|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/411 |
6.3.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/411
tat-3 ta’ Marzu 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 fir-rigward taż-żieda tal-Georgia mal-lista ta’ pajjiżi fl-impenji tal-garanti għat-tranżitu
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1), il-punt (b) u l-Artikolu 100(1), il-punt (b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Wara d-deċiżjonijiet Nru 2/2024 u Nru 1/2024 tal-Kumitati Konġunti EU-CTC dwar it-tranżitu komuni u dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-oġġetti (2), rispettivament, fir-rigward tal-istediniet lill-Georgia biex taderixxi mal-Konvenzjoni dwar Proċedura Komuni ta’ Tranżitu (3), u mal-Konvenzjoni dwar is-Simplifikazzjoni ta’ formalitajiet f’kummerċ ta’ oġġetti (4). |
|
(2) |
Jeħtieġ li l-Annessi 32-01, 32-02 u 32-03 u l-Parti II, il-Kapitoli VI u VII tal-Anness 72-04 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (5) jiġu allinjati mal-Konvenzjoni dwar Proċedura Komuni ta’ Tranżitu biex titqies l-adeżjoni tal-Georgia ma’ dik il-Konvenzjoni, f’konformità mad-Deċiżjoni Nru 3/2024 tal-Kumitat Konġunt EU-CTC (6). Madankollu, sabiex jintuża l-istokk eżistenti tal-formoli kampjun tal-impenn tal-garanti, il-formoli kampjun stabbiliti fl-Annessi 32-01, 32-02 u 32-03 li huma validi fil-jum qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkomplu japplikaw sat-30 ta’ Ġunju 2026, skont l-adattamenti ġeografiċi meħtieġa fil-punt 1 ta’ dawk l-Annessi u r-referenza tal-isem u tal-indirizz għas-servizz tal-aġent awtorizzat fil-Georgia fil-punt 4 ta’ dawk l-Annessi. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(4) |
Peress li l-Georgia aderiet mal-Konvenzjoni dwar Proċedura Komuni ta’ Tranżitu u mal-Konvenzjoni dwar is-Simplifikazzjoni ta’ formalitajiet f’kummerċ ta’ oġġetti fl-1 ta’ Frar 2025, dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni għalhekk jenħtieġ li jibda japplika minn dik id-data. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-Parti I (L-impenn mill-garanti), il-punt 1 tal-Anness 32-01, il-kelma “Georgia” tiddaħħal qabel it-test “ir-Repubblika tal-Iżlanda”; |
|
(2) |
fil-Parti I (L-impenn mill-garanti), il-punt 1 tal-Anness 32-02, il-kelma “Georgia” tiddaħħal qabel it-test “ir-Repubblika tal-Iżlanda”; |
|
(3) |
fil-Parti I (L-impenn mill-garanti), il-punt 1 tal-Anness 32-03, il-kelma “Georgia” tiddaħħal qabel it-test “ir-Repubblika tal-Iżlanda”; |
|
(4) |
fil-Parti II, il-Kapitolu VI (Iċ-ċertifikat ta’ garanzija komprensiva) (TC 31 Iċ-ċertifikat ta’ garanzija komprensiva) (Il-faċċata), il-punt 7 tal-Anness 72-04, il-kelma “Georgia” tiddaħħal qabel il-kelma “l-Iżlanda”; |
|
(5) |
fil-Parti II, il-Kapitolu VII (Iċ-ċertifikat tat-tneħħija (tal-obbligu) ta’ garanzija) (TC33 Iċ-ċertifikat tat-tneħħija (tal-obbligu) ta’ garanzija) (Il-faċċata), il-punt 6 tal-Anness 72-04, il-kelma “Georgia” tiddaħħal qabel il-kelma “l-Iżlanda”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Frar 2025.
Il-formoli bbażati fuq il-formoli kampjun fl-Anness 32-01, fl-Anness 32-02, fl-Anness 32-03 u fil-Parti II, il-Kapitolu VI u l-Kapitolu VII tal-Anness 72-04 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, fil-verżjoni applikabbli fil-jum qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jkomplu jintużaw, skont l-adattamenti ġeografiċi meħtieġa u r-referenza tal-indirizz għas-servizz u tal-isem tal-aġent awtorizzat, sat-30 ta’ Ġunju 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj.
(2) Id-Deċiżjoni Nru 2/2024 tal-Kumitat Konġunt UE-Pajjiżi ta’ Tranżitu Komuni stabbilit mill-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu tal-21 ta’ Ottubru 2024 fir-rigward tal-istedina biex il-Georgia taderixxi ma’ dik il-Konvenzjoni [2025/197] (ĠU L, 2025/197, 30.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/197/oj) u d-Deċiżjoni Nru 1/2024 Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt UE-CTC tat-18 ta’ Ottubru 2024 fir-rigward l-emenda tal-Appendiċijiet I u IIIa tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu [2025/137] (ĠU L, 2025/137, 30.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/137/oj).
(3) 87/415/KEE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Ġunju 1987 dwar il-konklużjoni ta’ Konvenzjoni bejn il-Komunità Ewropea, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar proċedura ta’ transitu komuni (ĠU L 226, 13.8.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1987/415/oj).
(4) Laqgħa bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Iżvezja u l-Konfederazzjoni tal-Iżvizzera fuq is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fuq il-kummerċ f’merkanzija (ĠU L 134, 22.5.1987, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/convention/1987/267/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343 29.12.2015, p. 558, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2447/oj).
(6) Id-Deċiżjoni Nru 3/2024 tal-Kumitati Konġunti EU-CTC tal-5 ta’ Novembru 2024 fir-rigward tal-emenda tal-Appendiċi III u IIIa għall-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu rigward l-adeżjoni tal-Georgia [2025/174] (ĠU L, 2025/174, 27.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/174/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/411/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)