19.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/38


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10159 — Infosys/Daimler (Certain Assets and Personnel))

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 93/06)

1.   

Fit-12 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Infosys Limited (“Infosys”, l-Indja),

—

Ċerti assi tal-IT, persunal, kuntratti u obbligazzjonijiet ta’ Daimler AG (“Daimler IT Assets”, il-Ġermanja).

Infosys takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta' Daimler IT Assets.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Infosys: fornitur globali ta’ servizzi diġitali u konsulenza tal-IT lill-klijenti f’diversi segmenti tal-industrija.

—

Daimler IT Assets: fornitur ta’ servizzi tal-IT (help desk, għodod tal-IT fil-post tax-xogħol, ċentru tad-data, soluzzjonijiet SAP) għall-użu intern ta’ Daimler AG, korporazzjoni globali li tiżviluppa, timmanifattura u tiddistribwixxi prodotti awtomobilistiċi, b’mod partikolari karozzi tal-passiġġieri, trakkijiet, vannijiet u karozzi tal-linja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10159 — INFOSYS/DAIMLER (CERTAIN ASSETS AND PERSONNEL)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.