12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

273


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Awwissu 2005

li temenda l-Anness XI għad-Direttiva 2003/85/KE dwar il-laboratorji nazzjonali f’ċerti Stati Membri

(notifikata taħt dokument numru C(2005) 3121)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2005/615/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE u li temenda d-Direttiva 92/46/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 67(2) tagħha,

Billi:

(1)

Għal raġunijiet ta’ sigurtà huwa importanti li tinżamm aġġornata lista ta' laboratorji nazzjonali awtorizzati biex jimmaniġġjaw l-vajrus ta’ l-ilsien u d-dwiefer.

(2)

L-awtoritajiet kompetenti tad-Danimarka, tal-Ġermanja u tal-Polonja infurmaw lill-Kummissjoni uffiċjalment dwar il-bidliet fil-laboratorju ta’ referenza nazzjonali għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer.

(3)

L-awtoritajiet kompetenti tas-Slovakkja infurmaw uffiċjalment lill-Kummissjoni dwar l-arranġamenti li għamlu skond l-Artikolu 68(2) tad-Direttiva.

(4)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza jidher xieraq li jiġu elenkati l-Istati Membri fl-ordni tal-kodiċi tal-pajjiż ISO.

(5)

Jeħtieġ li tiġi adattata lista ta’ laboratorji nazzjonali awtorizzati li jimmaniġġjaw il-vajrus ta’ l-ilsien u d-dwiefer u li tiġi emendata l-Parti A ta’ l-Anness XI għad-Direttiva 2003/85/KE skond dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta’ laboratorji Nazzjonali awtorizzati li jimmaniġġjaw il-vajrus ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-Parti A ta’ l-Anness XI għad-Direttiva 2003/85/KE hija sostitwita mit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar is-16 ta’ Awwissu 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.


ANNESS

Il-lista ta’ laboratorji Nazzjonali awtorizzati li jimmaniġġjaw il-vajrus ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-Parti A ta’ l-Anness XI għad-Direttiva 2003/85/KE hija sostitwita mit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

“Laboratorji nazzjonali awtorizzati li jimmaniġġjaw l-vajrus ta’ l-ilsien u d-dwiefer

L-Istat membru fejn qiegħed il-laboratorju

Laboratorju

L-Istati Membri li qed jużaw is-servizzi tal-laboratorju

Kodiċi ISO

Isem

AT

l-Awstrija

Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit GmbH

Veterinärmedizinische Untersuchungen Mödling

L-Awstrija

BE

Il-Belġju

Veterinary and Agrochemical Research Centre CODA-CERVA-VAR Uccle

Il-Belġju

Il-Lussemburgu

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

Statní veterinární ústav Praha, Praha

Ir-Repubblika Ċeka

DE

Il-Ġermanja

Friedrich-Loeffler-Institut

Bundesforschungsinstitut für Tiergesundheit, Greifswald - Insel Riems

Il-Ġermanja

Is-Slovakkja

DK

Id-Danimarka

Danish Institute for Food and Veterinary Research, Department of Virology, Lindholm

Id-Danimarka

Il-Finlandja

L-Iżvezja

ES

Spanja

Laboratorio Central de Sanidad Animal, Madrid

Spanja

FR

Franza

Agence française de sécurité sanitaire des aliments (AFSSA)

—

Laboratoire d’études et de recherches en pathologie bovine et hygiène des viandes, Lyon

—

Laboratoire d’études et de recherches en pathologie bovine et hygiène des viandes, Lyon

Franza

GB

Ir-Renju Unit

Institute for Animal Health, Pirbright

Ir-Renju Unit

l-Estonja

Il-Finlandja

L-Irlanda

Malta

L-Iżvezja

GR

Il-Greċja

Ινστιτούτο αφθώδους πυρετού,

Αγία Παρασκευή Αττικής

Il-Greċja

HU

L-Ungerija

Országos Állategészségügyi Intézet (OÁI), Budapest

L-Ungerija

IT

L-Italja

Istituto zooprofilattico sperimentale della Lombardia e dell'Emilia Romagna, Brescia

L-Italja

Iċ-Ċipru

LT

Il-Litwanja

Nacionalinė veterinarijos laboratorija, Vilnius

Il-Litwanja

LV

Il-Latvja

Valsts veterinārmedicīnas diagnostikas centrs, Rīga

Il-Latvja

NL

L-Olanda

CIDC-Lelystad

Central Institute for Animal Disease Control Lelystad

L-Olanda

PL

il-Polonja

Zaklad Pryszczycy Panstwowego Instytutu Wetrynaryinego - Panstwowego

Instytutu Badawczego, Zdunska Wola.

Il-Polonja

SI

Is-Slovenja

Nacionalni veterinarski inštitut, Lubljana

Is-Slovenja”