5.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/104


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2019/918 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tad-29 ta' Mejju 2019

li taħtar Imħallfin fil-Qorti Ġenerali

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati ta' tlieta u għoxrin Imħallef fil-Qorti Ġenerali ser jiskadu fil-31 ta' Awwissu 2019.

(2)

Barra minn hekk, l-Artikolu 48 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), jipprevedi li l-Qorti Ġenerali tkun komposta minn żewġ Imħallfin għal kull Stat Membru mill-1 ta' Settembru 2019 'il quddiem. L-Artikolu 2(c) ta' dak ir-Regolament jipprevedi li l-mandat ta' ħamsa mid-disa' Mħallfin addizzjonali li għandhom jinħatru mill-1 ta' Settembru 2019 jintemm fil-31 ta' Awwissu 2025.

(3)

Jenħtieġ li jsiru ħatriet biex jimtlew dawn il-pożizzjonijiet għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2019 sal-31 ta' Awwissu 2025.

(4)

Il-kandidaturi tas-Sur Eugène BUTTIGIEG, is-Sur Anthony COLLINS, is-Sa Ramona FRENDO, is-Sur Colm MAC EOCHAIDH, is-Sur Jan PASSER u s-Sa Vesna TOMLJENOVIĆ ġew proposti għat-tiġdid tal-mandat tagħhom.

(5)

Il-kandidaturi tas-Sa Petra ŠKVAŘILOVÁ-PELZL, is-Sur Johannes LAITENBERGER, is-Sa Gabriele STEINFATT, is-Sur José MARTÍN Y PÉREZ DE NANCLARES, is-Sur Miguel SAMPOL PUCURULL, is-Sa Tamara PERIŠIN u s-Sur Rimvydas NORKUS, dan tal-aħħar biex jissostitwixxi l-Imħallef propost mir-Repubblika tal-Litwanja fil-kuntest tat-tiġdid partzjali tat-Tribunal tal-2013, is-Sur Egidijus BIELIŪNAS, ġew proposti għall-ewwel mandat ta' Mħallef fil-Qorti Ġenerali.

(6)

Jenħtieġ li jinħatru dawn il-kandidati għall-ewwel mandat ta' Mħallef fil-Qorti Ġenerali biex jissostitwixxu lis-Sur Alfred DITTRICH, is-Sur Ignacio ULLOA RUBIO, is-Sur Leopoldo CALVO-SOTELO IBÁÑEZ-MARTÍN u s-Sur Egidijus BIELIŪNAS, u għall-pożizzjonijiet addizzjonali previsti fl-Artikolu 2(c) tar-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422.

(7)

Barra minn hekk, l-Artikolu 2(c) tar-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 jipprevedi li l-mandat ta' erbgħa mid-disa' mħallfin addizzjonali li għandhom jinħatru mill-1 ta' Settembru 2019 jintemm fil-31 ta' Awwissu 2022.

(8)

Il-kandidatura tas-Sur Iko NÕMM ġiet proposta għall-pożizzjoni ta' Mħallef fil-Qorti Ġenerali.

(9)

Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Eugène BUTTIGIEG, is-Sur Anthony COLLINS, is-Sa Ramona FRENDO, is-Sur Johannes LAITENBERGER, is-Sur Colm MAC EOCHAIDH, is-Sur José MARTÍN Y PÉREZ DE NANCLARES, is-Sur Iko NÕMM, is-Sur Rimvydas NORKUS, is-Sur Jan PASSER, is-Sa Tamara PERIŠIN, is-Sur Miguel SAMPOL PUCURULL, is-Sa Petra ŠKVAŘILOVÁ-PELZL, is-Sa Gabriele STEINFATT u s-Sa Vesna TOMLJENOVIĆ għall-qadi tad-dmirijiet ta' Mħallef fil-Qorti Ġenerali,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Dawn li ġejjin għandhom jinħatru Mħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2019 sal-31 ta' Awwissu 2025:

—

Is-Sur Eugène BUTTIGIEG,

—

Is-Sur Anthony COLLINS,

—

Is-Sa Ramona FRENDO,

—

Is-Sur Johannes LAITENBERGER,

—

Is-Sur Colm MAC EOCHAIDH,

—

Is-Sur José MARTÍN Y PÉREZ DE NANCLARES,

—

Is-Sur Rimvydas NORKUS,

—

Is-Sur Jan PASSER,

—

Is-Sa Tamara PERIŠIN,

—

Is-Sur Miguel SAMPOL PUCURULL,

—

Is-Sa Petra ŠKVAŘILOVÁ-PELZL,

—

Is-Sa Gabriele STEINFATT,

—

Is-Sa Vesna TOMLJENOVIĆ.

2.   Is-Sur Iko NÕMM għandu jinħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2019 sal-31 ta' Awwissu 2022.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Mejju 2019.

Il-President

L. ODOBESCU


(1)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 341 tal-24.12.2015, p. 14).