Don
Chenopodium album L.
Cistus albidus L.
Cistus creticus L.
Citrus
Coffea
Dodonaea viscosa (L.) Jacq.
Eremophila maculata (Ker Gawler) F. von Müller.
Erigeron
Euphorbia chamaesyce L.
Euphorbia terracina L.
Grevillea juniperina Br.
Hebe
Heliotropium europaeum L.
Hibiscus
Laurus nobilis L.
Lavandula
Myoporum insulare Br.
Myrtus communis L.
Nerium oleander L.
Olea europaea L.
Osteospermum fruticosum (L.) Norl.
Pelargonium
Phillyrea latifolia L.
Pistachia vera
Polygala myrtifolia L.
Prunus
Rhamnus alaternus L.
Spartium junceum L.
Ulmus parviflorus
Vinca minor L.
Westringia fruticosa (Willd.) Druce
Westringia glabra Br.
ANNESS III
L-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1201 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS IV
Testjiet għall-identifikazzjoni tal-Xylella fastidiosa u s-sottospeċijiet tagħha
A. Testijiet għall-iskrinjar u l-identifikazzjoni tal-presenza tal-Xylella fastidiosa
|
1. |
PCR f’ħin reali abbażi ta’ Harper et al., 2010 (u erratum 2013) (1); |
|
2. |
Amplifikazzjoni isotermika medjata minn loops (LAMP) abbażi ta’ primers żviluppati minn Harper et al. 2010 (u erratum 2013) (2); |
|
3. |
PCR f’ħin reali abbażi ta’ Ouyang et al., 2013 (3) |
|
4. |
PCR konvenzjonali abbażi ta’ Minsavage et al. 1994 (4) |
B. Testijiet molekulari għall-identifikazzjoni tas-sottospeċijiet tal-Xylella fastidiosa
|
1. |
Tipizzazzjoni sekwenzjali multilokus (MLST) abbażi ta’ Yuan et al., 2010 li jiddetermina s-sottospeċijiet kollha (5); |
|
2. |
PCR konvenzjonali abbażi ta’ Hernandez-Martinez et al., 2006 li jiddetermina s-sottospeċijiet fastidiosa, multiplex u sandyi (6); |
|
3. |
PCR konvenzjonali abbażi ta’ Pooler u Hartung 1995 li jiddetermina s-sottospeċi pauca (7). |
(1) DOI: 10.1094/PHYTO-06-10-0168
(2) DOI: 10.1094/PHYTO-06-10-0168
(3) DOI: 10.1371/journal.pone.0081647
(4) DOI:10.1094/Phyto-84-456
(5) DOI: 10.1094/PHYTO-100-6-0601
(6) DOI: 10.1094/PD-90-1382
(7) DOI: 10.1007/BF00294703”