European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2506

24.9.2024

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2506

tat-3 ta’ Lulju 2024

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Spanjola tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2465 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 75(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Spanjola tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2465 (2) fiha żball fl-Artikolu 5(1)(a), fir-rigward tad-denominazzjoni għall-bajd XL. L-iżball jista’ jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-operaturi.

(2)

Għalhekk il-verżjoni bil-lingwa Spanjola tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2465 jenħtieġ li tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2465 tas-17 ta’ Awwissu 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-bajd, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 589/2008 (ĠU L, 2023/2465, 8.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2465/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2506/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)