<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-655/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0655</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:40">EU:C:2021:40</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20210120">20.1.2021</DATE> – Kawża C‑655/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">AJFP Sibiu u DGRFP Brasov</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20210120">20 ta’ Jannar 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 9</KEYWORD><KEYWORD>Kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> u ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Tranżazzjonijiet intiżi li jieħdu minn proprjetà dħul li għandu natura permanenti</KEYWORD><KEYWORD>Akkwist minn kreditur ta’ proprjetà immobbli maqbuda fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata mibdija bl-għan tal-irkupru ta’ self kopert b’garanziji ipotekarji u bejgħ ta’ din il-proprjetà immobbli</KEYWORD><KEYWORD>Sempliċi eżerċizzju tad-dritt ta’ proprjetà mid-detentur tiegħu</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑655/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Curtea de Apel Alba Iulia (il-Qorti tal-Appell ta’ Alba Iulia, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20180322">22 ta’ Marzu 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20190830">30 ta’ Awwissu 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Sibiu,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Braşov</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">LN,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, C. Toader u N. Jääskinen (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: A. Rantos,</P><P>Reġistratur: Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal LN, minn G. Comăniţă, avocat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn E. Gane, A. Rotăreanu u S.‑A. Purza, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Armenia u R. Lyal, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 2 u 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>, iktar ‘il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Direttiva dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, l-Administrația Județeană a Finanțelor Publice Sibiu (AJFP Sibiu) (l-Amministrazzjoni Dipartimentali tal-Finanzi Pubbliċi ta’ Sibiu, ir-Rumanija), u d-Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Brașov (DGRFP Brașov) (id-Direttorat Ġenerali Reġjonali għall-Finanzi Pubbliċi ta’ Brasov, ir-Rumanija) u, min-naħa l-oħra, LN, dwar impożizzjoni addizzjonali tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva dwar il-VAT jipprovdi li l-kunsinni ta’ merkanziji magħmula bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali huma suġġetti għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> għandha tfisser kull persuna li, b’mod indipendenti, twettaq fi kwalunkwe post kwalunkwe attività ekonomika, ikun x’ikun l-iskop jew ir-riżultati ta’ dik l-attività.</ALINEA><ALINEA>Kwalunkwe attività ta’ produtturi, kummerċjanti jew persuni li jagħtu servizzi, inklużi attivitajiet fil-minjieri u fl-agrikoltura u attivitajiet fil-professjonijiet, għandhom jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/>. L-isfruttament ta’ proprjetà tanġibbli jew intanġibbli għal skopijiet ta’ dħul minnha fuq bażi kontinwa għandha b’mod partikolari titqies bħala attività ekonomika.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Rumen</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 125a tal-Legea nr. 571/2003 privind Codul fiscal (il-Liġi Nru 571/2003 dwar il-Kodiċi tat-Taxxi) tat‑<DATE ISO="20031222">22 ta’ Diċembru 2003</DATE> (M. Of., Parti I, Nru 927/<DATE ISO="20031223">23 Diċembru 2003</DATE>), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Kodiċi tat-Taxxa<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="125A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet ta’ dan it-titolu, il-kliem u l-espressjonijiet indikati iktar ’il quddiem għandhom it-tifsira li ġejja:</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="125A.018"><NO.PARAG>18.</NO.PARAG><ALINEA>tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> fis-sens tal-Artikolu 127(1), persuna fiżika, grupp ta’ persuni, istituzzjoni pubblika, persuna ġuridika, u kull entità li tista’ teżerċita attività ekonomika;</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="125A.020"><NO.PARAG>20.</NO.PARAG><ALINEA>tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>persuna mhux taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> persuna li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet meħtieġa fl-Artikolu 127(1) sabiex titqies bħala persuna taxxabbli;</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="125A.021"><NO.PARAG>21.</NO.PARAG><ALINEA>jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>persuna<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> persuna taxxabbli, persuna ġuridika mhux taxxabbli jew persuna mhux taxxabbli;</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 127 ta’ dan il-kodiċi huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="127.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Huwa meqjus bħala persuna taxxabbli kull min, b’mod indipendenti, iwettaq fi kwalunkwe post attività ekonomika li taqa’ taħt il-paragrafu 2, ikun x’ikun l-iskop jew ir-riżultat ta’ dawn l-attivitajiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="127.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fis-sens ta’ dan it-titolu, l-attivitajiet ekonomiċi għandhom jinkludu l-attivitajiet ta’ produttur, ta’ kummerċjant jew ta’ fornitur ta’ servizzi, inklużi l-attivitajiet fil-minjieri, fl-agrikoltura u dawk tal-professjonijiet liberali jew simili għalihom. L-użu ta’ proprjetà tanġibbli jew intanġibbli bil-għan li jinkiseb dħul minnha fuq bażi kontinwa għandu b’mod partikolari jitqies bħala attività ekonomika.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="127.001A"><NO.PARAG>2<HT TYPE="SUP">1</HT>.</NO.PARAG><ALINEA>Il-każijiet li fihom il-persuni fiżiċi li jwettqu kunsinni ta’ proprjetà immobbli jsiru persuni taxxabbli huma speċifikati permezz ta’ regolament.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 152 tal-imsemmi kodiċi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="152.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Persuna taxxabbli stabbilita fir-Rumanija li d-dħul mill-bejgħ annwali rreġistrat jew attwali tagħha huwa taħt il-limitu ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">35000</FT>, li l-ekwivalenti f’[f’lei Rumeni (RON)] huwa stabbilit skont ir-rata ta’ kambju kkomunikata mill-Banca Națională a României [(il-Bank Nazzjonali tar-Rumanija)] fid-data tal-adeżjoni u arrotondat għal kull elf li jmiss, tista’ tapplika l-eżenzjoni mit-taxxa, imsejħa iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>iskema speċjali ta’ eżenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 126(1), bl-eċċezzjoni tal-kunsinni intra-Komunitarji ta’ mezzi tat-trasport ġodda, eżentati konformement mal-Artikolu 143(2)(b).”</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="152.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-dħul mill-bejgħ li jservi bħala riferiment għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 huwa kkostitwit mill-ammont globali, mingħajr VAT, fil-każ previst fil-paragrafi 7 u 7a, tal-kunsinna ta’ oġġetti u tal-provvisti ta’ servizzi mwettqa mill-persuna taxxabbli matul sena kalendarja, taxxabbli jew, skont il-każ, li kienu jkunu taxxabbli li kieku ma kinux twettqu minn impriża żgħira, tat-tranżazzjonijiet li jirriżultaw minn attivitajiet ekonomiċi li għalihom il-post ta’ kunsinna jew ta’ provvista jitqies li huwa barra mill-pajjiż, fil-każ li t-taxxa tkun tista’ titnaqqas, jekk dawn it-tranżazzjonijiet kienu seħħew fir-Rumanija konformement mal-Artikolu 145(2)(b), tat-tranżazzjonijiet eżentati bi dritt għal tnaqqis u ta’ dawk eżentati mingħajr dritt għal tnaqqis, previsti fl-Artikolu 141(2)(a), (b), (e) u (f) jekk dawn ma humiex aċċessorji għall-attività prinċipali, bl-eċċezzjoni tat-tranżazzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-kunsinni ta’ assi fissi tanġibbli jew intanġibbli, kif iddefiniti fil-punt 3 tal-Artikolu 125a(1), imwettqa mill-persuna taxxabbli;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-kunsinni intra-Komunitarji ta’ mezzi ġodda ta’ trasport, eżentati konformement mal-Artikolu 143(2)(b).</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="152.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Persuna taxxabbli li tibbenefika mill-iskema speċjali ta’ eżenzjoni u li d-dħul mill-bejgħ tagħha, kif previst fil-paragrafu 2, huwa ogħla minn jew ekwivalenti għal-limitu għall-eżenzjoni matul sena kalendarja għandha titlob li tiġi identifikata għall-finijiet tal-VAT, konformement mal-Artikolu 153, f’terminu ta’ għaxart ijiem mid-data li fiha jintlaħaq jew jinqabeż l-imsemmi limitu. […] L-iskema speċjali ta’ eżenzjoni għandha tapplika sad-data ta’ identifikazzjoni għall-finijiet tal-VAT, konformement mal-Artikolu 153. Jekk il-persuna taxxabbli inkwistjoni ma titlobx li tiġi identifikata<?PAGE NO="4"?> jew titlob li tiġi identifikata tardivament għall-finijiet tal-VAT, l-awtoritajiet fiskali kompetenti jkollhom id-dritt li jimponu fuqha obbligi ta’ ħlas tat-taxxa u obbligi anċillari għaliha, mid-data li fiha hija kellha tiġi identifikata għall-finijiet tal-VAT, konformement mal-Artikolu 153.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 153 tal-istess kodiċi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="153.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Persuna taxxabbli stabbilita fir-Rumanija, konformement mal-Artikolu 125a(2)(b) u li teżerċita jew għandha l-intenzjoni li teżerċita attività ekonomika li tinvolvi tranżazzjonijiet taxxabbli u/jew eżentati mill-VAT bi dritt għal tnaqqis għandha titlob lill-awtorità fiskali kompetenti li tiġi identifikata għall-finijiet tal-VAT, kif ġej:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jekk, matul sena kalendarja, hija tilħaq jew taqbeż il-limitu massimu ta’ eżenzjoni previst fl-Artikolu 152(1), f’terminu ta’ għaxart ijiem li jibdew jiddekorru mill-aħħar tax-xahar li fih hija tilħaq jew taqbeż dan il-limitu massimu;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="153.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtoritajiet tat-taxxa kompetenti għandhom jipproċedu għall-identifikazzjoni tal-VAT, konformement ma’ dan l-artikolu, ta’ kull persuna li, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-titolu, hija obbligata tressaq talba għal identifikazzjoni, konformement mal-paragrafi 1, 2, 4 jew 5.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="153.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>Meta persuna obbligata titlob li tiġi identifikata, konformement mal-paragrafi 1, 2, 4 jew 5, ma tagħmilx it-talba għal dan, l-awtoritajiet tat-taxxa kompetenti għandhom iwettqu <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-identifikazzjoni għall-finijiet tal-VAT ta’ din il-persuna.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-punt 3 tal-Hotărârea Guvernului nr. 44/2004 pentru aprobarea Normelor metodologice de aplicare a Legii 571/2003 privind Codul fiscal (id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 44/2004 li tapprova l-istandards metodoloġiċi ta’ applikazzjoni tal-Liġi Nru 571/2003 dwar il-Kodiċi tat-Taxxa), tat‑<DATE ISO="20040122">22 ta’ Jannar 2004</DATE> (M. Of., Parti I, Nru 112/<DATE ISO="20040206">6 Frar 2004</DATE>), fil-verżjoni tagħha applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali, jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1. Fis-sens tal-Artikolu 127(2) tal-Kodiċi tat-Taxxa, l-isfruttament ta’ proprjetà tanġibbli jew intanġibbli, konformement mal-prinċipju fundamentali tas-sistema tal-VAT skont liema t-taxxa għandha tkun newtrali, ikopri kull tip ta’ tranżazzjonijiet, tkun xi tkun il-forma ġuridika tagħhom, kif ikkonstatat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi van Tiem, C‑186/89, C‑306/94, Régie dauphinoise, u C‑77/01, Empresa de Desenvolvimento Mineiro SA (EDM).</P><P>2. B’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-persuni fiżiċi ma jeżerċitawx attività ekonomika li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-taxxa meta jiksbu dħul mill-bejgħ ta’ alloġġjamenti li jappartjenu lilhom personalment jew ta’ proprjetajiet oħra li huma jkunu użaw għal finijiet personali. Il-kategorija ta’ beni użati għal finijiet personali tinkludi l-bini u, jekk ikun il-każ, l-art relatata miegħu, li jappartjenu personalment lil persuni fiżiċi, li ntużaw għal finijiet ta’ abitazzjoni, inklużi d-djar għall-vaganzi u kull proprjetà oħra użata personalment mill-persuna fiżika kif ukoll il-proprjetà ta’ kwalunkwe natura li ntirtet legalment jew akkwistata b’applikazzjoni tal-miżuri korrettivi previsti mil-liġijiet dwar ir-rikostituzzjoni tad-dritt għall-proprjetà.</P><?PAGE NO="5"?><P>3. Il-persuna fiżika li ma tkunx diġà saret persuna taxxabbli għal attività oħra twettaq attività ekonomika meta tisfrutta proprjetà tanġibbli jew intanġibbli billi taġixxi bħala tali, b’mod indipendenti, u meta l-attività inkwistjoni titwettaq bl-għan li jinkiseb dħul ta’ natura permanenti, fis-sens tal-Artikolu 127(2) tal-Kodiċi tat-Taxxa.</P><P>4. Fil-każ ta’ bini ta’ proprjetà immobbli minn persuni fiżiċi għal finijiet ta’ bejgħ, l-attività ekonomika għandha titqies li tkun bdiet fil-mument meta l-persuna inkwistjoni kellha l-intenzjoni li teżerċita tali attività, u l-intenzjoni tal-persuna inkwistjoni għandha tiġi evalwata abbażi ta’ elementi oġġettivi, pereżempju l-fatt li tibda tinkorri spejjeż u/jew tagħmel investimenti preparatorji bl-għan li tibda l-attività ekonomika. L-attività ekonomika għandha titqies li hija ta’ natura permanenti mill-bidu tagħha u għandha tinkludi wkoll it-trasferiment tal-proprjetà jew tal-partijiet mill-proprjetà immobbli mibnija, anki fil-każ ta’ proprjetà immobbli waħda biss.</P><P>5. Fil-każ ta’ akkwist ta’ artijiet u/jew ta’ bini mill-persuna fiżika għall-finijiet ta’ bejgħ, il-kunsinna ta’ dawn il-proprjetajiet hija attività ekonomika ta’ natura permanenti jekk il-persuna fiżika twettaq iktar minn tranżazzjoni waħda matul sena kalendarja. Madankollu, jekk il-persuna fiżika diġà tibni proprjetà immobbli għall-finijiet ta’ bejgħ, konformement mal-paragrafu 4, peress li l-attività ekonomika diġà titqies li tkun bdiet u li hija permanenti, kwalunkwe tranżazzjoni oħra mwettqa sussegwentement ma tistax titqies iktar li ssir fuq bażi okkażjonali. Għalkemm l-ewwel kunsinna hija kkunsidrata bħala okkażjonali, peress li hemm it-tieni kunsinna matul l-istess sena, l-ewwel kunsinna ma hijiex intaxxata, iżda tittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-limitu massimu previst fl-Artikolu 152 tal-Kodiċi tat-Taxxa. Il-kunsinni ta’ bini u ta’ artijiet, eżentati mit-taxxa konformement mal-Artikolu 141(2)(f) tal-Kodiċi tat-Taxxa, jittieħdu inkunsiderazzjoni kemm sabiex tiġi stabbilita n-natura permanenti tal-attività ekonomika kif ukoll għall-kalkolu tal-limitu massimu ta’ eżenzjoni previst fl-Artikolu 152 tal-Kodiċi tat-Taxxa.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Matul is-sena 2009, LN tat diversi self lil terz, għal ammont totali ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">80400</FT>, flimkien ma’ garanziji ipotekarji fuq diversi proprjetajiet immobbli. Peress li s-self ma setax jiġi rrimborsat, l-imsemmija proprjetajiet immobbli ġew irkantati u tlieta minnhom ġew aġġudikati lil LN.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Matul is-sena 2010, LN ikkonkluda żewġ kuntratti ta’ bejgħ, fejn l-ewwel wieħed kien jirrigwarda wieħed mit-tliet proprjetajiet immobbli msemmija fil-punt preċedenti, u l-ieħor kien jirrigwarda art li kienet ġiet akkwistata matul is-sena 2005. Iż-żewġ immobbli l-oħra li kienu ġew aġġudikati lil LN kienu s-suġġett ta’ kuntratti ta’ bejgħ distinti matul is-snin 2011 u 2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Matul is-sena 2016, fl-okkażjoni ta’ kontroll fiskali, ġie kkonstatat mill-AJFP Sibiu li t-tranżazzjonijiet imwettqa mis-sena 2010 kienu pproduċew, fit‑<DATE ISO="20100630">30 ta’ Ġunju 2010</DATE>, dħul ta’ ammont ta’ RON <FT TYPE="NUMBER">611364</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">145000</FT>), b’tali mod li dawn it-tranżazzjonijiet ġew ikklassifikati bħala attività ekonomika ta’ natura permanenti eżerċitata sabiex jinkiseb dħul. Għaldaqstant, l-AJFP Sibiu qieset, li, LN kellu jiġi identifikat għall-finijiet tal-VAT mill‑<DATE ISO="20100710">10 ta’ Lulju 2010</DATE> minħabba li l-limitu massimu ta’ dħul mill-bejgħ ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">35000</FT> li taħtu l-iskema speċjali ta’ eżenzjoni, prevista fl-Artikolu 152(1) u (2) tal-Kodiċi tat-Taxxa, kienet applikabbli kien inqabeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-AJFP Sibiu, iż-żewġ proprjetajiet immobbli mibjugħa minn LN matul is-sena 2010 ma kinux intużaw b’mod personali, iżda akkwistati bl-għan li jerġgħu jinbiegħu sabiex jinkiseb dħul minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-bejgħ imwettaq matul is-sena 2011, l-AJFP Sibiu qieset li dan kellu jiġi eżentat mill-VAT, peress li l-kunsinna tal-oġġett korrispondenti saret wara l-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara l-ewwel okkupazzjoni tiegħu. Fir-rigward tal-bejgħ magħmul matul is-sena 2012, l-awtorità fiskali qieset, min-naħa l-oħra, li din it-tranżazzjoni kienet suġġetta għall-VAT.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, permezz ta’ avviż tat-<DATE ISO="20160328">28 ta’ Marzu 2016</DATE>, l-AJFP Sibiu issuġġettat lil LN għal taxxi addizzjonali tal-VAT kif ukoll għal interessi u għal penalitajiet moratorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-ilment imressaq minn LN kontra dan l-avviż ta’ taxxa ġie miċħud permezz ta’ deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali Reġjonali tal-Finanzi Pubbliċi ta’ Brasov tat-<DATE ISO="20161108">8 ta’ Novembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>LN ippreżenta quddiem it-Tribunalul Sibiu (il-Qorti tal-Kontea ta’ Sibiu, ir-Rumanija) rikors kontenzjuż li fil-kuntest tiegħu huwa kkontesta, b’mod partikolari, is-setgħa tal-amministrazzjoni fiskali li tintaxxa persuna fiżika li ma identifikatx ruħha volontarjament għall-VAT u li tikklassifika bħala attività ekonomika tranżazzjonijiet legali ta’ bejgħ ta’ proprjetajiet immobbli, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>It-Tribunalul Sibiu (il-Qorti tal-Kontea ta’ Sibiu) laqgħet ir-rikors ippreżentat minn LN. Din il-qorti kkunsidrat, fil-fatt, li attività ekonomika tinsab essenzjalment fil-kisba ta’ dħul ta’ natura permanenti, b’tali mod li s-sempliċi akkwist u l-bejgħ ta’ proprjetà immobbli ma jistgħux jikkostitwixxu fihom infushom attività ekonomika. Barra minn hekk, hija qieset li, f’dan il-każ, il-bejgħ sussegwenti tal-proprjetajiet immobbli akkwistati bl-irkant kien sempliċement modalità li kellu l-konvenut fil-kawża prinċipali sabiex jikseb l-irkupru tas-self li huwa kien ta matul is-sena 2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-amministrazzjoni fiskali appellat minn din is-sentenza quddiem il-Curtea de Apel Alba Iulia (il-Qorti tal-Appell ta’ Alba Iulia, ir-Rumanija).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont din il-qorti, tqum il-kwistjoni dwar jekk it-tranżazzjoni legali li permezz tagħha kreditur li jkun ta self b’garanziji ipotekarji fir-rigward ta’ immobbli jiġi aġġudikat dawn l-immobbli fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata u sussegwentement ibigħhom għandhiex tiġi kklassifikata bħala attività ekonomika, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva dwar il-VAT, suġġett bħala tali għall-VAT skont l-Artikolu 2(1)(a) ta’ din id-direttiva. F’dan il-kuntest, l-imsemmija qorti tistaqsi wkoll dwar jekk il-persuna li wettqet din it-tranżazzjoni legali għandhiex titqies bħala persuna taxxabbli, fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Curtea de Apel Alba Iulia (il-Qorti tal-Appell ta’ Alba Iulia) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-[Direttiva tal-VAT] jipprekludi li t-tranżazzjoni li permezz tagħha persuna taxxabbli li, inkwantu kreditriċi, tikseb proprjetà immobbli maqbuda fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata u, sussegwentement, tbigħ din il-proprjetà bil-għan li tirkupra l-ammont misluf tiġi kkunsidrata bħala attività ekonomika li tikkonsisti fl-isfruttament ta’ proprjetà tanġibbli jew intanġibbli għal skopijiet ta’ dħul minnha fuq bażi kontinwa?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-persuna li tkun wettqet l-imsemmija tranżazzjoni legali tista’ titqies bħala persuna taxxabbli fis-sens tal-Artikolu 9 tad-[Direttiva tal-VAT]?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2(1)(a) u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva dwar il-VAT għandhomx jiġu interpretati fis-sens li t-tranżazzjoni li permezz tagħha persuna tingħata proprjetà immobbli maqbuda fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata mibdija bil-għan tal-irkupru ta’ self mogħti preċedentement u, sussegwentement, tipproċedi għall-bejgħ ta’ din il-proprjetà immobbli tikkostitwixxi attività ekonomika, u jekk l-imsemmija persuna għandhiex, abbażi ta’ din it-tranżazzjoni, titqies bħala persuna taxxabbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li t-tranżazzjonijiet legali inkwistjoni fil-kawża prinċipali kkonsistew fil-bejgħ ta’ proprjetajiet immobbli preċedentement aġġudikati lil kreditur-sellief wara proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata abbażi tal-ipoteki li jiggarantixxu l-kreditu ta’ dan tal-aħħar fir-rigward tal-ex proprjetarju tal-proprjetajiet immobbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat qabelxejn li, għalkemm id-Direttiva dwar il-VAT tagħti kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ ħafna għall-VAT, huma biss l-attivitajiet ta’ natura ekonomika li huma milquta minn din it-taxxa. Għalhekk, skont l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, dwar it-tranżazzjonijiet taxxabbli, huma suġġetti għall-VAT, minbarra l-importazzjoni ta’ oġġetti, l-akkwisti intra-Komunitarji ta’ oġġetti, il-kunsinni ta’ oġġetti u l-provvista ta’ servizzi magħmula bi ħlas ġewwa Stat Membru minn persuna taxxabbli (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Lajvér</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑263/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:392">EU:C:2016:392</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jsegwi li, f’dan il-kuntest, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> għandu jiġi ddefinit b’rabta ma’ dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva dwar il-VAT. Minn dan isegwi li hija l-eżistenza ta’ tali attività li tiġġustifika l-klassifika bħala persuna taxxabbli (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Słaby <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑180/10 u C‑181/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:589">EU:C:2011:589</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata), u din tal-aħħar hija, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) ta’ din id-direttiva, kull min jeżerċita, b’mod indipendenti u jkun xi jkun il-post, tali attività ekonomika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> huwa ddefinit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) ta’ din id-direttiva bħala li jiġbor fih l-attivitajiet kollha ta’ produtturi, kummerċjanti jew persuni li jagħtu servizz u, b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>l-isfruttament ta’ proprjetà tanġibbli jew intanġibbli għal skopijiet ta’ dħul minnha fuq bażi kontinwa<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>sfruttament<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva dwar il-VAT, hija ġurisprudenza stabbilita li dan il-kunċett jagħmel riferiment, konformement mar-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ newtralità tas-sistema komuni tal-VAT, għal kull tranżazzjoni, tkun xi tkun il-forma legali tagħha, intiża sabiex jiġi ġġenerat mill-oġġett inkwistjoni dħul ta’ natura permanenti (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091006">6 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>SPÖ Landesorganisation Kärnten</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑267/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:619">EU:C:2009:619</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Lajvér</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑263/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:392">EU:C:2016:392</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, is-sempliċi akkwist jew is-sempliċi bejgħ ta’ proprjetà ma jistgħux jikkostitwixxu sfruttament ta’ proprjetà intiża li tipproduċi dħul ta’ natura permanenti fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva dwar il-VAT, peress li l-uniku dħul minn dawn it-tranżazzjonijiet huwa kkostitwit mill-benefiċċju eventwali meta l-imsemmija proprjetà tinbiegħ (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Słaby <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑180/10 u C‑181/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:589">EU:C:2011:589</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Bl-istess mod, is-sempliċi eżerċizzju tad-dritt għal proprjetà mid-detentur tiegħu ma jistax, fih innifsu, jitqies bħala li jikkostitwixxi attività ekonomika (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Słaby <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑180/10 u C‑181/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:589">EU:C:2011:589</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150709">9 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Trgovina Prizma</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑331/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:456">EU:C:2015:456</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190613">13 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>IO (VAT – Attività ta’ membru ta’ kunsill ta’ sorveljanza)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑420/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:490">EU:C:2019:490</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn naħa, fir-rigward tal-kriterji li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk attività tikkostitwixxix attività ekonomika, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva dwar il-VAT, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li n-numru u d-daqs tal-bejgħ ma jistgħux jikkostitwixxu kriterju ta’ distinzjoni bejn l-attivitajiet ta’ operatur li jaġixxi b’mod privat, li jinsabu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, u dawk ta’ operatur li t-tranżazzjonijiet<?PAGE NO="8"?> tiegħu jikkostitwixxu attività ekonomika (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Słaby</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑180/10 u C‑181/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:589">EU:C:2011:589</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191017">17 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Paulo Nascimento Consulting</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑692/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:867">EU:C:2019:867</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-bejgħ ta’ art għall-bini, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ppreċiżat li jikkostitwixxi kriterju ta’ evalwazzjoni rilevanti l-fatt li l-persuna kkonċernata ħadet passi attivi ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-art billi użat mezzi simili għal dawk użati minn produttur, kummerċjant jew persuna li tipprovdi servizzi. Fil-fatt, inizjattivi bħal dawn normalment ma jaqgħux taħt l-iskop tal-ġestjoni tal-assi personali, b’tali mod li t-tranżazzjonijiet li jirriżultaw minn dan ma jistgħux jitqiesu li huma s-sempliċi eżerċizzju ta’ dritt għall-proprjetà (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150709">9 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Trgovina Prizma</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑331/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:456">EU:C:2015:456</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Tali inizjattivi jaqgħu pjuttost fil-kuntest ta’ attività eżerċitata bl-għan li jinkiseb dħul minnha ta’ natura permanenti u għalhekk tista’ tiġi kklassifikata bħala ekonomika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn l-elementi li għandu jiġi ddeterminat jekk it-tranżazzjoni legali li permezz tagħha kreditur li jkun ta self b’garanziji ipotekarji li jirrigwardaw immobbli u li dawn l-immobbli ngħataw lilu fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata jipproċedi, wara terminu ddeterminat, għall-bejgħ tagħhom tikkostitwixxix attività ekonomika, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva dwar il-VAT, jew jekk din taqax sempliċement taħt l-eżerċizzju tad-dritt ta’ proprjetà mill-proprjetarju tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju jsegwi li l-konvenut fil-kawża prinċipali, matul is-sena 2009, ta diversi self lill-istess persuna fiżika b’garanziji ipotekarji fuq immobbli u li, peress li dan is-self ma ġiex irrimborsat, tlieta minn dawn l-immobbli ġew aġġudikati lill-kreditur fil-kuntest ta’ proċedura ta’ rkant li seħħet matul din l-istess sena 2009. Sussegwentement, il-kreditur ipproċeda għall-bejgħ ta’ dawn it-tliet proprjetajiet immobbli matul is-snin 2010 sa 2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Mill-informazzjoni li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li, fl-ewwel lok, it-tranżazzjonijiet legali inkwistjoni fil-kawża prinċipali twettqu mill-konvenut fil-kawża prinċipali bl-għan tal-kostituzzjoni mill-ġdid tal-assi tiegħu u għall-irkupru tal-krediti tiegħu, wara n-nuqqas ta’ rimbors tas-self mogħti. Fit-tieni lok, bl-għan tal-irkupru tad-dejn tiegħu u tar-rikostituzzjoni tal-assi, il-konvenut fil-kawża prinċipali ma ħax passi attivi ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-art u, b’mod partikolari, ma użax mezzi simili għal dawk użati minn produttur, kummerċjant jew persuna li tipprovdi servizzi fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Issa, bla ħsara għall-verifika min-naħa tal-qorti tar-rinviju, dawn iċ-ċirkustanzi jidhru li jistabbilixxu li l-bejgħ tal-proprjetajiet immobbli inkwistjoni fil-kawża prinċipali rrilevaw fir-realtà s-sempliċi eżerċizzju tad-dritt ta’ proprjetà kif ukoll tal-ġestjoni tajba tal-assi privati, u, konsegwentement, ma jidħlux fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ attività ekonomika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Bl-istess mod, ebda wieħed mill-elementi l-oħra kkomunikati mill-qorti tar-rinviju ma huwa ta’ natura li juri n-natura ekonomika, fis-sens tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva dwar il-VAT, tal-attività mwettqa mill-konvenut fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma tistax tintlaqa’ l-pożizzjoni tal-Gvern Rumen, li ċ-ċirkustanza li l-konvenut fil-kawża prinċipali ppreżenta ruħu huwa stess fil-proċedura ta’ rkant u akkwista, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, il-proprjetajiet immobbli koperti mill-garanziji ipotekarji, mingħajr ma jistenna l-irkupru tas-somom mislufa permezz tal-eżekuzzjoni forzata tal-garanziji tad-debitur tiegħu, jikkonferma li kien hemm sfruttament ta’ proprjetà tanġibbli sabiex jinkiseb dħul minnha ta’ natura permanenti u, konsegwentement, il-konvenut fil-kawża prinċipali għandu jiġi kklassifikat bħala persuna suġġetta għall-VAT.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, din l-aħħar ċirkustanza tidher pjuttost ta’ natura li tistabbilixxi li l-bejgħ tal-proprjetajiet immobbli inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari ta’ dawn it-tranżazzjonijiet, kif esposti fil-punti preċedenti ta’ din is-sentenza, jaqa’ fil-kuntest tal-ġestjoni tal-assi personali tal-konvenut fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tranżazzjonijiet legali mwettqa mill-konvenut għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jaqgħu taħt il-ġestjoni ta’ assi privati peress li, kif jirriżulta mill-informazzjoni li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja u li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, l-ewwel nett, il-persuna kkonċernata kellha bħala għan l-irkupru tal-krediti tagħha u l-kostituzzjoni mill-ġdid tal-patrimonju tagħha u li, it-tieni nett, hija ma ħaditx passi attivi ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-artijiet. Minn dan isegwi li l-persuna kkonċernata ma tistax titqies li hija suġġetta għall-VAT, fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva dwar il-VAT, fir-rigward tal-bejgħ tal-proprjetajiet immobbli inkwistjoni fil-kawża prinċipali, b’tali mod li dawn it-tranżazzjonijiet ma kellhomx ikunu suġġetti għall-imsemmija taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għal kull bon fini, għandu jiġi ppreċiżat li t-tilwima fil-kawża prinċipali kif esposta mill-qorti tar-rinviju kif ukoll id-domandi preliminari tagħha ma jirrigwardawx bejgħ immobiljari meqjus bħala estensjoni diretta ta’ attività ekonomika ta’ għoti ta’ self li tkun eżerċitata minn LN.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 2(1)(a) u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva dwar il-VAT għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-tranżazzjoni li permezz tagħha persuna tiġi aġġudikata proprjetà immobbli maqbuda fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata mibdija bl-għan tal-irkupru ta’ self mogħti preċedentement u, sussegwentement, tipproċedi għall-bejgħ ta’ din il-proprjetà immobbli ma tikkostitwixxix, fiha nnifisha, attività ekonomika, meta din it-tranżazzjoni taqa’ taħt is-sempliċi eżerċizzju tad-dritt ta’ proprjetà, kif ukoll tal-ġestjoni tajba tal-assi privati, b’tali mod li l-imsemmija persuna ma tistax, taħt l-imsemmija tranżazzjoni, titqies bħala persuna taxxabbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(1)(a) u l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-tranżazzjoni li permezz tagħha persuna tiġi aġġudikata proprjetà immobbli maqbuda fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata mibdija bl-għan tal-irkupru ta’ self mogħti preċedentement u, sussegwentement, tipproċedi għall-bejgħ ta’ din il-proprjetà immobbli ma tikkostitwixxix, fiha nnifisha, attività ekonomika meta din it-tranżazzjoni taqa’ taħt is-sempliċi eżerċizzju tad-dritt ta’ proprjetà, kif ukoll tal-ġestjoni tajba tal-assi privati, b’tali mod li l-imsemmija persuna ma tistax, taħt l-imsemmija tranżazzjoni, titqies bħala persuna taxxabbli.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>